Jista' il-Ministru jikkonferma li l-proġett pilota ta' separazzjoni ta' l-iskart ġewwa Pembroke tkompla? Jekk iva, għaliex il-kunsill ġie mistoqsi jħallas għal 4 bring in sites u dan mill-Wasteserv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-użu tal-Bring-in sites ġewwa l-lokalita’ ta’ Pembroke irid jinkwadra ruħu fil-programm sħiħ ta’ separazzjoni tal-iskart li l-Wasteserv se taddotta f’ Malta u Għawdex fuq numru ta’ fażijiet, anke permezz ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, l-Wasteserv ħadet nota tal-punti mressqa mill-Kunsill Lokali u qablet li ma jkunx hemm tibdil għall-arranġament preżenti sakemm tinbeda l-implimentazzjoni tal-programm. Sadanittant, wieħed għandu jifhem li il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke għandu jħallas ta’ l-inqas Lm 1,500 fis-sena li kull lokalita’ għandha tħallas għas-servizz ta’ Bring-in site. Dawn il-flus huma diġa allokati għal kunsill lokali li jkun qed jipparteċipa f’ qafas reġjonali ta’ użu ta’ Bring-in sites.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini informazzjoni għaliex il-proġett ta' l-afforestation f'Pembroke tħalla daqshekk lura, ħlief għal tisqija? Veru li ma ngħatax tender għat-tieni darba mill-kunsill? Jista' il-gvern jintervjeni?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel partijiet tad-domanda nitlob l-Onor. Interpellant jagħmilha direttament lill-Kunsill Lokali Pembroke u l-aħħar parti lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani jekk it-trabi li twieldu f'Malta minn ommijiet li huma immigranti llegali hux se jitqiesu bħala Maltin? Jekk fl-affermattiv, dan ifisser li anke l-familji tagħhom ikunu meqjusa bħala Maltin? Kemm għandna immigranti llegali bħalissa f'Malta? Jaqbel il-Viċi Prim Ministru li jkun aħjar li dawn in-nies jiġu ripatrijati?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kull min jitwieled Malta jakkwista awtomatikament iċ-ċittadinanza Maltija. Skond l-artiklu 5(1) ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Cap 188) persuni li twieldu/jitwieldu Malta fl-1 ta' Awissu 1989 jew wara, akkwistaw/jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija biss jekk, fil-ġurnata tat-twelid tagħhom, wieħed mill-ġenituri kien/ikun ċittadin Malti.
Infurmat ukoll illi fit-13 ta' Settembru 2004 in-numru ta' immigranti llegali miżmuma mill-Forzi tas-Sigurta' kien ta' 568.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija għandu jingħad illi dawk l-immigranti llegali li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għal Refugee Status/Humanitarian Status skond il-proċedura stabbilita' mir-Refugees Act jiġu ripatrijati fl-inqas żmien possibli.
Ġaladarba l-Italja, pajjiż kbir, staqsa lill-Unjoni Ewropea għal għajnuna fil-qasam ta' l-immigranti llegali, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Malta tagħmel l-istess?
Response (BORG, TONIO)
Id-Direttorat għat-Third Country Nationals fi ħdan il-Ministeru diġa' għamel talba għal ko-finanzjament ta' żewġ proġetti taħt il-European Refugee Fund in konnessjoni ma' proġetti mressqa mill-Kummissjoni Emigranti u mill-Jesuit Refugee Service. Dawn il-proġetti huma maħsuba biex itejbu l-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni għar-refuġjati wara li jkunu ħallew iċ-ċentri ta' akkomodazzjoni.
Bħalissa din it-talba qegħda tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.
Dan il-Ministeru qiegħed jikkunsidra l-possibilita' ta' finanzjar mill-Unjoni Ewropea għal bini ta' ċentru ta' akkomodazzjoni ġdid kif ukoll qed iżomm għajnejh miftuħa għal opportunitajiet oħra ta' finanzjament għal proġetti oħra f'dan is-settur.
Jista' il-Ministru jinformani jekk Triq il-Mediterran, f'Pembroke hix se titkompla u jekk fl-affermattiv, jekk hux diġa' hemm data stabbilita għal dan ix-xogħol? Kemm se jiswa lill-gvern dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat tat-toroq lesta x-xogħol preparatorju sabiex tkun tista' ssir Triq il-Meditterran ġewwa Pemborke. Ġie stabbilit li x-xogħol mistenni jiġi jiswa madwar Lm97.000.
Ix-xogħol fuq Triq il-Meditteran mistenni jsir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-
Direttorat.
Jista' il-Ministru jinformani jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport fasslitx pjanijiet għal skema ta' ipparkjar għar-residenti f'Tas-Sliema? Jekk iva, f'liema stadju wasal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-iSteering Committee for the Creation of Residents' Parking Schemes ħejja Terms of Reference sabiex kull Kunsill jagħraf jimxi meta jibgħat applikazzjoni għal Residents' Parking Scheme. Dawn it-Terms of Reference ingħataw lill-Kunsill Lokalil kollha waqt laqgħa li saret fid-19 ta' Mejju, 2004.
Sal-lum, il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għadu ma għamilx tali applikazzjoni skond it-Terms of Reference.
Persuni minn pajjiżi tal-UE — Reġistrazzjoni ta' passaporti fid-dwana
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani għaliex hemm l-obbligu li ċittadini tal-EU, inklużi Maltin, għandhom imorru għand id-dwana bil-passaporti tagħhom sabiex jgħidu li waslu/jew iħallu Malta bil-baħar? Għaliex dan is-servizz wara s-7.00 p.m. jingħata biss mill-Belt u jekk hemmx bżonn dan it-tip ta' reġistrazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċittadini ta' l-Unjoni Ewropeja xorta waħda jrid ikollhom dokument ta' l-ivvjaġġar mal-wasla jew tluq tagħhom minn Malta, li jrid jiġi muri lill-aworitajiet ta' l-Immigrazzjoni, kemm jekk jaslu bl-ajru kif ukoll bil-baħar. Infurmat ukoll illi l-uffiċċju tal-Immigrazzjoni jkun miftuħ matul il-ġurnata, li huwa l-ħin l'aktar frekwenti għat-tluq ta' vjaġġi bil-baħar.
Tas-Sliema — Triq Sir L. Camilleri/trejqet Victori a- parkeġġ
Question
Ġaladarba l-awtorita' dwar it-trasport tagħti istruzzjonijiet lill-kunsilli lokali, fosthom dak ta' Tas-Sliema dwar parking fuq il-bankini, tista' l-awtorita' allura tikkonsidra il-parkeġġ fi Triq Sir L. Camilleri u trejqet Victoria f'Tas-Sliema bl-istess mod kif ġew kkonsidrati toroq oħra simili f'Tas-Sliema? F'dawn iż-żewġ toroq speċifiċi, il-kunsill ta' Tas-Sliema talab lill-awtorita' dwar it-trasport biex jikkonsidrahom bl-istess lenti.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tad-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku irriżulta li ġo Tas-Sliema qatt ma nħareġ l-ebda permess għall-ipparkjar tal-vetturi fuq il-bankina.
Dawn il-permessi ma jinħarġux mid-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku minħabba l-periklu li jista' jinħoloq għall-pedestrians.
Servizz Ċivili — Messaġġiera li ħarġu bil-pensjoni
Question
Jista' il-Prim Ministru jinformani jekk il-messaġġiera li saru pensjonabbli qabel il-15 ta' Jannar 1979 (skond staff list maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni tal-1977, paġna 46, li qed tintbagħat separatament, humiex intitolati għal sitt xhur sick leave u dan kif hemm stipulat fil-kondizzjonijiet ta' l-appuntament mogħti lil kull membru li għandhom indikazzjoni ta' stilla ħdejn isimhom? Jekk fin-negattiv, għaliex? Qed ngħaddi separatament kopja ta' ittra fuq persuna, fejn wieħed jista' jistudja l-każ ġaladarba li dan il-persuna qiegħed bla paga.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi dawk l-uffiċjali pubbliċi li kienu jokkupaw kariga pensjonabbli qabel il-15 ta’ Jannar 1979, huma ntitolati għal sitt xhur sick leave b’paga sħiħa f’perjodu ta’ tnax-il xahar.
Skond il-Ftehim tar-Riorganizzazzjoni tal-Gradi tal-Messaġġiera tal-1974, numru ta’ impjegati mhux pensjonabbli kienu ġew assimilati fil-grad ta’ Messaġġier I. Dan il-grad m’huwiex pensjonabbli. Il-marka ta’ stilla bħala ndikazzjoni ta’ grad pensjonabbli f’paġna 46 ta’ l-istaff list ta’ l-1977 hija purament żball tipografiku, kif jista’ jiġi kkonfermat minn paġna 280 ta’ l-istess staff list, fejn il-grad ta’ Messaġġiera I mhux immarkat bi stilla.
Il-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant kienet waħda minn dan il-grupp kif spjegat hawn fuq. Għaldaqstant din il-persuna m’hiex intitolata għal sitt xhur sick leave bi ħlas f’perjodu ta’ tnax-il xahar.
Jista' il-Ministru jinformani għaliex tħalla barra l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fl-iskema taż-żgħażagħ fil-kunsilli li twaqqfet ftit ilu? Hemm xi raġuni partikolari għal din, ġaladarba li din kienet indikata bħala parti minn programm tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema mill-2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-27 ta' Frar 2004, il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ bagħat ittra lill-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta u Għawdex, li fiha stedinhom jattendu laqgħa biex jittwaqqaf dan il-proġett.
Il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ baqa' jirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk il-Kunsilli Lokali li kienu interessati li jieħdu sehem f'dan il-proġett pilota sas-7 ta' April 2004. Applikaw 11-il lokalita'. Ma jirriżultalix li l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema kien fost dawk li applikaw.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani jekk il-messaġġiera li saru pensjonabbli qabel il-15 ta' Jannar 1979 (skond staff list maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni tal-1977, paġna 46, li qed tintbagħat separatament, humeix intitolati għal sitt xhur sick leave u dan kif hemm stipulat fil-kondizzjonijiet ta' l-appuntament mogħti lil kull membru li għandhom indikazzjoni ta' stilla ħdejn isimhom? Jekk fin-negattiv, għaliex? Qed ngħaddi separatament kopja ta' ittra fuq persuna, fejn wieħed jista' jistudja l-każ ġaladarba li dan il-persuna qiegħed bla paga.
Response (BORG, TONIO)
Peress li s-suġġett imsemmi jikkonċerna impjegati taċ-Ċivil, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jieħu in konsiderazzjoni l-istat diżastruż li tinsab fih Triq il-Qratas, fis-Swieqi? Jistgħu jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq urġentement?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi fil-preżent l-awtorita' dwar it-trasport qegħda taġġorna l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha u Triq il-Qratas hija waħda mit-toroq li għandha tiġi nkluża f'dan il-programm sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir aktar 'il quddiem.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-manutenzjoni tat-tined ta’ Ġnien l-Indipendenza taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-gvern ċentrali? Jista’ jgħid jekk kienx hemm talba mill-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema lill-gvern ċentrali biex it-tined fi Ġnien Indipendenza jsiru mill-ġdid u, jekk fl-affermattiv, meta dawn jistgħu jsiru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tal-Ġnien Indipendenza u l-istrutturi u l-faċilitajiet kollha li jinsabu fih jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali Sliema u għaldaqstant nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil dak il-Kunsill.
La fil-media u fora oħra hemm mistoqsijiet fuq kemm għandu membru bħali, titjiriet b'xejn, jista' il-Ministru jikkonferma kemm għandu biljetti b'xejn fis-sena (eskluż xogħol parlamentari) membru parlamentari? Fuq ir-rotot ta liema linja ta' l-ajru jingħataw dawn il-biljetti? Kemm jitħallsu taxxi ta' l-ajruport mill-membru u kemm jitnaqqaslu taxxa minn kull biljett?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li kull Membru Parlamentari huwa ntitolat kull sena għal 4 biljetti economy class b'xejn mill-Air Malta. Dawn jistgħu jiġu wżati fuq ir-rotot kollha fejn topera l-Air Malta ħlief għal Moska u St. Petersburg.
Kull Membru Parlamentari iżda jkun irid iħallas minn butu t-taxxi kollha ta' l-Ajruport u anke Lm4.00 'security tax'.
L-Air Malta tibgħat 'FSS return' lill l-Iskrivan tal-Kamra biex tinfurmah b'min ikun ibbenifika minn din il-konċessjoni.
Tas-Sliema — Ħruġ ta' ċitazzjonijiet mill-kunsill lokali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fit-toroq: G. Borg Olivier, Sir L Camilleri, Triq Capua u Trejqet Regina Vittorja bejn Jannar 2004 u t-30 ta' April 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni ta' nfurzar ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali.
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' Gvern Lokali.
Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista' jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali tas-Sliema.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Malta tourism authority qed toħroġ Lm60 kuljum għas-servizz tax-xarabank visitMalta? Jekk fl-affermattiv, minn liema fond qed jinħarġu dawn il-flus?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ma qiegħda tagħmel l-ebda pagament biex jingħata s-servizz tal-Visitmalta. Minn April 2004, ir-responsabilta' li jingħata s-servizz hija kollha kemm hi f'idejn l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Fi kliem ieħor, l-ATP huma responsabbli għall-infieq biex jingħata s-servizz u il-qliegħ li s-servizz jiġġenera jinżamm mill-ATP.
Jista' il-Ministru jinformani jekk ix-xogħol fuq sit fi Triq Dobbie, ġewwa Paceville hux qiegħed jimxi mar-rekwiżiti tal-permess tal-bini, speċjalment fuq il-hoarding, ġaladarba hemm ħafna complaints ta' dħaħen u trabijiet ħerġin mill-istess sit ta' bini? Kemm-il darba saru inspections?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li, saret spezzjoni mill-Enforcement Officer ta' l-Area, ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), u rriżulta li hemm binja f' kantuniera ma' Triq Dobbie li qiegħda titwaqqa’. Dan ix-xogħol huwa kopert b' permess tal-MEPA li jġib ir-referenza ta' PA 960/99 maħruġ fl-4 ta' Gunju 2002. Is-sit hija mdawrha b' hoarding magħmul minn żewġ saffi ta' precast slabs fuq xulxin li għandhom għoli ta' madwar żewġ metri. Jista’ jkun li waqt din id-demolizzjoni qiegħed itir it-trab u l-kuntrattur ġie avżat biex inaddaf kemm jista' is-sit in kwestjoni u l-inħawi fil-qrib. Dan il-każ qiegħed jiġi monitored mill-Enforcement Officer inkarigat.
Jista' il-Ministru jinfurmani kif triq Dobbie qegħda bħala residential area fil-local plan, u l-MEPA qiegħda tilqa applikazjonijiet għal bars u ristoranti?
Jista' il-Ministru jara li Triq Dobbie tkun verament għar residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li għalkemm il-Pjan Lokali għadu ma ġiex approvat, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xorta qed tipprova tipproteġi l-karattru residenzjali ta Triq Dobbie, f’ Paceville. Il- permessi li nħarġu għall-bdil ta' użu huma f' każi fejn oriġinarjament l-użu kien diġa kummerċjali.
Lista ta' applikazzjonijiet għall-iżvilupp (fejn kien hemm bdil ta' użu) ipproċessati mill-MEPA fi Triq Dobbie huma dawn:
Site at No. 2 Joe
PA1560/01 Full development application for the change of use of ground floor supermarket and flats (at first, second and third floor levels) in existing four storey block into language school. The proposed development includes extension at roof level. GRANTED 3/12/01
Valentina Hotel
PA4235/02 Full development permission for the demolition and re-erection of hotel, change of flats into rooms, additional floor and basement floor into garages GRANTED 10/11/03
Site at (no number quoted)
PA960/99 Full development application for the demolition of a restaurant and 4 flats and the construction of a 6 storey building consisting of ground floor restaurant, 19 flats on 5 floors and 2 penthouses with 3 underlying basement floors PENDING APPEALS BOARD DECISION
PA808/02 Full development application to change the use from shop to restaurant.PENDING APPEALS BOARD DECISION
Il-Villagg Restaurant
PA1320/97 Full development application to carry out alterations to existing restaurant.
GRANTED 30/01/98.
La fil-media u fora oħra hemm mistoqsijiet fuq kemm għandu membru bħali, titjiriet b'xejn, jista' il-Ministru jikkonferma kemm għandu biljetti b'xejn fis-sena (eskluż xogħol parlamentari) membru parlamentari? Fuq ir-rotot ta liema linja ta' l-ajru jingħataw dawn il-biljetti? Kemm jitħallsu taxxi ta' l-ajruport mill-membru u kemm jitnaqqaslu taxxa minn kull biljett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f' xi seduta oħra.