Legislature:
Category:
Reset
Active:

Swieqi — Kunsill lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali tas-Swieqi llum qiegħed f'qagħda finanzjarja tajba u allura m'hemmx iżjed deficit? Jista' joħroġ stqarrija fejn jikkonferma dan biex mhux biss il-ħażin jinstema'?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi qiegħed fil-proċess sabiex jirriduċi d-deficit. Fil-fatt fir-Rapport Finanzjarju ta' kull kwart li kopra x-xhur Ottubru sa Diċembru 2004 dan kellu bilanċ negattiv ta' Lm3,739 u dan wara li fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu 2004 dan kien Lm14,342.

San Ġiljan — Xogħlijiet

Question

Fid-dawl tax-xogħlijiet li se jsiru f'San Ġiljan, b'konnessjoni bejn il-gvern ċentrali u l-kunsill lokali ta' San Ġiljan, jista' il-Ministru jara li tiġi nkluża biċċa żgħira ta' triq fi Triq il-Knisja, minn taħt il-pont ta' Triq Reġjonali sa l-aħħar dar, medda żgħira ta' triq li fiha diġa' għaddew, kif suppost, is-servizzi u llum tinsab fi stat ħażin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorita' tad-djar — Applikazzjoni bil-file no. H18410

Question

Peress li jien informat li l-applikant ta' file no. H 18410 ġiet bla saqaf, tista' il-Ministru tara li din l-applikanta tiġi nformata dwar fiex waslet din l-applikazzjoni, anke jekk ir-risposta tkun fin-negattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment ta' l-Artijiet — San Ġiljan - Triq il-Mensija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36686, li dehret f'seduta 825, nistaqsi għan-nom tas-sidien x'irriżulta mir-riċerki u x'ġie stabilit f'dan il-każ u meta se jitħallas il-kumpens għal art taħt il-Pont Reġjonali fejn saret triq u aċċess għal xi residenti oħra?

Response (BORG, TONIO)

It-talba għall-kumpens mid-Dipartiment tiġi deċiża fil-parametri tar-riżorsi finanzjarji allokati, li żdiedu konsiderevolment f'dawn l-aħħar snin.

Pembroke — Sindku - Press Conference

Question

Fid-dawl tar-risposti mgħoddija għall-mistoqsijiet parlamentari 9160 u 10266, jista' il-Ministru jgħid x'jaħseb għal press conference li saret mis-sindku ta' Pembroke, proprju biswit Triq il-Mediterran fid-29 ta' Jannar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Wara diversi mistoqsijiet li kellu fuq ix-xogħolijiet fit-Triq il-Mediterran, il-Ministeru għamel verifika mad-Direttorat tat-Toroq tal-Awtorita dwar it-Trasport fuq il-programm u l-istima tax-xogħol fuq l-istess triq. Jirriżulta li l-pjanijiet huma mfassla bir-reqqa u professjonalita. Ix-xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġranet li ġejjijn. Il-Ministeru ma jifhimx il-ħtieġa tal-press conference li saret mis-sindku dwar l-istess xogħol.

San Ġiljan — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema toroq f'San Ġiljan, fil-kontest ta' kooperazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan se jsiru? Jista' jgħid triq triq, kemm se jiswew, meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm se jdumu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infiurmat illi fil-kontest tal-kuntratt tal-75,000 bejn l-ADT u l-Kunsil Lokali San Ġiljan kienu se jiġu asfaltati Triq Wilġa, Triq Dobbie, Triq Wied Għomor u Triq Elija Zammit. Il-Kunsill għamel talba biex jemenda l-kuntratt u t-toroq li huma proposti li jiġu asfaltati huma dawn li ġejjin . Telgha ta’ San Ġiljan 13,226,38 Triq Furtu Selvatico 4,378,11 Triq il-Fagu 5,169,59 Triq Nicholas Monserrat 6,389,34 Triq il-Kbira (Minn Triq Sant Elija sa Trejqet Grenfell) 4,339,53 Rigward iż-żmien, x-xogħlijiet huma maħsub li jibdew malli jiġi ffirmat l-kuntratt emendat u jkomplu bla waqfien.

San Ġiljan — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema toroq f'San Ġiljan, fil-kontest ta' kooperazzjoni mal-kunsill lokali ta' San Ġiljan se jsiru? Jista' jgħid triq triq, kemm se jiswew, meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm se jdumu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infiurmat illi fil-kontest tal-kuntratt tal-Lm75,000 bejn l-ADT u l-Kunsil Lokali San Ġiljan kienu se jiġu asfaltati Triq Wilġa, Triq Dobbie, Triq Wied Għomor u Triq Elija Zammit. Il-Kunsill għamel talba biex jemenda l-kuntratt u t-toroq li huma proposti li jiġu asfaltati huma dawn li ġejjin . Telgha ta’ San Ġiljan 13,226.38 Triq Furtu Selvatico 4,378.11 Triq il-Fagu 5,169.59 Triq Nicholas Monserrat 6,389.34 Triq il-Kbira (Minn Triq Sant Elija sa Trejqet Grenfell) 4,339.53 Rigward iż-żmien, x-xogħlijiet huma maħsub li jibdew malli jiġi ffirmat l-kuntratt emendat u jkomplu bla waqfien.

Pembroke — Triq il-Mediterran

Question

B'referenza għal konferma ta' xogħol fi Triq il-Mediterran, f'Pembroke, jista' il-Ministru jinformani meta x'xogħol propju se jibda, kemm se jdum u kemm se jiġi jiswa? L-ispiża hija kollha mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi x-xogħol hu mistenni li jibda fil-ġranet li ġejjin wara li jkunu saru l-coordination meetings neċessarji kif ukoll inħarġu l-permessi meħtieġa. L-ispiża kollha għal dan ix-xogħol ser toħroġ mill-budget. Deskrizzjoni u stima tax-xogħol diġa ngħataw fit-tweġiba parlamentari numru 9160.

Immigranti llegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani kemm hawn immigranti llegali hawn Malta li ġejjin mis-Sudan? Fid-dawl ta' waqfien ta' gwerra ċivili fis-Sudan, dawn l-immigranti jistgħu jerġgħu jmorru lura lejn pajjiżhom?

Response (BORG, TONIO)

Hu ttamat li l-ftehim ta' paċi li sar fis-Sudan eventwalment jgħin ħalli jkunu jistgħu jirritornaw dawk li ħarbu mill-konflitt li kien hemm fin-naħa t'isfel tas-Sudan. Madankollu, il-ftehim ta' paċi ma jgħoddx ukoll għall-konflitt li hemm fil-provinċja Sudaniża ta' Darfur. Ninsab infurmat illi bħalissa (Jannar 2005) huma 42 il-persuni mis-Sudan li qed igawdu protezzjoni umanitarja f'Malta rakkomandata mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Hemm ukoll każ wieħed fejn l-individwu hu rikonoxxut bħala refuġjat. L-uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jsegwi regolarment is-sitwazzjoni u jġedded il-protezzjoni skond jekk l-individwu jkunx għad għandu bżonnha jew le. Infurmat ukoll li bħalissa hemm 42 persuni mis-Sudan miżmuma taħt il-kustodja tal-Forzi tas-Sigurta'. Sitta (6) minnhom huma inklużi fost dawk li ngħataw protezzjoni umanitarja u ser jiġu rilaxxati wara l-eżami mediku.

Studenti Ċiniżi — Ħruġ ta' visas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani meta se jerġgħu jibdew jinħarġu l-visas lil studenti Ċiniżi li huma bona fide studenti ta' l-Ingliż, bl-iskop li dawn jingħaqdu fl-Universita' ta' Malta? Ġaladarba dawn huma klijenti tax-xitwa u mhux tas-sajf, jista' jinnota li f'dawn ix-xhur li ilhom li ngħalqu l-visas, dan ikkawża telf ta' xogħol għal xi teachers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi talbiet għal entry visa minn studenti Ċiniżi li jirriżulta li huma bona fide, m'humiex ikunu miżmuma.

Mosta — Triq l-Aurora

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq l-Awrora, li ilha biex issir, hux se tkun inkluża f'xi pjan ta' ħidma? Fil-każ affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol, kemm se jiġi jiswa lill-gvern u kemm idum sejjer ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-bankini u storm water culvert fit-triq imsemmija tlesta aktar kmieni din is-sena. Sadanittant fi Frar li għadda ħareġ it-tender għall-kostruzzjoni u l-asfaltar ta' triq imsemmija, liema tender ġiet mgħotija fit-2 ta' Diċembru. Ix-xogħol mistenni jiswa' Lm24,706 u għandu jdum madwar erba' ġimgħat.

BICAL — Kontrolluri

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mindu spiċċa l-BICAL kien hemm dawn il-kontrolluri li ġejjin: Is-Sur R J A Earland 25/11/1972 sa 28/11/1972 Dr Karmenu Mifsud Bonnici 28/11/1972 sa 21/12/1984 Is-Sur Emanuel A Bonello 21/12/1984 sa 31/08/2002 Gatt, Galea and Co 01/01/2003 sa issa L-ewwel żewġ kontrolluri ma tħallsu xejn. Is-Sur Emanuel Bonello tħallas Lm7,000 fis-sena sa l-2001 waqt li ħa Lm3,708 għas-sena 2002. Gatt, Galea and Co tħallsu Lm12,740 għas-sena 2003 waqt li ħadu Lm8,540 għal din is-sena. Rigward l-aħħar mistoqsija mhuwiex possibli li tiġi ppublikata nformazzjoni dwar x’taxxa ħallsu l-kontrolluri tal-BICAL. (Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM) (Seduta Numru: 208)

San Ġiljan — Triq San Ġorġ

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk Triq San Ġorġ f'San Ġiljan hux se ssir fil-futur qarib? Jekk fl-affermattiv, meta u kemm se tiġi tiswa lill-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hija l-intenzjoni tal-Ministeru u l-Awtorita' dwar it-Trasport li x-xogħolijiet fi Triq San Ġorġ f'San Ġiljan isiru fl-ewwel ġimgħat tas-sena d-dieħla.
Leg 10 PQ #9290 Sitting 195 2004-11-29 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

EU — Players Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares lejn Malta fid-dawl tal-ksur ta' regolamenti mill-MFA għal dak li jirrigwarda players barranin? Il-gvern x'passi se jieħu biex niġu konfomi ma' l-EU?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma rċieva l-ebda komunikazzjoni dwar dan.

Kunsill Nazzjonali ta' l-Isport — Players Barranin

Question

Jista' il-Ministru jinformana x'passi ħadu l-kunsill nazzjonali ta' l-isport inquantu ta' players barranin li ma jitħallux jaħdmu u jilagħbu hawn Malta bi ksur tad-drittijiet umani u dritt għax-xogħol bħalma tgħid l-istess Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-Kunsill Malti għall-Isports qed jivverifika l-pożizzjoni uffiċjali fir-rigward ta' sportivi barranin li jixtiequ jaħdmu f'Malta.

Imgħaxijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jimxi bħal istituzzjonijiet finanzjarji lokali u jħallas l-imgħax ukoll fuq dik il-ġurnata żejda, meta din taħbat f'leap year, allura ġurnata kull erba' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma għamel fil-passat, il-Gvern fejn jidħlu stocks u treasury bills, jimxi fuq normi stabbiliti skond il-prospectus li jirregola dawn it-tipi ta’ self. Għalhekk il-ħlas fuq dividends ta’ stock isir kull sitt xhur skond ir-rata ta’ imgħax dikjarata fuq il-prospectus u kkalkolata fuq sena sħiħa.

Pembroke — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga żbroff kbir li hemm f'Pembroke biswit il-ground tal-football ta' Pembroke li ġieli nġabar f'għadira? Jista' jissewwa mill-iktar fis, la huwa ta' ħsara kbira għat-tfal u nies oħra, u anke fl-isfond li hemm lukanda ewlenija?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi żbroff ta' drenaġġ fil-ġimgħat li għaddew fl-inħawi indikati. Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar dan l-iżbroff, dan l-ilment ikun jista' jiġi nvestigat aħjar. Ta' min jgħid li bħalissa jekk ikun hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku jista' jseħħ xi żbroff mill-overflow tal-pumping station li hemm f'din iż-żona. Din dalwaqt ser tinbidel b'pumping station ġdida fil-viċinanzi ta' dik eżistenti. Il-pumping station il-ġdida ser tkun mgħammra b'apparat ġdid, inkluż generator biex kemm jista' jkun jiġi evitat żbroff ta' drenaġġ meta tinqata' l-provvista ta' l-elettriku.

BICAL — Kontrolluri

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm-il kontrollur/i tal-BICAL kien hemm minn mindu spiċċa l-BICAL? Kemm tħallsu kull kontrollur u kemm ħallsu taxxa kull wieħed minn dawn il-kontrolluri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.