Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA

Question

B'riferenza għal każi tal-MEPA 00789/02 u 03958/02, fejn il-bini huwa llum iżjed minn ħames sulari tal-permess kif jixhdu r-ritratti li qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid jekk dan huwiex ksur tal-permess? Marru enforcement officers fuq is-sit? Jekk fl-affermattiv, x'passi se jittieħdu? Din it-triq tiflah żvilupp ta' seba' sulari kull naħa, ġaladarba din l-istess triq hija daqshekk dejqa? File No. 07175/04 se jkun marbut b'ħames sulari?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li applikazzjoni PA 789/02 hija 'Outline Application' u li fuqha ħareġ permess fit-18 ta' Lulju 2002. Sussegwentament saret applikazzjoni PA 3958/02 u ħareġ permess fit-8 ta' Mejju 2005. Rigward l-għoli tal-binja eżistenti saret spezzjoni mis-sezzjoni ta l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u jirriżulta li l-għoli tal-bini huwa skond il-pjanti approvati fil-permess PA 3958/02. Fil-fatt il-permess ikopri basement u semi-basement u ħames sulari u penthouse. Irid jingħad li dan l-iżvilupp huwa ta' ħames sulari, semi-basement u penthouse u mhux ta' seba' sulari.

Malta Maritime Authority — Floating Restaurants

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk il-Malta Maritime Authority ikkonsidratx li tagħti permessi għall-floating restaurants bħala proġett innovattiv għat-turiżmu u għal żieda fl-impjiegi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rotta Numru 61

Question

Jista' il-Ministru u l-ADT jikkonsidraw favorevolment ix-xewqa tar-residenti ta' Tas-Sliema billi r-rotta numru 61 terġa' tiġi operata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Tas-Sliema — Ticket booths

Question

Jista' il-ministeru jinformani kemm-il applikazzjoni hemm għal ticket booths fix-xatt ta' Tas-Sliema? Kemm hemm maħruġa u kemm hemm pendenti? Kemm-il ditta differenti applikaw għal dawn? Hemm xi ilmenti fuq dawn it-ticket booths?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ġew validati, bejn Lulju 2005 u Marzu 2006, ħames applikazzjonijiet għal ‘ticket booths’ fix-Xatt ta’ Tas-Sliema. S’issa għad m’hemmx deċiżjoni dwar dawn l-applikazzjonijiet li saru minn erba’ individwi.
Leg 10 PQ #18967 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tas-Sliema — Ticket booths

Question

Jista' il-Ministru jara li l-konfużjoni li hemm ix-xatt, bi klijenti barranin jilmentaw mill-ambjent li jsibu, jitranġa anke permezz ta' għajnuna ta' awtoritajiet oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Studenti Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana kemm ġew studenti Ċiniżi biex jitgħallmu l-Ingliż fis-snin 2004 u 2005? Kemm fil-fatt applikaw studenti Ċiniżi biex jiġu Malta fis-sena 2005 u kemm ġew aċċettati?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13001 u 14159, fis-seduti 279 u 344 rispettivament.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm hu l-prezz tal-forwarding buying rate għal barmil żejt illum? X'inhu l-prezz li qed jinxtara llum l-istess barmil żejt?

Response (GATT, AUSTIN)

Apparti l-fatt li l-Enemalta ma tixtrix "barmil żejt" dak li hu magħruf bħala "swap rates" u mhux "forwarding buying rates" jitbiddlu kontinwament u skond iż-żejt użat u s-suq kwotat. Konsegwentement ma nistax nirrispondi d-domanda tal-Onor. Interpellant iżda nista' nissuġġerilu diversi "web sites" fejn jista' jara dawn is-swieq differenti.

MFA

Question

Fl-isfond ta' diversi mistoqsijiet u tweġibiet li kellhom jaraw din il-kwestjoni, il-Ministru hu f'pożizzjoni li jgħid li l-Malta Football Association qiegħda tikser il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea għaliex ma tħallix il-freedom of movement u right of work? Huwa veru li uffiċjal fil-ministeru ta' l-isport u fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea huwa wkoll fuq l-istaff tal-Malta Football Association?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda żviluppi ġodda wara t-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari rigward l-istess materja. Informat ukoll illi il-Ministeru jagħmel użu minn diversi uffuċjali kemm fil-Ministeru sew fid-Diviżjoni u anke l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt l-istess dekasteru fi kwistjonijiet li jolqtu l-Unjoni Ewropea.

Fabbrika Denim

Question

Jista'il-Ministru jinformana kemm-il impjegat/a sabu x-xogħol minn dawk issensjati minn Denim Services?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond it-tagħrif li għandha s'issa il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni ssensjati mid-Denim Services u li avżaw li sabu mpjieg sal-lum hu ta’ 320.

Ħaż-Żabbar

Question

Jista' il-Ministru jirriferi għal file no. 05182/05 u 07346/04, sit f'Ħaż-Żabbar, zona St Peters u jinformana jekk dan il-bini huwiex skond il-liġi u jgħid jekk hux qed jitħalla spazju skond il-liġi, cioe' distanza bejn gallerija u bitħa ta' terzi? Kien hemm xi stop notices fuq dan is-sit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post imsemmi, irriżulta li x-xogħol wasal sal-livell terran (ground floor level) u qiegħed skond il-permess u pjanti approvati fil-permess PA 7346/04. Ma jirriżultax li kien hemm stop notice. Dwar l-applikazzjoni PA 5182/05 din għadha pendenti.

Pembroke — Triq il-Mediterran

Question

Jista' il-Ministru jara jekk l-Enemalta tistax tagħmel dawl bejn Triq il-Mediterran u l-klabb sportiv atleta f'Pembroke, peress li hemm ħafna żgħażagħ li jitilgħu fid-dlam u dan huwa perikoluż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-installazzjoni ta' dwal ġodda huwa responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali.

Pembroke — Skola

Question

Jista' il-Ministru jagħtina data meta se jibdew ix-xogħlijiet ta' titjieb fl-iskola ta' Pembroke, bħalma huma dawk tat-toilets li huma minn barra u postijiet ta' kenn biex it-tfal ma jixxarbux u jibqgħu hekk il-ġurnata kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li diġa tlestiet l-ewwel parti ta-xogħol u bħalissa qiegħed jinħadem it-tieni parti. Dan għandu jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu.

Tas-Sliema — Reserved parking spaces

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hemm reserved parking spaces awtorizzati mill-awtorita' dwar it-trasport fi Triq Gorg Borg Olivier f'Tas-Sliema? Dawn l-ispaces laħqu l-kriterji kollha meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’Tas-Sliema kien hemm ħames (5) reserved parking spaces li minnhom tnejn tneħħew u wieħed ġie trasferit f’lokalita oħra. Għaldaqstant bħalissa hemm żewġ reserved parking spaces li huma utilizzati.

Studenti Universitarji

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidera favoralment l-għotja ta' xi stipendju jew għajnuna lil studenti universitarji li qegħdin fi stadju li jikkwalifikaw għal grad ta' masters? Jekk fl-affermattiv, meta tista' tidħol fis-seħħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux il-ħsieb f'dan l-istadju li jinbidlu r-regolamenti biex tintlaqa' t-talba ta' l-Onor. Kollega.

Tneħħija ta' parking bays

Question

Jista' il-Ministru jispjega kif parking bays li kienu ilhom hemm tul ta' snin u jintużaw għar-residenti, issa ġew mneħħija b'ordni ta' l-ADT u dan wara li sar xogħol fuq l-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-isem tat-triq, li fiha jinstabu il-parking bays imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija neċessarja sabiex it-Traffic Management Unit ikun jista' jagħti risposta korretta.

Tas-Sliema — Triq Gino Muscat Azzopardi

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk il-parti ta' Triq Gino Muscat Azzopardi, Tas-Sliema fejn hemm il-ġonna, hijiex se titħalla tinbena fi dwellings u bi dħul mill-istess triq? Jekk fl-affermattiv, u allura tkun l-ewwel darba b'dan il-mod, hux se tkun preċedent għal tul it-triq kollha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-uniku informazzjoni li setgħet tinġabar fuq dan is-sit hija li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irċeviet talba sabiex jinbidlu s-soqfa (PA 3781/04). It-talba ġiet milqugħa fit-28 ta' Lulju 2004.

Tas-Sliema — Reserved Parking Bay

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk reserved parking bay li bħalissa hemm fi Triq Għar id-Dud, hijiex użata minn persuna li m'għandhiex iżjed l-ID card f'dik it-triq f'Tas-Sliema, u dan skond ir-reġistru elettorali ta' Ottubru 2005, u għalhekk din tista' tiġi mneħħija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Managmenet Unit u minn spezzjoni li saret fi Triq Għar id-Dud irriżulta li hemm aktar minn waħda reserved parking għad-disabled. Għaldqstant aktar informazzjoni dwar ir-reserved parking imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija neċessarja sabiex it-Traffic Management Unit ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ikun jista' jagħti risposta korretta.

Eu work directive 2004/114/ec

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani meta Eu work directive 2004/114/ec se tkun mgħoddija bħala liġi u tkun effettiva f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

L-Istati Membri huma obbligati li jimplimentaw il- Council Directive 2004/114/EC of 13 December 2004 on the conditions of admission of third-country nationals for the purposes of studies, pupil exchange, unremunerated training and voluntary service sa t-12 ta’ Jannar 2007. Il-Gvern Malti hu kommess li jimplimenta din id-Direttiva sa d-data indikata.

Council Directive 2004/114/EC

Question

Jista' il-Ministru jinformana jekk hemmx ħsieb li Council directive 2004/114/EC tkun liġi? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti data?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Ħabib tiegħi jirreferi l-Mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern li hu responsabbli għal din il-materja.