Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm-il talba ta' ħlas inħarġu f'dawn l-aħħar tmien xhur mil-inland revenue lil werrieta ta' nies mejtin, li ntalbu jagħmlu ħlasijiet għat-taxxa suppost mhux imħallsa? Dawn l-ittri kollha ġustifikati, anke dawn fiż-żmien ta' l-ex-officio assessments?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet għal ħlas minn werrieta għal perjodu minn Jannar sa Ottubru 2006 kien jammonta għal 299 talba li ġġib is-somma ta’ Lm845,487. Dan l-ammont ta’ taxxa huwa kollu dovut għaliex m’hemm l-ebda oġġezzjoni kontrih.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li neħħa l-VAT fuq attivitajiet kulturali għal każini tal-baned tgħoddx ukoll għal kunsilli lokali li jorganizzaw attivitajiet purament kulturali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformana kemm se jiswa l-upgrading li bħalissa għaddej f'Għar id-Dud f'Tas-Sliema? Meta huwa ppjanat li jkun lest? Hemm possibbilta' li ma jitnaqqsux parking bays fil-pjani l-ġodda? Hemm pjani biex tkompli xi embellishment ieħor f'Tas-Sliema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li x-xogħol ta’
Embellishment
f’Għar id-Dud hu stmat li jiġi jiswa madwar Lm200,000. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest f’Marzu 2007. Il-wisa’ tat-triq ġiet mibdula wara konsultazzjoni mal-ADT. Nikkonferma li fil-proġett ta'
embellishment
mhux se jkun hemm nuqqas ta'
parking
ħlief li fil-
parking are
a
ta' ħdejn il-fortizza dan ser jiġi organizzat u regolarizzat.
Għal din is-sena m’hemmx pjanijiet oħra għal xi xogħol ta’ Embellishment f’Tas-Sliema.
Jista' il-Ministru jikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li t-termini fuq xiex jingħataw reserved parking spaces ikunu riveduti fid-dawl li kultant hemm każi fejn wieħed ma jsuqx u qiegħed jingħata reserved space u oħrajn fejn il-mobilita' hija soġġetta għal interpretazzjoni wiesgħa? Jidhirlu li għandu jistaqsi għal xi rapport biex dawn ir-reserved bays jingħataw bil-ġust u mhux sempliċement għax hemm problema ta' ipparkjar ġenerali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari, ikun ferm apprezzat li l-Onorevoli Interpellant jissottometti lista ta’ każijiet fejn hu allegat li r-reserved parking mhux qed ikun użat għall-iskop li għalih ġie approvat sabiex it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku tkun f’posizzjoni li tirrevedi tali każijiet.
L-iskop tas-servizz ta’
reserved parking
huwa li jgħin lill-persuni bi problemi ta’ mobilità u lill- familjari tagħhom li jieħdu ħsiebhom fir-residenzi privati ta’ tali persuni b’diżabilità.
Jista' il-Prim Ministru jinformani kif l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiddeċiedi kif resident/a tkun intitolata għal reserved parking jew le mingħajr ma jisma lill-kunsill lokali, lill-ADT jew oħrajn fuq il-validita' ta' tali talba? Reserved parking għandu jingħata lil xi ħadd li ma jsuqx biex sempliċement ikun żgurat parking space lill-familjari meta jmorru jżuruh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinformani f'liema stadju huwa l-proġett ta' slipway f'Pembroke? Jekk dan se jsir, hemm xi timeframe? Kemm hi l-istima ta' spejjeż li se jinħarġu mill-gvern ċentrali? Hemm xi parteċipazzjoni mill-kunsill lokali ta' Pembroke?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l–permess għall-ewwel pożizzjoni ta’ dan is-
slipway
li nħareġ mill-
MEPA
kellu jinbidel peress
W.S.C.
espremit tħassib dwar dan is-
slipway
minħabba li kien wisq viċin ta' l-
inlet main pipe
ta’
R.O plant
f’ Pembroke.
Għaldaqstant instabet pożizzjoni oħra meqjusa li mhix ta’ periklu għall-istess R.O. Din l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata mill-MEPA u ġie mitlub li ssir E.I.A. minħabba xi speċi rari u endemici li hemm f’dawn l’akwati.
It-timeframe ta’ dan il-proġett tkun tista’ tiġi mfassla hekk kif jinħareġ il-permess mill-MEPA. Barra minn hekk wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni s-sit imsemmi minħabba li hu suġġett għal maltemp u għaldaqstant programm b'dati stipulati ma jkunx jista' jiġi ffissat.
L-istima għax-xogħol fuq dan is-slipway tammonta għal madwar Lm29,184 u l-finanzjament se jsir mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-MTAC u l-MRAE.
Jista' il-Ministru jinformana dwar l-istatus ta' l-applikazzjoni quddiem il-MEPA għas-slipway ta' Pembroke, fiex waslet u meta se jinħareġ il-permess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar qiegħda tistenna xi nformazzjoni mingħand l-applikant. L-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar tista' tgħid meta ser jinħareg il-permess meta l-informazzjoni kollha mitluba tkun ġiet sottomessa
Jista' il-Ministru, permezz ta' l-ADT, jirrivedi s-sitwazzjoni ta' għeluq Triq Reggie Miller, fil-Gżira fil-ħinijiet ta' ħruġ ta' l-iskola tas-Sacred Heart peress li r-residenti ma jitħallewx jidħlu fit-triq, wardens ħerqana biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet, traffiku fuq triq prinċipali magħluqa, u dan bil-bridge ta' Regional Road se tingħalaq, b'inkonvenjenza għar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li Triq Reggie Miller minn kantuniera ma’ Triq Luqa Briffa sa kantuniera ma’ Regional Road tingħalaq temporanjament għal 30 minuta mit-tlieta neqsin kwart sat-tlieta u kwart mit-tnejn sal-ġimgħa fil-ġranet ta’ l-iskola għal raġunijiet ta’ sigurta’ għat-tfal ta’ l-iskola.
Skond il-pjan ta’ immaniġġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet tal-
bridge
ta’ Regional
Road
, Triq Reggie Miller hija meqjusa bħala triq importanti għad-devjazzjonijiet tat-traffiku peress li din it-triq tagħti għaċ-ċentru ta’ tas-Sliema, Gżira w San Ġiljan
Jista' il-Ministru jinvestiga għala sit ta' bini li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qiegħed jagħmel ħajja ta' familja fil-periklu? Kemm-il enforcement sar min-naħa tal-MEPA? Inżammlu xi permess? Qiegħed jaħdem skond il-permess u skond is-sengħa, bla periklu lil ħaddieħor? Tista' issir spezzjoni bir-reqqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-sezzjoni ta' l-Infurzar kif ukoll perit tal- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlu diversi spezzjonijiet fuq dan is-sit. Is- sezzjoni ta' l-Infurzar ma ħarget l-ebda Avviż ta' Infurzar għaliex ix-xogħol preżenti huwa kopert bil-permess originali u b'emendi sussegwenti li kollha ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Nixtieq ninforma li s-sezzjoni ta' l-Infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhux responsabbli għal xi periklu li jista' jinħoloq waqt xi fażi tà kostruzzjoni tà bini, kif ukoll jekk ix-xogħol ma jsirx skond is-sengħa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana jekk huwiex permissibbli li l-kunsill lokali jkollu sistema ta' petty cash, cioe' ħlasijiet jitħallsu minn fond ieħor ta' petty cash, dawn huma kkonsidrati ħlasijiet li suppost saru skond il-kondizzjonijiet finanzjarju tal-kunsilli? Huma soġġetti għall-audit? Huma soġġett għall-approvazzjoni mill-kunsilli rispettivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi Kunsill Lokali jista' jżomm sistema ta' petty cash. Dan hu fond ta' flus kontanti li minnu jitħallsu kontijiet li ma jaqbżux l-Lm 10. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jistabilixxi lista ta' transazzjonijiet li jridu jsiru mill-petty cash. Din il-lista li tista' tiġi aġġornata skond il-bżonn, għandha tkun approvata mill-Kunsill Lokali.
Il-proċedura tas-sistema tal-petty cash hi regolata mir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) maħruġa permezz ta' l-Avviż Legali 155 ta' l-1993 u l-Proċeduri ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) maħruġa permezz ta' l-Avviż Legali 180 ta' l-1996. Bħal ma hu l-operat kollu tal-Kunsilli Lokali, is-sistema tal-petty cash hi soġġetta għall-audit.
Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm-il talba ta' ħlas inħarġu f'dawn l-aħħar tmien xhur mil-inland revenue lil werrieta ta' nies mejtin, li ntalbu jagħmlu ħlasijiet għat-taxxa suppost mhux imħallsa? Dawn l-ittri kollha ġustifikati, anke dawn fiż-żmien ta' l-ex-officio assessments?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Billi l-gvern għandu proprjeta' f'idu mogħtija b'ċens temporanju, fosthom garages li ma jifformawx parti mir-residenza ordinarja taċ-ċenswalist, liema ċens pagabbli fuq dawn il-garages huwa tant negliġibbli li kultant ma koprix l-ispejjes amministrattivi, u ġaladarba dan iċ-ċens jista' jinfeda permezz ta' tender pubbliku, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jniedi skema bħal dik eżistenti għal fidi ta' ċnus tar-residenti biex dawn iċ-ċnus ikunu jistgħu jinfdew u b'hekk iċ-ċenswalisti preżenti jkunu jistgħu jgawdu l-proprjeta' li għandhom f'idejhom bħalissa?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura li l-bejgħ ta' ċnus ta' garages issir permezz ta' sejħa għall-offerti, biċ-ċenswalist jingħata d-dritt ta' l-ewwel rifjut, hija kkunsidrata ġusta.
Jista' il-Ministru jikkonfermali kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal Triq Santa Marija, Tas-Sliema li qiegħda issir bi sħab mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ammont ta’ flus li l-Gvern Ċentrali permezz tal-Awtorita' dwar it-Trasport ser joħroġ sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa u Triq Santa Marija jingħata wiċċ ġdid jammontaw għal madwar Lm 20,000.
Jista' il-Ministru jinformana jekk hemmx maħsub xi tip ta' proġett f'Tas-Sliema, min-naħa tal-gvern ċentrali, bejn it-toroq ta' l-inħawi ta' Triq it-Torri u x-xatt? Jekk fl-affermattiv, meta hu pproġettat li jibda, x'nefqa hemm prevista u x'xogħlijiet hemm previsti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-pulizija marret fuq is-sit tal-lukanda Galaxy u waqqfu x-xogħol nhar ta' Ħadd u wara l-ħin tax-xogħol? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet u kemm-il darba dawn ittellgħu l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha tlett rapporti li kien qed isir xi xogħol ta' kostruzzjoni fuq is-sit imsemmi mill-Onor. Interpellant. Darba kienet nhar festa pubblika, fejn meta marru l-Pulizija fuq is-sit ikkonfermaw li kien qed isir xi xogħol u ordnaw li x-xogħol jieqaf. Iż-żewġ rapporti l-oħra kienu l-Ħadd, pero' meta marret il-Pulizija fuq is-sit sabet li ma kien qed isir l-ebda xogħol. Għaldaqstant ma jirriżultax li kien hemm lok li jittieħdu proċeduri kriminali minn naħa tal-Pulizija.
Ġaladarba r-residenti qed isofru inkonvenjent kbir meta sewwieqa imorru iffitxu parking ġewwa s-Swieqi u dan b'atti vandali, ksur u imblokkar ta' driveways u garages, jista' il-Ministru u l-ADT jikkonsidraw ċerti miżuri ta' ħarsien lir-residenti, bħalma hemm f'ċerti zoni ta' Pembroke, li huma out of bounds għal nies barra minn Pembroke - ħdejn il-Luxol Ground?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Enforcement Officers ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta m'għandhomx id-dritt legali li jinfurzaw l-ordni pubblika u r-Regolamenti dwar il-vettura bil-mutur. Madankollu, huwa rakkomandat li l-problema ta' parking fis-Swieqi tkun indirizzata b'modi differenti bħal skema ta' residential parking scheme skond il-policy ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta.
Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għal-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li s-sinjali tat-toroq f'Pembroke li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma ġewx approvati mit-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku minħabba li m'humiex skond il-
policies
ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ħadet l-azzjoni meħtieġa f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jinformana kif il-kuntrattur tas-sit tal-Galaxy qiegħed jaħdem kull nhar ta' Ħadd, fil-festi u wara l-ħin kuljum għad-dannu tal-ħajja tar-residenti? X'sar mill-MEPA fuq dan il-każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta' Malta dwar L-Ambjent u l-Ippjannar (MEPA) ma irceviet l-ebda rapport fuq l-imsemmi ilment.
Sadanittant, sejrin isiru spezzjonijiet barra il-ħin normali stipulati sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu osservati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru, permezz tal-pulizija, jara li l-għajxien tar-residenti fis-Swieqi jkun salvagwardat minn sewwieqa, vandali u persuni barranin mil-lokal, b'mezzi priventivi ta' sorveljanza u ħarsien lejn il-liġijiet? Kull inizjattiva meħuda tkun apprezzata.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu r-rondi regolarment fil-lokalita' għall-finijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jikkonfermali kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal Triq Santa Marija, Tas-Sliema li qiegħda issir bi sħab mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
F'Lulju l-president tal-Malta football association kkonferma li l-gvern permezz tal-ministru responsabbli milll-isports irrisponda lill-Unjoni Ewropea fuq il-kwestjoni tal-players barranin. Irrisponda kelma b'kelma dak li l-MFA bagħtet lill-Ministru. Jista' il-Ministru jikkonferma li verament ir-risposta tal-gvern kienet kelma b'kelma kkopjata minn dokument ta' l-MFA? Jista' ipoġġi din ir-risposta għad-dispożizzjoni tal-Membri?
Response (GALEA, LOUIS)
Nassigura l-Onor. Ħabib tiegħi li l-kommunikazzjoni tal-Gvern hi oriġinali. Ma nsibx diffikulta` li nitlob il-permess ta’ l-awtorita` kompetenti biex meta jkun il-waqt titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra msemmija.