Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet il-lotteries u gaming authority dwar il-highly qualified schemes fl-2012 u kemm minn Jannar sa Settembru 2013? Għal kull perijodu, jista’ jgħid x’kien l-impjieg ta’ kull applikant rispettivament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tar-raba' sejħa għal fondi mill-iskema għat-turiżmu sostenibbli li skont il-Ministru stess kellha tiġi finalizzata sal-aħħar ta' Settembru, ġietx iffinalizzata? Jekk le, x'wassal għal dan it-tieni dewmien fl-evalwazzjoni li oriġinarjament kellu jintem f'Ġunju ta' din is-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-marki ta’ l-aħħar fażi ta’ l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tar-raba’ sejħa għal fondi mill-iskema għat-turiżmu sostenibbli għadha kif ġiet iffinalizzata u ser jintbagħtu l-ittri bir-riżultat lill-applikanti.
Wara dan il-proċess, tibda diskussjoni mal-benefiċċjarji fejn dawn ikunu jridu jikkonfermaw u jiffirmaw il-grant agreement li jinkludi fih id-dettalji ta’ inizjattivi li ser isiru u ż-żmien biex dawn jitwettqu. Il-proġetti jridu jitlestew sa Settembru tal-2014. Bħal ma ġara fl-iskemi preċedenti, l-applikanti kellhom ukoll l-għażla li jibdew il-proġett tagħhom, iżda ma jitlestiex qabel ma jinħarġu r-riżultati b’approvazzjoni tal-iskema.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjonijiet għal fondi taħt ir-raba sejħa tal-iskema għat-turiżmu sostenibbli li se jiġi affetwati negattivament minħabba id-dewmien fl-evalwazzjoni? Jista' jikkonferma li wħud mill-proġetti ma jistgħux isiru fit-totalità jew parzjalment għax ma baqax żmien biżejjed biex isir il-proġett kif pjanat?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5321.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kunċert tal-MTV hux se jsir is-sena d-dieħla? Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta se jsir il-kunċert?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħas-snin preċedenti bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-MTV dwar il-kunċert.
Kif jiġu konklużi dawn in-negozjati tkun tista’ tingħata iktar informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jiddikjara u jikkonferma li l-Gvern preżenti m’għandux intenzjoni, la llum u lanqas għada, li jipprivatizza l-Air Malta, anke jekk parti żgħira, lil investitur privat?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern preżenti qed jistenna li jara r-riżultati li se jagħtu n-nies maħtura mill-Gvern preċedenti, fejn dawn qed jitħallew jaħdmu mingħajr indħil. Deċiżjonijiet strateġiċi jittieħdu kif ikun magħruf l-istat veru tal-kumpanija u tal-proċess li mbotta l-Gvern preċedenti.
Fid-dawl ta’ korsijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li qed isiru f’Għawdex għall-istudenti Maltin, jista’ l-Ministru jinforma kemm-il kors qed isir f’Għawdex, u kemm hemm studenti affettwati b’din id-deċiżjoni, u min qed iħallas għall-ispejjeż żejda li hemm?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx korsijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li qed isiru f’Għawdex għal studenti Maltin.
Hemm żewġ gruppi ta’ studenti, total ta’ wieħed u tletin (31) student/a, sebgħa (7) minnhom Għawdxin, li ser jattendu għal Module prattiku tal-Produzzjoni tal-Ikel u ta’ Servizz ta’ Ikel u Xorb, kull ġimgħa. Dan ser ikun fuq semester wieħed u l-istudenti ser jibdew jattendu Għawdex mit-tieni ġimgħa akkademika.
Peress li l-istudenti ta’ l-I.T.S. huma provduti bi trasport meta jivvjaġġaw bejn kampus u ieħor, ser isir l-istess f’dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3994 u jgħid minn meta beda jiffunzjona l-iStamp Advisory Board? Jista’ jgħid min huma n-nies li huma fil-Bord illum? X’funzjoni għandu dan il-Bord? Kemm-il darba jiltaqa’? X’deċiżjonijiet jieħu dan il-Bord? Kemm jitħallsu l-membri tal-Bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-iStamp Design Advisory Board ilu jiffunzjona mis-snin sebgħin. Illum il-Bord huwa kostitwit min 6 membri u segretarja - li huma:
Chairman
Dr Pascal Demajo
Membri
Ms Greta Apap Bologna
Mr. Joseph Said
Ms Martina Zammit
Mr. Roger Strickland
Mr. Kenneth Zammit Tabona
Segretarja
Ms Mary Grace Simpson
Il-funzjoni tal-Bord hi li tevalwa d-disinn tal-bolli li jkunu sejrin jinħarġu u tirrakkomanda lill-Ministru konċernat liema disinn ta’ bolla għandu jiġi magħżul.
Il-Bord jiltaqa' formalment madwar 5 jew 6 darbiet fis-sena barra li llum-il ġurnata jsiru wkoll diversi kollokwji tramite l-internet.
Il-hlas annwali dovut liċ -Chairman tal-Bord huwa ta' €3494, filwaqt li l-ħlas annwali dovut lill-membri huwa ta' €698.81.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta beda jiffunzjona l-iStamp Advisory Board? Jista’ jgħid min huma n-nies li huma fil-Bord illum? X’funzjoni għandu dan il-Bord? Kemm-il darba jiltaqa’? X’deċiżjonijiet jieħu dan il-Bord? Kemm jitħallsu l-membri tal-Bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2775, jista' l-Ministru jinforma dwar dik il-policy dwar il-lingwa Ingliża u Maltija fl-iStreet Naming Committee, u allura l-lingwi li jintużaw fl-stampar tal-mapep għat-turisti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interperllant li L-iStreet Naming Committee ser jeżamina l-policy eżistenti fl-istess ħin li tkun qed issir konsultazzjoni mal-Malta Tourism Authority dwar il-lingwi li se jintużaw fl-stampar tal- mapep għat-turisti. Wara din il-verifika jkun jista’ jiġi deċiż jekk hemmx bżonn ta’ bidla jew le.
Ġaladarba daħal is-sajf, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta se tkun implimentata l-wegħda nru 113 fil-Kapitlu tat-turiżmu fil-programm elettorali tal-Partit Laburista? Jekk din diġà saret, kemm hemm nies fi ħdan dan il-unit, u x’ħinijiet u żoni qed jaħdmu fihom?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit tal-ġimgħat ilu beda xogħol preparatorju bejn il-partijiet konċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.
Ġaladarba daħal is-sajf, jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata l-wegħda nru 113 fil-Kapitlu tat-turiżmu fil-programm elettorali tal-Partit Laburista? Jekk din diġà saret, kemm hemm nies fi ħdan dan il-unit, u x’ħinijiet u żoni qed jaħdmu fihom?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit tal-ġimgħat ilu beda xogħol preparatorju bejn il-partijiet konċernati dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-titjira, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġietx effettivament delayed minħabba l-persuna li dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan id-dewmien sewiex xi ħlasijiet żejda mill-Air Malta lill-ajruport Ingliż? Jista’ jgħid kemm ħallset il-persuna għal dan il-biljett fuq din it-titjira? Jista’ jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw ukoll separatament għadux qed jieħu ħsieb il-lukanda tiegħu fl-Ingilterra?
Response (VELLA, KARMENU)
Fir-rigward ta’ dan l-inċident, intalab rapport investigattiv wara li ġie ppreżentat rapport preliminari li jindika li d-dewmien fit-titjira ma kienx ikkawżat mill-persuna inkwistjoni. Dan id-dewmien ma kkawżax spejjeż addizzjonali għall-Air Malta.
Il-biljett għat-titjira tal-persuna inkwistjoni inħareg skont ir-riżoluzzjoni 788 tal-IATA li titkellem dwar individwi li huma intitolati għall-trasport b’xejn jew skontat, eskluż l-ispejjeż tat-taxxi u dejjem subject to availability.
Informazzjoni oħra mitluba hija ta’ natura personali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta dettaljata tal-proġett tal-Kappara hekk kif qed jiġi propost minn Transport Malta?
Jekk hemm stabilit xi
timeframes
tal-proġett, kemm ġejja l-ispiża, kif se jiġi ffinanzjat u saru konsultazzjonijiet mal-
persons of interest
? Jekk fl-affermativ ma' min kellu dawn id-diskuzzjonijiet? Ir-residenti tal-inħawi ġew konsultati? Meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Transport Malta qed tħejji l-pjanti biex tippreżentahom lill-MEPA fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-pjanti għadhom qed jiġu finaliżżati u ser jinkludu il-bini ta’ overpass fuq l-ispazju tal-junction eżistenti. Qed isiru wkoll studji biex tiġi mfassla l-junction ta’ taħt l-istess overpass. Dan il-proġett qed jingħata prijorita’ u l-pjan huwa li x-xogħol jinbeda s-sena d-dieħla, jekk ma jinqalgħux diffikultajiet li sa issa mhux previsti. Ninsab infurmat ukoll illi waqt il-proċess tal-applikazzjoni tal-MEPA saru diversi konsultazzjonijiet dwar dan il-proġett ma’ diversi mir-residenti tal-inħawi. Fl-aħħar ġranet saru wkoll laqgħat ma’ żewġ Kunsilli Lokali tal-inħawi u ma’ rappreżentant tan-Nature Trust. Minbarra hekk qed jiġu ppjanati serje` ta’ laqgħat ma’ residenti li talbu li jiltaqgħu ma’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jinforma b’liema skemi jew strutturi ġodda se jsaħħaħ is-settur tat-turiżmu sportiv din is-sena u fil-ġejjieni?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħdin isiru laqgħat bejn il-partijiet konċernati sabiex jibdew jiġu imfassla inizjattivi ġodda li għandhom jgħinu biex isaħħu t-turiżmu sportiv f’pajjiżna.
Il-Gvern hu kommes li jikseb riżultati f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jinforma jekk dan il-Gvern hux se jkompli bid-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati fil-każ tal-Bical? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma jekk bdewx diġà u fejn waslu, bil-għan li dan il-każ jingħalaq darba għal dejjem?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-Bical.
Jista' l-Ministru jinforma x’inhi s-sitwazzjoni fis-saga tal-ex National Bank of Malta? Il-Gvern beħsiebu jkompli bid-diskussjonijiet? Jekk iva, jista' jinforma f'liema stadju qegħdin u dan biex din is-saga li ilha tkarkar tingħalaq u ssir ġustizzja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-Gvern ma kellux diskussjonijiet dwar il-kas tan-National Bank mill-elezzjoni 'l hawn.