Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #10179 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Ex National Bank of Malta – żvilupp fil-kwistjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk kienx hemm xi żvilupp fil-kwistjoni tax-shareholders tal-ex National Bank of Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda dwar ix-shareholders tal-ex-‘National Bank of Malta’.
Leg 12 PQ #10181 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – persuni li spiċċaw mix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-persuna responsabbli mill-Human Resources fl-Air Malta spiċċat? X’kienet ir-raġuni? Kemm spiċċaw nies jew irreżenjaw nies mill-Air Malta f’dawn l-aħħar erba’ xhur?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

L-Air Malta iddeċidiet li twaqqaf il-persuna responsabbli mill-Human Resources fiż-żmien tal-probation period. F’dawn l-aħħar erba’ xhur kien hemm ħamsa u tletin (35) persuna li b’xi mod jew ieħor waqfet taħdem mal-Air Malta.
Leg 12 PQ #10016 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pensjonijiet tas-Servizzi Ingliżi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fit-sitwazzjoni tal-pensjonijiet tal-Maltin li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #9920 Sitting 166 2014-06-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jara kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandha diffikultà sabiex tingħata ċ-ċittadinanza Maltija meta t-tifel tagħha ilu sena Malti?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant lill-Ministeru kkonċernat.

Applikazzjonijiet tal-oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet tal-oqbra li saru matul is-snin għadhomx validi? Jista' jgħid jekk hemmx xi timeline għal għotja ta' dawn? Jista jara l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-applikazzjoni msemmija hija dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tinsab fil-lista ta’ stennija għal xiri ta’ qabar f’dan iċ-Ċimiterju.
Leg 12 PQ #9820 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Gozo Channel - executive chairman

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9584, jista' l-Ministru jgħid kemm kellu paga u perkaċċi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien iċ-chairman qabel dan attwali? Jista' jgħid għaliex qed jiddejjaq milli jagħti ċ-ċifra eżatta ta' kemm għandu paga u perkaċċi l-executive chairman?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma mistoqsija parlamentari 9584, għajr li ninkoraġġiħ sabiex jagħmel distinzjoni fir-rwol ta’ bejn Executive Chairman u Non Executive Chairman.

Il-Belt — Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li dawk li kienu shelters fil-Belt, li issa huma kmamar, humiex suġġetti għall-ħlas ta’ kera? Fil-każ li iva, kemm hi l-kera u għalkemm żmien?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #9584 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Gozo Channel - executive chairman

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9316, jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-salarju tal-executive chairman tal-Gozo Channel u x'perkaċċi kellu ċ-chairman ta' qablu ġaladarba hija kumpanija pubblika, din l-informazzjoni kompluta għandha tkun waħda pubblika?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inzid mall-Mistoqsija Parlamentari numru 9316, għajr li s-salarju tal-Executive Chairman li hemm prezenti, hu xi €20,000 fis-sena inqas min ta qablu.
Leg 12 PQ #9314 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel? Jista’ jagħti d-dettalji dwar l-istruttura ta’ management li għandha l-kumpanija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel m’għandhiex Kap Eżekuttiv (CEO) iżda ċ-Chairman qed jassumi r-rwol ta’ Chairman Eżekuttiv. L-istruttura tal-kumpanija Gozo Channel hija murija fit-tabella annessa.
Leg 12 PQ #9315 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandha l-Gozo Channel? Min huma dawn il-konsulenti? Meta ġew ingaġġati u x’inhu x-xogħol tagħhom? X’pakkett finanzjarju għandu kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Gozo Ltd għandha konsulent wieħed ingaġġat magħha. Din hija Dr. Georgine Schembri ta’ Grech & Grech Associates u ġiet ingaġġata fl-1 ta’ Frar 2012 għal 4 snin bħala konsulent legali.
Leg 12 PQ #9316 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallas iċ-Chairman tal-Gozo Channel u x’perkaċċi oħra għandu bħall-mobile, karozza u oħrajn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Chairman tal-Gozo Channel għandu rwol ta’ Executive Chairman u ghandu l-istess perkaċċi bhal ta’ qablu.
Leg 12 PQ #9119 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – uffiċċju fl-Istati Uniti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8923 u ċjoè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8847, peress li t-tweġiba ma hija xejn ċara, jista' jagħti d-data ta' meta l-persuna kkonċernata ġiet ingaġġata fl-impjieg ġo l-Istati Uniti u jagħti d-data ta' meta l-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ddiskutiet u kkonfermat dan l-ingaġġ? Ġaladarba dan huma fondi pubbliċi, l-poplu għandu dritt ikun mgħarraf kemm se tkun l-ispiża kumplessa ta' dan l-eżerċizzju jiġifieri l-kuntratt tal-persuna kkonċernata kif ukoll kull spiża oħra li tammonta għall-mijiet ta' eluf? Kemm huwa t-target number ta' arrivals ġodda minn dan is-suq għall-2014 u 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ingaggjata fl-impjieġ ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika fl-1 ta’ Marzu 2014. Din ġiet diskussa fil-laqgħa tal-Board tal-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu nhar id-19 ta’ Diċembru 2013. L-ispiża involuta konessa mal-persuna kkonċernata li ġiet indirizzata mil-Onor. Interpellant hija fuq l-istess linja ta’ persuni oħra li ġew appuntati mill-amministrazzjoni precedenti biex jirrapreżentaw lill-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu fis-swieq speċifiċi barra minn xtutna.
Leg 12 PQ #9126 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8970, peress li r-risposta mhix eżatta jista’ l-Ministru jgħid jekk erbgħa mill-ħames ħaddiema tal-Assessment Bord għandhomx it-tfal tagħhom jaħdmu l-Air Malta u li hemm tnejn fil-ground handling li għandhom xogħol ġol-ministeri? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex affarijiet inġusti speċjalment fis-sitwazzjoni tal-Air Malta llum? Jista’ jgħid jekk dan l-aġir inġust hux qed jipperikola x-xogħol tal-ħaddiema tal-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlmentari 8970 hija waħda eżatta. L- Air Malta m’għandhiex informazzjoni li hemm tnejn fil-ground handling li għandhom xogħol fil-Ministeri. Il-Manager tal-Passenger Handling u Ground Operations segwa l-proċess mill-bidu sa l-aħħar sabiex jiżgura aġir ġust. Dwar is-sitwazzjoni tal-Air Malta llum li qed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari, ikun opportun li ssaqsi lill-kollegi tiegħek tal-Oppozizzjoni dwar kif l-Air Malta qiegħda f’tali sitwazzjoni u min ipperikola x-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.
Leg 12 PQ #8970 Sitting 141 2014-04-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8880, jista’ l-Ministru jikkonferma li 11-il impjegat ġew imwaqqfa mix-xogħol? Dawn ingħataw raġuni għaliex ġie tterminat l-impjieg tagħhom? Peress li mill-Assessment Board jidher li hemm ukoll erbat itfal tagħhom stess jaħdmu part-time jista’ l-Ministru jgħid jekk l-impjieg ta’ dawn ġiex renewed? Dawk li sabu impjieg fil-ministeri ġew ukoll impjegati part-time? Kemm huma dawn f’numru u f’liema ministeri jaħdmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħdax il-impjegat ġew imwaqqfa mix-xogħol billi skont il-liġi tterminalhom l-kuntratt tal-impjieg tagħhom. Għalhekk ma kien hemm l-ebda terminazzjoni tal-impjieg. Hemm tfal ta’ supervisors li qed jaħdmu part-time u li l-kuntratt tagħhom ġie estiż. L-assessment sar minn nies li m’humiex qrabat ta’ dawn il-persuni sabiex tiġi aċċertata l-oġġettività ta’ dawn il-persuni. Hemm persuna waħda li marret taħdem fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Leg 12 PQ #8923 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – uffiċċju fl-Istati Uniti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8847, peress li t-tweġiba ma hija xejn ċara, jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-persuna kkonċernata ġiet ingaġġata fl-impjieg ġo l-Istati Uniti u jagħti d-data ta' meta l-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ddiskutiet u kkonfermat dan l-ingaġġ? Ġaladarba dan huma fondi pubbliċi, l-poplu għandu dritt ikun mgħarraf kemm se tkun l-ispiża kumplessa ta' dan l-eżerċizzju jiġifieri l-kuntratt tal-persuna kkonċernata kif ukoll kull spiża oħra li tammonta għall-mijiet ta' eluf? Kemm huwa t-target number ta' arrivals ġodda minn dan is-suq għall-2014 u 2015?

Response (LEWIS ZAMMIT, EDWARD)

Ninsab infrumat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 12 PQ #8880 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-31 ta' Marzu, 11-il ħaddiem partikolari li jaħdmu part-time fl-Air Malta mhux se jiġġedilhom il-kuntratt? X'wassal għal din id-deċiżjoni?

Response (LEWIS ZAMMIT, EDWARD)

Ninsab infurmat illi wara li l-kumpanija qieset iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, kemm dawk illi jikkonċernaw l-individwi indikati kif ukoll il-bżonnijiet tagħha stess, għażlet illi teżerċita d-drittijiet tagħha fil-kuntest tal-provvedimenti tal-liġi dwar kuntratti għal żmien definit.
Leg 12 PQ #8847 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – uffiċċju fl-Istati Uniti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-impjieg tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Ġaladarba hemm xi studju mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq is-suq incoming mill-Istati Uniti, jista’ jgħid kemm mistennija jiġu turisti minn dan is-suq fl-2014 u fil-ħames snin li ġejjin?

Response (VELLA, KARMENU)

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kontinwament issegwi xejriet internazzjonali fil-qasam tal-izvilupp ta’ swieq long haul. F’dawn l-aħħar snin is-suq turistiku Amerikan għall-Ewropa reġa ħa spinta u fil-fatt in-numru ta’ turisti Amerikani li ¿aru l-Ewropa is-sena li għaddiet laħaq iċ-ċifra ta’ 11.4 miljun turist. L-Ewropa fil-fatt hija l-aktar kontinent popolari mal-Amerikani b’sehem ta’ 18.5% tat-turi¿mu Amerikan. Minħabba li huwa mistenni li dan is-suq ikompli jikber fid-daqs u l-importanza u anke minħabba l-fatt li huwa kompost minn vjaġġaturi li l-profil tagħhom jaqbel ħafna mal-offerta turistika tagħna, inħass il-bżonn li nerġgħu nagħmlu sforz sabiex nattiraw sehem akbar minn dan is-suq. Il-ħidma ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija bażata fuq l-għan ewlieni li nkabbru l-volumi turistiċi mill-Amerika fis-snin li ġejjin. F’dan l-istadju ma nħossx li l-kuntratt għandu jkun ippubblikat.
Leg 12 PQ #8511 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – uffiċċju fl-Istati Uniti

Question

Peress li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biddlet deċiżjoni tagħha stess meta donnu reġgħet fetħet uffiċċju ta’ rappreżentanza fl-Istati Uniti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għal dan it-tibdil ta’ deċiżjoni? X’sens kummerċjali turistiku tagħmel?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istrateġija tal-Gvern hija li apparti li jkompli jiffoka fuq is-swieq prinċipali, jinfetħu swieq ġodda fosthom l-Istati Uniti. Huwa f’dan il-kuntest illi ittieħdet id-deċiżjoni li jinħatar rapreżentant ġewwa l-Istati Uniti.
Leg 12 PQ #7207 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – ingaġġ ta’ diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati aħħarija għall-ingaġġ ta’ diretturi fil-Ministeru tiegħu, wara li s-sena l-oħra kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għall-pożizzjonijiet ta’ diretturi għat-turiżmu u kultura, kif ukoll diretturi għall-implimentazzjoni tal-programm? Jista’ jikkonferma li minn żewġ sejħiet, ġew appuntati tliet diretturi? Xi kriterji ntużaw sabiex jiġu appuntati dawn it-tliet diretturi? X’evaluations u x’interviews saru u x’inhu l-pakkett finanzjarju globali li għandhom dawn it-tliet diretturi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li saru ħatriet fit-tlett pożizzjonijiet f’dan il-Ministeru li huma:- Direttur (Turiżmu), Direttur (Kultura) u Direttur (Implimentazzjoni ta’ Programmi). Għar-rigward tal-pożizzjoni ta’ Direttur (Turiżmu u Kultura),wara li kienet ħarġet is-sejħa nħasset il-ħtieġa li t-Top Management Structure tal-Ministeru tiġi riveduta u nħolqu żewġ direttorati minflok wieħed. Il-kriterji u l-proċess tan-nomina li ntużaw huma dawk stabbiliti skont kif spjegat fiċ-Ċirkolari Nru 11/2013, u l-ħatriet għad-diretturi saru skont Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni. Il-pakkett finanzjarju huwa dak stabbilit għad-diretturi fis-Servizz Pubbliku.
Leg 12 PQ #5984 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Stimi ta' periti mhux aċċettati

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-każijiet li hemm quddiem il-Qorti, appuntu fuq stimi ta' periti mhux aċċettati, se jkollhom il-każijiet tagħhom mneħħija, ġaladarba din hija budget proposal?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.