Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust il-Kunsill Malti għall-Isport? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mal-Kunsill Malti għall-iSport hemm persuna waħda impjegata bħala person of trust, fil-pożizzjoni ta’ driver. Is-salarju ta’ din il-persuna hu €12,755 fis-sena u tirċievi wkoll il-bonus u l-weekly supplement. Din il-persuna m’għandhiex perkaċċi oħrajn u lanqas kien hemm spejjeż fuq safar.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13916, jista’ l-Ministru jinfurmani kemm ġa saru stalls b’din l-ispiża? X’hemm maħsub għal dawn l-istalls? Kemm hemm stalls previsti b’kollox fil-monti fi Triq l-Ordinanza u Triq ir-Repubblika? Hemm xi data ta’ dan it-trasferiment se jsir?
Response (CARDONA, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 14024, irrid nippreċiża li r-rilokazzjoni tal-74 bejjiegħ tal-Monti se ssir fi triq l-Ordinanza u mhux fi triq ir-Repubblika kif jingħad fil-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jgħaddu vetturi mix-Xatt tal-Gżira f’ġurnata ta’ xogħol? Kemm hu stmat li se ssir konġestjoni żejda mit-tnaqqis ta’ kareġġjata u kemm se tkun iż-żieda tal-fumes għad-dannu tan-nies li jgħixu jew ikunu qed jimxu hemm?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda billi ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni li tiġi implimentata il- bus-lane fix-Xatt tal-Gżira, kienet parti mill-proġett tal- MODUS liema Grant Agreement għall-fondi ERDF ġie ffirmat mill-Gvern preċedenti f’Ottubru 2012.
Ninsab infurmat li, minn moniteraġġ li sar mit-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta, jirriżulta li l-medja ta’ vetturi żgħar li jgħaddu mill-Gżira fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta huwa ta’ 763 fis-siegħa f’ħinijiet peak tal-ġurnata, filwaqt li l-medja ta’ vetturi ta’ trasport pubbliku hija ta’ 33 fis-siegħa. Dan il-moniteraġġ sar fi ġranet varji ta’ xogħol bejn Settembru 2014 u Jannar 2015.
Ninsab infurmat ukoll li karreġġjata waħda f’din it-triq tiflaħ sa massimu ta’ 1300 vettura fis-siegħa. Meta wieħed jikkunsidra l-medja ta’ 763 vettura fis-siegħa, dan hu 59% tal-massimu li tilħaq it-triq. Għaldaqstant huwa kkalkulat li hemm kapaċita’ suffiċjenti fit-triq sabiex tlaħħaq mad-domanda tat-traffiku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati bħala persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri li jaqgħu taħtu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva – persons of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u dekasteri tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej – persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust??
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu in charge mill-proġett tal-istands tal-monti? Kemm swew dawn l-istands? Kemm tħallas dan l-individwu għal dan ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat għall-avvanz tas-swieq f’Malta u Għawdex kien responsabbli mir-rilokazzjoni tal-monti tal-Belt għal triq l-Ordinanza. Il-barkarelli swew €976 il-waħda u l-membri tal-kumitat ma jiċievu l-ebda ħlas għas-servizz tagħhom. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-barkarelli se jkunu qed jintużaw xorta għal skopijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li minn Jannar ġà bdew jitħallsu t-taxxi ġodda fuq l-inbid? Huwa s-soltu li dawn jibdew qabel mal-Kamra tapprova d-dettalji tal-Baġit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dazju tas-Sisa daħal fis-seħħ fuq dawk l-inbejjed li jiġu rilaxxati għall-konsum mill-1 ta’ Jannar 2015. Inbejjed li kienu diġa rilaxxati għall-konsum qabel l-1 ta’ Jannar 2015, anke jekk għadhom ma ġewx offruti għall-bejgħ lill-konsumatur, wara li saret dikjarazzjoni tagħhom lid-Dwana, m’humiex suġġetti għall-ħlas tad-Dazju tas-Sisa.
Bħalma jiġri dejjem, kull taxxa imħabbra fil-Baġit tidħol fis-seħħ mid-data indikata fl-abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu ikun ippreżentat il-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi. Pero bis-saħħa tal-Proklama tal-President ta’ Malta maħruġa taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Erarju Kap 62 tal-Liġijiet ta Malta, din it-taxxa tkun tista’ tinġabar minn dakinhar li tinħareġ din il-Proklama. Din il-Proklama normalment ikollha l-istess data tal-Baġit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm flus mill-Unjoni Ewropea maħsuba għas-settur tas-self employed f’dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li għall-Programming Period 2014/2020 huwa mistenni li s-self employed jibdew jibbenefikaw minn Fondi Ewropej taħt diversi oqsma fosthom l-kompetitività tal-intrapriżi, l-enerġija, l-informatika, x-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm flus tal-Unjoni Ewropea maħsuba għas-settur tal-SME f’dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li għall-Programming Period 2014-2020 hemm fondi speċifiċi għall-SMEs taħt il-fond ERDF li jammontaw għal madwar sebgħin miljun ewro. Barra minn hekk l-SMEs mistennija wkoll jibbenefikaw minn miżuri w programmi ta’ Fondi Ewropej oħra li jindirizzaw oqsma speċifiċi bħar-riċerka, informatika, enerġija, xogħol u taħriġ.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk qattx saret offerta għax-xiri tas-Selmun Hotel fis-sena 2013 u 2014 minn xi interessi lokali u/jew barranin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li ngħatat lill-Onorevoli Ċensu Galea mill-Ministru għat-Turiżmu għall-Mistoqsija Parlamentari li ġġib in-numru 12070.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-Amministrazzjoni qatt ma nediet sejħa ghall-offerti ghall-ghoti tal-lukanda in kwistjoni ħhala konċessjoni. Għalhekk qatt ma setgħet issir offerta f’dan ir-rigward. Pero’ naċċerta lill-istess Interpellant illi l-Gvern s-sena d-dieħla se jniedi proċess kompetittiv fejn il-lukanda Selmun tingħata lill-privat b’rispett dejjem lejn il-prijoritajiet turistiċi ta’ pajjiżna.
Dan il-Gvern hu determinat li ma jagħmilx bħall-amministrazzjoni preċedenti fejn is-soluzzjonijiet tagħha kienu li tagħlaq Selmun, tkeċċi lill-ħaddiema u tikkonduċi proċess biex terġa’ tiftaħ il-lukanda li falla mill-ewwel.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li ħaddiema fl-Air Malta, li kienu trasferiti f’dipartimenti bħall- cargo section, kemm qabel kif ukoll wara l-pjan ta’ ristrutturar, issa ġew mogħtija re-grade minn clerk għall-assistant officer, liema re-grade ingħata lilhom bl-arretrati fl-aħħar paga)? Jista’ jikkonferma li impjegati bħal dispatchers u load controllers, li minn dejjem kienu assistant officers, ġew re-graded ukoll għal officers, b’arretrati mogħtija wkoll fl-aħħar paga? Jista’ jikkonferma jekk ġewx re-graded xi impjegati fil-passenger handling apparti dawk li ġew promoted minħabba li saret xi inġustizzja magħhom? Jekk iva, x’kienet din l-inġustizzja u liema azzjoni ħadet il-kumpanija u l-management fil-konfront ta’ min wettaq l-inġustizzja, kif ukoll fil-konfront ta’ min gawdha minnha? Jikkonferma jekk dawn ir-re-grades kinux ġusti? Jista’ jagħti risposta separata għal kull mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikkonferma illi l-eżerċizzju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa fil-fatt l-eżekuzzjoni ta’ negozjati mnieda mill-maniġment tal-kumpanija fl-2012, liema proċess sar bi ftehim mal-GWU li tippreżenta lil din il-kategorija ta’ ħaddiema. Inħasset il-ħtieġa ta’ ‘re-grading’ għaliex numru ta’ ħaddiema kienu diġà qed jagħmlu xogħol ‘il fuq mir-responsabilitajiet tagħhom. L-arretrati fil-paga li ngħataw dawn il-ħaddiema kienu previsti u bbaġitjati fil-Pjan ta’ Ristrutturar.
Anki fil-kaz tad-dispatchers u load controllers, ir-
‘re-grading’
illi sar jinkwadra fil-qafas tal-eżerċizzju ċċitat iktar qabel u ngħataw l-arretrati lil dawk il-ħaddiema li kellhom ir-responsabbilita’ ta’ xogħol superjuri għall-grad li kienu fih qabel dan l-eżerċizzju. Minn dan ir-
‘re-grading’
l-Air Malta akkwistat iktar flessibilità u effiċjenza.
Il-proċess ta’
‘re-grading’
li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa wieħed ġust u distint għal kollox minn każijiet ta’ inġustizzji mressqa minn ex/ħaddiema tal-Air Malta. Il- każijiet li fihom ġiet allegat inġustizzja qed jinstemgħu individwalment minn
Grievance Unit
indipendenti u azzjonijiet kumpensatorji jittieħdu fiż-żmien li ġej abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-
Grievance Unit
skont parametri moghtija lill-istess Unit.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ħatret lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala CFO ġdid u se jibda dalwaqt? Jekk fl-affermattiv, jista’ jinforma kemm hi l-wage package tiegħu inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikkonferma li l-persuna msemmija separatament, espert fl-avjazzjoni, huwa l-persuna magħżula għall-kariga ta’ Chief Financial Officer (CFO) wara proċess ta’ intervisti li saru lil numru ta’ kandidati prospettivi hekk kif l-istess kariga ġiet vakanti. Huwa previst li l-persuna msemmija separatament jibda l-ħidma tiegħu fl-ewwel kwart tas-sena 2015. Il-wage package tal-persuna msemmija separatament kif ukoll il-kundizzjonijiet u obbligi l-oħra tal-kuntratt ta’ impieg tiegħu ghadħom ma daħlux fis-seħħ u jkun għalhekk prematur li tingħata informazzjoni fuq kuntratt li għadu ma huwiex eżegwibbli f’dan l-istadju.