Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab informat li bħalissa fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 14 il-persuna b’diżabilita’.
Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiha tal-Gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ 3 persuni.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm persuni b’diżabilita’ impjegati fl-ARMS, Enemalta, Enemed, ERL, WSC, MDH, FMS, KGRH, u kif ukoll fil-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab informat li bħalissa fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħi hemm jaħdmu 11 -il persuni b’diżabilità.
Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa tal-gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ 2 persuni.
Ġaladarba l-eco-tax suppost se tibda fl-1 ta’ April, jista’ l-Ministru jikkunsidra li din it-taxxa tibda fl-1 ta’ Novembru 2016? Hemm problemi ta’ loġistika, ġbir, u kuntratti ffirmati li jsemmu all taxes inklużi? Kemm-il accomodation instabu bla liċenzja?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-mi¿ura tal-kontribuzzjoni ambjentali se tkun qed tigi mnedija fl-1 ta’ April 2016 filwaqt li l-ġbir tal-kontribuzzjoni se jibda fl-1 ta’ Ġunju 2016 sabiex jigi zgurat li l-industrija hija ppreparata għal dan l-i¿vilupp. Sadanittant, il-Ministeru għat-Turizmu se jkun qed iħejji sessjonijiet ta' informazzjoni mal-partijiet interessati fl-industrija.
Meta tħares lejn iz-zieda fin-numru ta’ turisti fil-Gzejjer Maltin f’dawn l-aħħar snin, wieħed irid ukoll i¿omm f’moħħu n-neċessita’ li jtejjeb il-kwalita’ tal-prodott. Irridu nagħtu aktar importanza lill-manutenzjoni taz-zoni turistiċi speċjalment fis-sajf. Il-vizjoni tagħna hija li nagħtu servizz u prodott ta’ kwalita għolja lit-turisti tagħna li jinfluwenza l-imġieba ta’ l-ivvjaġġar tagħhom, biex jinkoraġġixxi kultura ta’ kwalita’ li tinxtered fl-aspetti kollha. Kien għaldaqstant illi l-Ministeru għat-Turi¿mu esplora n-neċessita’ li jindirizza dawn il-materji u jintroduċi l-Environmental Contribution, fejn id-dħul ta’ 50c fuq kull turist mill-eta’ ta’ 18-il sena ‘l fuq sa massimu ta’ €5 għal kull zjara, esklussivament jiġi dirett lejn it-titjib tal-infrastruttura u għal reklamar aħjar tal-Gzejjer Maltin.
F’rapport bl-isem ta’
The Hospitality Sector
illi sar minn HOTREC flimkien ma’ Brewers of Europe ġiet ipprezentata statistika mill-Eurostat fejn turi li din it-tip ta’ kontribuzzjoni turistika fuq akkomodazzjoni ġiet introdotta f’14-il Stat Membru tal-UE, fosthom l-Awstrija, l-Ġermanja, l-Italja u Franza. Din il-kontribuzzjoni għandha l-għan illi tiġi utilizzata għall-skopijiet infrastrutturali u servizzi oħra sabiex jitjieb il-prodott turistiku.
Tajjeb infakkar illi l-Gvern preċedenti kien iddeċieda li jintroduċi din it-taxxa fl-1 ta’ Jannar 2010. Din id-deċizjoni ma ġietx milqugħa, u fost raġunijiet oħra, saret oppo¿izzjoni minħabba li ftit xhur qabel il-Gvern kien għadu kif għabba lil pajjiz biz-zieda qawwija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Madanakollu, xorta sab mezz ieħor kif jintaxxa s-settur tat-turizmu billi fil-Budget ta’ l-2010 zied il-VAT fuq l-akkomodazzjoni minn 5% għal 7%.
Ngħarraf lill-Interpellant illi prezentement m’hemm l-ebda problemi ta’ loġistika, ġbir u kuntratti ffirmati, hekk kif qed jimplika fid-domanda tiegħu.
Matul Frar 2016, saru 185 spezzjoni madwar Malta u Ghawdex. Minn dawn, 27-il stabbiliment ġew immultati wara li nstabu li qed joperaw mingħajr liċenzja, filwaqt li hemm oħrajn illi qed jiġu nvestigati.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRECH, LOUIS)
Skont l-impenn tal-Gvern li jimpjega aktar persuni b'diżabilita, ninsab infurmat li s'issa ġiet impjegata persuna waħda fi ħdan dan il-Ministeru, li qed taqdi d-dmirijiet tagħha ġewwa l-EU Secretariat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm persuna waħda li taħdem f'dan il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu li hija rreġistrata mal-ETC li għandha diżabilita'. Dan ma jeskludix il-fatt li hemm persuni b'diżabilita' li jaħdmu mal-Ministeru u d-dekasteru tiegħu li m'humiex reġistrati hekk mal-ETC, allura ma tistax tingħata ċifra eżatta għal-fini ta' din il-mistoqsija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Nikkonferma li l-unika entità li hemm fid-dekasteru tiegħi hija l-Wasteserv u ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija mill-istess kumpanija, hemm 11-il persuna b’diżabilità li jagħmlu xogħol magħha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Bħalissa b’kollox għandna jaħdmu għaxar persuni b’diżabilita’. Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa tal-gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ tlett persuni.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata fil-jiem li ġejjin.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili- xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtha minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinformani jekk ir-residenti ta’ Tas-Sliema għandhomx l-istess dritt bħal ħaddieħor għar-residents’ parking, li kienet ġiet sospiża xi snin ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Akkwist ta’ –ċittadinanza minn barranin miżżewġin Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23591 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi raġuni li dawk il-barranin li applikaw fl-2014 wara ħames snin żwieġ ma’ Malti/Maltija u għandhom il-karti f’posthom, għadhom qed jistennew il-formalità li jsiru Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex tintlaqa’ applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija, l-applikant irid jissodisfa l-kriterji meħtieġa u jippreżenta d-dokumentazzjoni relattiva. L-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet jinvolvi l-verifiki meħtieġa u r-raġuni għaliex uħud minnhom għadhom ma ġewx iffinalizzati hija li l-ipproċessar imsemmi għadu mhux konkluż.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.