Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liċenzji tas-sewqan li nħarġu għal persuni b'vista batuta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li persuni b’vista batuta tinħarġilhom liċenzja tas-sewqan biss wara li dawn jiġu ċċertifikati min tabib li huma tajbin biex isuqu, skont ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur (Licenzji tas-Sewqan) – Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18, it-Tmien Skeda Regolament 2.
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jaf b’ xi każ, jgħaddili l-informazzjoni ħalli jittieħdu passi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28818, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-hostel Russu hux se jkun fi Triq il-Mielaħ High Ridge l-Madliena li hija f’żona residenzjali? Jista’ jgħid jekk il-villa in kwistjoni hux se jkolla 30 student residenti? Jista’ jgħid jekk il-permessi nħarġux diġà? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjoni mar-residenti u l-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li ma hemm l-ebda applikazzjoni, u lanqas permessi maħruġa, għal xi tip ta’ hostel fi Triq il-Mielaħ, High Ridge, Swieqi (Madliena.)
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-każ dwar qbiela fuq biċċa art li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex miexi, mwaqqaf jew għall-konsiderazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-trasferiment mitlub imur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ Kapitlu 199 tal-Liġijiet ta’ Malta ċjoè Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ raba’ u tal-Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta ċjoè Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, it-talba ma tistax tiġi milqugħa u għaldaqstant tinsab mwaqqfa. L-Inkwilin li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament kien ġie nfurmat b’dan permezz ta’ korrispondenza datata 9 t’ Ottubru, 2015.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-hostel Russu hux se jkun f’żona residenzjali tas-Swieqi/Madliena? Jista’ jgħid jekk il-villa in kwistjoni hux se jkolla 30 student residenti? Jista’ jgħid jekk il-permessi nħarġux diġà? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm konsultazzjoni mar-residenti u l-Kunsill Lokali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.
Air Malta – Baggage Handling – Lufthansa — servizz
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Lufthansa se tħalli s-servizz ta’ baggage handling tal-Air Malta? X’se jkun it-telf għall-Air Malta u x’qed jagħmel il-Ministru biex inaqqas l-impatt jew iġib xogħol ġdid?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħalissa l-Air Malta qed toffri s-servizzi ta’ ground handling lil għoxrin kumpanija tal-ajru. Dawn il-kuntratti jiġu nnegozjati perjodikament.
Kontinwament, il-kumpanija nazzjonali taħdem sabiex iġġib aktar xogħol lejn din it-taqsima u filfatt fl-aħħar sena rnexxielha tirbaħ sitt klijenti ġodda: l-Air Berlin, Czech Airlines, Iberia Express, Fly Niki, Volatea u Atlantic Airways.
Għalkemm il-Lufthansa għadha m’għarrfitx lill-Air Malta b’mod formali, jidher li din il-kumpanija m’hux ser iġġedded il-kuntratt tagħha.
Huwa proċess normali f’entitajiet kummerċjali li kuntratti jiġġeddu, jiġu negozjati mill-ġdid jew ma jiġġeddux abbażi ta' diversi fatturi u termini li jagħmlu sens kummerċjali kemm għall-klijent u kif ukoll għal min jipprovdi servizz.
It-termini tal-kuntratt, bħall-introjtu għall-Air Malta, ma’ jistgħux jingħataw minħabba li huma kummerċjalment sensittivi. Nassigura lill-Interpellant illi mis-sena 2013 l’hawn, l-introjtu li qed iddaħħal il-kumpanija permezz ta’ kuntratti ta’ ground handling qiegħed kull ma jmur jiżdied, bi tkabbir ta’ iktar minn 50% fuq l-2013.
Housing Estates – kuntratti tax-xiri ta’ appartamenti — punti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li għadhom fis-seħħ punti fil-kuntratti tax-xiri ta’ appartamenti fi blokok mill-Housing Estates speċjalment f’dak li jirrigwardja l-indafa, condominum, eċċ.?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-kuntratti tax-xiri tal-appartamenti jsiru skont il-kundizzjonijiet tal-avviż li taħtu jkunu ħarġu l-appartamenti.
Peress li dan l-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? Jista’ jagħti n-numru ta’ drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija għand kull deputat? Jista’ jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u flgħaxijiet? Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta’ lotterija? Hemm xi regoli li kulħadd għandu jkun jaf?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Peress li dan 1-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? - Jista' jaghti n-numru ta' drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija għand kull deputat?
Tlugh ta' Lotteriji - Tliet darbiet.
Tombla - Darba waħda biss minħabba 1i kien hemm tlugħ ta' lotterija magħha wkoll.
L-isem tal-Membru Parlamentari huwa 1-Onor. Robert Arrigo għax hu kien l-uniku Membru Parlamentari li applika għat-tlugħ tal-lotterija/lotteriji.
Bħa1a Awtorità, l-ispettur jiġbor id-dettalji tar-rebbieħ/rebbieħa. Dan kollu jsir skont irregolamenti mniżżla fl-istess formola tal-applikazzjoni.
Jista' jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u filgħaxijiet?
L-Ispetturi tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob jaħdmu fuq bażi ta' shift bi 12-il siegħa b'żewġ shifts kuljum, għa1 seba t'ijiem inklużi il-Ħdud u l-festi u dawn l-ispezzjonijiet imsemmija huma nklużi fir-rutina tax-xogħol tagħhom.
Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta' lotterija?
Il-ħin tat-tlugħ tal-lotteriji/tombli huwa normalment indikat mir-rappreżentant/applikant innifsu.
Hemm xi regoli 1i kulħadd għandu jkun jaf?
L-informazjoni tar-regoli kemm tal-lotteriji u kif ukoll tat-tombli huma annessi malapplikazzjonijiet rispettivi, kifukoll fuq is-sit elettroniku tal-MGA:
Lotteriji - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Non-Profit-TombolasApplicationl.pdf
Tombola - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Application-Form-Non-Profit Tombolas-Application_scm.pdf
Kundizzjonijiet:
Biex tingħata liċenzja għat-tlugħ ta' lotterija bla profit hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. L-informazzjoni mitluba hawn taħt trid tiġi mogħtija lil-A/Direttur
a. Valur kummerċjali u n-natura tal-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu;
b. in-numru ta' premijiet li hemm għar-rebħ u t-tip ta' premijiet li hemm għar-rebħ jekk hemm iktar minn wieħed ta' premju;
c. ir-regoli li jiggovernaw min hu eliġibbli biex jipparteċipa u jirbaħ dawn il-premijiet;
d. id-data ta' meta r-rebbieħa se jiġu ppubblikati, b'liema manjier dawn se jiġu ppubblikati
e. i1-perjodu li fih dawn il-premijiet għandhom jinġabru (mhux iktar minn xahar minn meta
sseħħ il-lotterija)
f. id-dettalji tal-parteċipanti rebbieħa
2. L-A.Direttur (lottu) għandu d-dritt li jibgħat rappre¿entant tiegħu għas-selezzjoni ta' kif jintrebħu 1-premijiet, liema spejje¿ jiġu koperti mis-sid tal-liċenzja. Il-miżata hija ta' €35 pagabbli lill-Awtorità Maltija għal-Logħob. Jekk it-tlugħ tal-lotterija ssir ġewwa 1- istabbiliment tal-Awtorità, il-miżata applikabbli tkun ta' €12
3. Il-prezz biex wieħed jipparteċipa f’dawn il-logħob bla profit, ma jridx jeċċedi €0.58 ċentezmi
għal kull parteċipazzjoni
4. Il-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu ma jkunx/jkunux jikkonsisti/u fi flus, ċekkijiet jew dokumenti simili li jippermetti lil awtur li jikoverti dak il-premju fi flus
5. Kull avvi¿ li jiġi ppubblikat, ikun juri ċar, in-numru tal-liċenzja mogħtija mill-Awtorità
6. Il-persuni fl-impjieg tas-sid il-liċenzja jew persuni konnessi b'xi mod u manjiera mal-logħba, ma jitħallewx jipparteċipaw
7. Il-premijiet li jibqgħu ma jinġabrux, wara xahar mit-tlugħ tal-lotterija, il-valur ta' dawn
għandu jiġi mħallas/mgħoddi lill-Ministeru tal-Finanzi
8. L-A/Direttur jista' ma joħroġx il-liċenzja jekk il-valur aggregat tal-premijiet li jistgħu jintrebħu jeċċedi 1-ammont ta' €11,646.86
9. Sid il-liċenzja ma jistax iċedi jew jibdel li liċenzja tal-logħob bla profit tul il-perjodu tal
liċenzja nnifisha mingħajr ma jieħu l-approvazzjoni bil-miktub mingħand IA/Direttur, jekk din
l-approvazzjoni toħroġ, sid il-liċenzja jista' jċedi jew jibdel dejjem suġġett għat-termini u l- kundizzjonijiet kif stipulati mill-A/Direttur fl-approvazzjoni mogħtija. Il-liċenzja ma tistax tiġi mogħtija lil terzi persuni.
10. Sid il-liċenzja għandu jħallas lill-Ministeru tal-Finanzi permezz tai-Awtorità r-rata ta' 25% ta' dazju fuq l-ammont aggregat tal-valur tal-premijiet li jistgħu jintrebħu.
11. L-ammont totali f Ewro (€) u n-numru ta' biljetti għandhom jiġu pprovduti lill-Awtorità mhux aktar tard minn ġurnata wara li jsir it-tlugħ tal-lotterija.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 28103 u 28104, ġaladarba dawn l-applikanti diġà għamlu kif mitlub fir-risposta, jista’ l-Ministru jara x’inhu jikkawża dan id-dewmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar dewmien, irid ikun hemm terminu speċifiku pre-determinat. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija, kull applikazzjoni sottomessa teżiġi pproċessar rigoruż u billi kull każ huwa differenti, it-terminu tal-ipproċessar ma jistax jiġi kkwantifikat.
Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija — Każ ta' individwu
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28156, ġaladarba l-applikant diġà għamel dan kollu, u ġie mgħarraf li l-applikazzjoni lesta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija tkun ‘lesta’ fil-mument illi din tiġi aċċettata mill-uffiċjali tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta u l-applikant iħallas l-ammont dovut għall-ipproċessar tagħha. Jidher għalhekk li filfatt l-applikazzjoni in kwistjoni hija ‘lesta’. Kull applikazzjoni sottomessa imbagħad teżiġi pproċessar rigoruż u billi kull każ huwa differenti, it-terminu tal-ipproċessar ma jistax jiġi kkwantifikat.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu miżżewweġ lill-persuna Maltija għal iżjed minn 5 snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikant jista’ jagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi jibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi jċempel fuq 25904168/69 u jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsib li tinfetaħ għassa tal-pulizija f'Pembroke, ġaladarba hemm żviluppi kbar ġejjin biswit Pembroke u żgur li n-nies jmorru l-għassa San Ġiljan jew tas-Swieqi mhijix valida?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi se jagħmel sotto missjoni f’dan is-sens fil-master plan dwar Paceville.
Pembroke – Triq il-Profs Walter Ganado — garaxxijiet
Question
B’referenza għall-kirjiet tal-garaxxijiet fi Triq il-Profs Walter Ganado f’Pembroke li xi sentejn oħra jiskadu, u fl-isfond tal-bini kbir li ġej minflok l-ex Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li dawn il-garaxxijiet jitwellew lil min jogħqod hemm bi prezz raġunevoli u mhux kummerċjali bħal tal-lum, speċjalment meta tara l-istat tal-istess garaxxijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Art 6 (h) tal-Iskeda annessa mal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern (Kap 268) tal-Liġijiet ta’ Malta, meta jiskadu l-kirjiet ta’ dawn il-garaxxijiet, l-istess garaxxijiet jergġħu jinkrew lill-istess inkwilini bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kirja oriġinali, ħlief għal kera li trid terġa tiġi stabbilita mill-ġdid bi stima ta’ Perit. Iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-kera ma tistax tkun inqas minn dak rifless fl-Indiċi tal-Inflazzjoni li jkun fis-seħħ meta tiskadi l-kirja.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27709, il-mistoqsija ma tirrigwardax il-loading/unloading, iżda it-tneħħija ta' ħafna postijiet ta' parkeġġ li jaffettwaw ir-residenti. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jikkunsidra li jkun hemm xi forma ta' parkeġġ għar-residenti, imqar għal 5 minuti, kemm kemm iniżlu l-affarijiet tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Rue d’Argens hija waħda mir-rotot alternattivi għal tul il-Proġett tal-Kappara. Il-parkeġġ tneħħa minħabba iż-żieda sostanzjali fl-influss tat-traffiku li kien mistenni jgħaddi u qiegħed jgħaddi mir-rotot alternattivi. Għaldaqstant, filwaqt li nifhmu li huwa ta’ nkonvjent għar-residenti, f’dan l-istadju ma nistgħux nintroduċu, anke b’mod limitat, il-parkeġġi tul din it-triq minħabba raġunijiet ta’ spazju, sigurta’ u cirkolazzjoni tat-traffiku.
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità – rapport annwali
Question
B’referenza għar-rapport annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità (KNPD), hemm indikat li l-gvern tilef kawża l-Qorti kontra l-istess KNPD b’rabta ma nuqqas t’aċċessibilità għall-anzjani u persuni b’diżabilità, u l-gvern appella, immax’inhi r-raġuni li l-gvern appella minn deċiżjoni bħal din?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
B’referenza għal dawk in-nies li jinnegozjaw fil-karozzi u jħallsu l-permess tal-pjanċa On Trial, jista’ l-Ministu jgħid jekk saritilhomx xi restrizzjonijiet fil-ħin ta’ użu? Din tista’ tintuża biss minn sbieħ sad-dlam? Dawn jistgħu jagħtu trial run anke għall-weekend biex iħajru iktar lill-klijent? Jekk dan hu minnu, jista’ jara li tiġi rranġata din is-sitwazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont id-Dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur, Artikolu 35(8), jistipola li “Pjanci ‘Trial Run’ ma għandhomx jintużaw fil-Ħdud jew festi pubbliċi jekk mhux awtorizzati b’mod speċjali mill-Awtorità “ u għaldaqstant ma saru l-ebda restrizzjonijiet fil-ħin ta’ użu.
L-użu tat-trial run huwa permessibli mit-Tnejn sas-Sibt u m’ hemmx limitazzjoni ta’ ħin. Fir-rigward ta’ Ħdud u Festi pubbliċi ma jsirx kummerċ ta’ dan it-tip u għalhekk l-użu tat trial run huwa ristrett f’dawn il-ġranet .
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop ta’ inspections li saru minn uffiċjali tal-VAT lil dealers tal-karozzi, meta dawn meta jbiegħu karozza, hemm il-kuntratt bil-vat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment jagħmel diversi spezzjonijiet fuq firxa kbira ta negozjii bl-iskop li jassigura li it-taxxa li tkun qed tinġabar mit-transazzjonijiet varji tkun qed tiġi ddikjarata korrettament u b’mod komplut fid-denunzja tat-taxxa.
L-Ispettorat jagħmel dawn it-tip ta ezerċizzji fuq setturi differenti ta negozju għal fini ta' infurzar. L-ezerċizzju li sar mid-Dipartiment jikkonċerna id-dinunzji tal-
auto dealers
, dak li jiġi sottomess meta jigi komparat ix-xiri ta stokk ta’ vetturi mal-bejgħ u x’eventwalment qed jiġi dikjarat.
F’isem il-500 resident li jgħixu kemm fiż-żona ta’ Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan fejn ir-residenti jinsabu f’diffikultà minħabba l-inżul u t-telgħat f’Ta’ Ġiorni kif ukoll f’tarf San Ġwann, jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-rotta 110 tneħħiet milli tgħaddi minn Ta’ Ġiorni għal tas-Sliema, , ġaladarba tal-linja huwa servizz għall-pubbliku ssusidjat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 110 tgħaddi minn fuq il-bus stop “Mayr” li qiegħed fi Triq Birkirkara. Dan il-bus stop jinsab madwar 450 metru ‘l bogħod mill-bus stop li jġib l-isem ta’ “Giorni” li jinsab fi Triq Lapsi ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Giorni.
Minbarra r-rotot 22 li hija r-rotta li isservi l-Ta’ Giorni u r-rotta 110, minn fuq il-bus stop “Mayr” tgħaddi wkoll ir-rotta 203. Kemm ir-rotta 110 kif ukoll ir-rotta 203 jipprovdu konnessjoni lejn tas-Sliema u San Ġiljan.
Ta’ min jirrimarka li r-rotta ta’ Ta’ Giorni, jiġifieri ir-rotta 22, wara konsultazzjoni kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-Kunsill Lokali, ġiet modifikata sabiex minbarra konnessjoni għall-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei, issa qegħda tipprovdi wkoll konnesjoni diretta lejn l-inħawi ta’ Santa Liena ġewwa Birkirkara.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kategorija ta’ liċenzja għandu l-bar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux qed iżomm mal-permess? Kien hemm xi ilmenti mir-residenti fuq dan il-bar bil-fomm jew bil-kitba mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istabbiliment indikat għandu liċenzja ta’ ‘’Bar – Second Class.’’ Madanakollu, hemm applikazzjoni fil-proċess biex dan l-istabbiliment ikollu liċenzja ta’ ‘’Snack Bar – Second Class.’’
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċiviet ilment fi Frar ta’ din is-sena u wara li ġie investigat l-ilment instab li ma kienx qed iżomm mal-permess u ttieħdet azzjoni legali kontra d-detentur tal-liċenzja. L-Awtorità ma rċiviet ebda ilment ieħor minn meta saret din l-ispezzjoni.
L-Awtorità hija nfurmata li l-Pulizija ħadet passi legali separatament kontra l-operaturi tal-istabbiliment.