Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal ċittadinanza ġaladarba din il-persuna għandha tifel Malti u raġel Malti? Tista' tkun ikkunsidrata peress li għandha l-punti kollha neċessarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija ma tkunx ġiet milqugħa, l-individwu jista’ jerġa’ japplika. Il-fatt li individwu jkun eliġibbli biex japplika biex ikun naturalizzat bħala ċittadin Malti ma jfissirx illi huwa intitolat għaċ-ċittadinanza Maltija, propju għaliex dan il-proċess huwa dipendenti fuq id-diskrezzjoni tal-Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza Maltija. Applikazzjoni ġdida tista’ tiġi eżaminata a bażi taċ-ċirkostanzi u s-sitwazzjonijiet odjerni.
Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Karozzi wżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li qed jintużaw għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea humiex kollha bin-number plate li tibda bil-Y? Dan ix-xogħol ingħata wara call of tender? Jekk iva, min rebaħ it-tender? F’każ li hemm iżjed minn garaxx wieħed li rebaħ it-tender, jista’ jgħid l-ismijiet tal-garaxxijiet kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat il-bus stop u l-bus shelter li hemm wara n-niżla tas-Savoy direzzjoni lejn il-Gżira u jerġa’ jiġi kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-Request for Proposals li ħarġet Transport Malta fir-rigward ta’ installazzjoni ta’ Bus Shelters ġodda, fil-preżent qiegħed fi stadju ta’ aggudikazzjoni.
Huwa ippjanat li ġaladarba jiġi identifikat il-kuntrattur il-ġdid jibda il-proċess ta’ twaħħil ta’ bus shelters li fosthom hemm il-bus shelter imsemmi f’ din il-Mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ gwidi ġodda li ħarġu bil-liċenzja fl-2016? B’liema lingwi jitkellmu? Kemm hemm gwidi li qed isegwu l-kors? F’liema lingwi? Kemm hemm gwidi li waqfu jaħdmu fl-2015 u fl-2016 u b’liema lingwa/i?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal ċittadinanza ġaladarba din il-persuna għandha tifel Malti u raġel Malti? Tista' tkun ikkunsidrata peress li għandha l-punti kollha neċessarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29951, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ċittadinanza:
a. min ġa huwa miżżewweġ u għandu l-punti kollha neċessarji; u
b. mill-bejgħ ta' passaporti?
Response (BONNICI, OWEN)
A) Ninforma lill-Onor. interpellant illi sabiex ikun stabbilit jekk applikazzjoni partikolari għaċ-ċittadinanza Maltija għandhiex “l-punti kollha neċessarji”, l-applikazzjonijiet jgħaddu minn proċess rigoruż. Fi tmiem il-proċess imsemmi, jekk ikun stabbilit illi je¿istu, f’termini sempliċi, “l-punti kollha neċessarji”, jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza. Għaldaqstant, jekk applikazzjoni tkun għadha pendenti, ma jistax jingħad illi jkollha ‘l hekk imsejħa “punti kollha neċessarji”.
B) Pajjiżna ma jbiegħ ebda passaport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ċittadinanza,
a) min ġa huwa miżżewweġ u għandu l-punti kollha neċessarji, u
b) mill-bejgħ ta' passaporti?
Response (BONNICI, OWEN)
A) Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex ikun stabbilit jekk applikazzjoni partikolari għaċ-ċittadinanza Maltija għandhiex “l-punti kollha neċessarji”, l-applikazzjonijiet jgħaddu minn proċess rigoruż. Fi tmiem il-proċess imsemmi, jekk ikun stabbilit li jeżistu, f’termini sempliċi, “l-punti kollha neċessarji”, jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza. Għaldaqstant, jekk applikazzjoni tkun għadha pendenti, ma jistax jingħad li jkollha ‘l hekk imsejħa “punti kollha neċessarji”.
B) Pajjiżna ma jbiegħ ebda passaport.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29550, ġaladarba hemm spazju biżżejjed biex titwessa' l-bankina, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan isir peress li xita u xemx, Maltin u turisti, żgur li xieraq li jkun hemm bus shelter?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Transport Malta li se tkun qed tevalwah fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jikkonferma t-timeline tat-tluq tal-Iskola Chiswick mill-Kappara? Jista’ jgħid f’liema lokalità ser tkun allokata bħala skola? Kemm se jkun kbir l-ispazju allokat għal skola ġdida speċjalment il-playing area ġaladarba l-ispazju ġol-Kappara huwa ħafna limitat għan-numru ta’ studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-iskola bil-ħsieb li jkun ikkunsidrat sit alternattiv għall-iskola msemmija.
San Ġwann – Għassa tal-Pulizija – rapporti dwar bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-investigazzjoni dwar ir-rapport li hemm fl-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann dwar bankina quddiem id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma’ sar l-ebda rapport fl-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann dwar bankina quddiem id-dar li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għaċ-ċittadinanza peress li diġà saru l-proċeduri kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż u ninsab infurmat illi l-applikazzjoni in kwistjoni waslet fl-istadju finali ta’ dan l-ipproċessar. Eventwalment, l-applikanta tkun infurmata dwar l-eżitu ta’ din l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bus stop ta' Pender Garden sejjer lejn San Ġiljan, mhemmx bus shelter avolja tissejjaħ bus terminus?
Hemm xi ħsieb li dan il-
bus shelter
jiġi istallat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bus stop ta' Pender Garden, int u sejjer lejn San Ġiljan, m’hemmx bus shelter installat minħabba li l-wisa’ tal-bankina li hemm f’dan il-post ma’ tippermettix li jiġi installat Bus Shelter tat-tip li kienu qegħdin jintużaw sa’ issa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istatus tal-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-isfond tal-aħbar li l-oqbra waslu biex jitqassmu? Jista’ jikkonferma li din l-applikanta hija fil-fatt waħda minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva l-applikazzjonijiet mingħand il-persuna msemmija u kif isir għal kull applikazzjoni din titpoġġa fil-lista ta’ stennija sakemm ikun il-waqt li titħabbar il-lista ta’ dawk eliġibbli.
Jista’ l-Prim Ministru jara sitwazzjoni ta’ overload ta’ dawl fis-Swatar speċjalment (imma mhux biss) f’Triq I Zammit fejn id-dawl inqata’ 5 darbiet fi 15-il ġurnata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li t-tiswijiet meħtieġa saru. Sadanittant il-Kumpanija se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni fil-jiem li ġejjin biex tnaqqas ir-riskju li jkun hemm diffikultajiet oħrajn.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-każ ta’ pensjoni ta’ persuni single, il-free of tax se tibda fl-2018 u mhux fl-2017? Jista’ jgħid ukoll jekk it-taxxa hux se titkompla tinġabar u wara sena jkun hemm refund? Jista’ jgħid ukoll jekk persuni għandhomx dritt għal xi interessi? Kemm hemm persuni single affettwati? U għaliex ġiet targeted din il-kategorija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-każijiet ta’ pensjonanti, kemm single kif ukoll miżżewġin ta’ ’l fuq minn 61 sena, minn din is-sena ser jaraw żieda fir-rata tal-pensjoni tagħhom hekk kif sal-2018 mhux ser jibqgħu jiġu ntaxxati fuq l-ekwivalenti tal-ogħla pensjoni tas-sigurta’ soċjali.
Minn din is-sena, il-pensjonanti li jħallsu t-taxxa bir-rati ta’ miżżewġin mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel €13,000 minn pensjonijiet. Dan ifisser li xi ħadd li għandu pensjoni tas-sigurta’ soċjali biss minn dis-sena mhux se jħallas aktar taxxa fuq il-pensjoni. Waqt li xi ħadd li għandu zewġ pensjonijiet jew aktar, fuq l-ewwel €13,000 mill-pensjonijiet mhux se jħallas aktar taxxa. Barra minn hekk se jiffranka ukoll ħlas ta’ taxxa fuq dħul ieħor ta’ €500 fl-2017 u €1,000 fl-2018.
Minn din is-sena wkoll, il-pensjonanti li jħallsu t-taxxa bir-rati ta’ single (li jistgħu jkunu miżżewġin ukoll) mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel €10,500 minn pensjonijiet u fuq l-ewwel €13,000 fl-2018. Dan ifisser li xi ħadd li għandu pensjoni tas-sigurta’ soċjali biss, fl-2017 se jħallas anqas taxxa waqt li mill-2018 mhux se jħallas aktar taxxa fuq il-pensjoni. Xi ħadd li għandu żewġ pensjonijiet jew aktar, fuq l-ewwel €10,500 mill-pensjonijiet fl-2017 mhux se jħallas aktar taxxa waqt li fl-2018 mhux se jħallas aktar taxxa fuq l-ewwel €13,000 minn pensjonijiet.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa li l-pensjonanti mhux se jħallsu, se jkunu qed igawdu minnha immedjatament mill-2017 skont il-parametri msemmija hawn fuq billi se jkunu qed jaqbdu pensjoni netta ogħla minn dik fl-2016.
Hemm total ta’ 8,575 pensjonanti li għal skopijiet ta’ taxxa huma meqjusa bħala miżżewġin u 14,639 persuna bħala pensjonanti, li għal skopijiet ta’ taxxa huma meqjusa bħala single li kienu affetwati minn din il-miżura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, rigward l-istorja tal-gabbani tal-Belt, kemm-il gabbana ġew affetwati, kemm nies spiċċaw bla xogħol? Kemm hemm gabbani li ġew rilokati, u kemm hemm gabbani li ngħatalhom post temporanju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ahhar xhur ta’ 2016 ġew effetwati sitt gabbani ta’ ħdejn il-funtana tat-Tritoni. Dawn kellhom il-kirja tterminata fl-2011 iża li baqgħu jokkupaw l-istess gabbana b’mera tolleranza ben konsapevoli illi l-proġett kien imminenti. Ebda waħda minn dawn il-gabbani ma giet rilokata f’post permanenti jew temporanju.
Kien hemm 8 gabbani ohra illi kienu qed jokkupaw art tal-gvern illegalment. Ebda waħda minn dawn il-gabbani ma ġiet rilokata f’post permanenti jew temporanju.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għaċ-ċittadinanza peress li diġà saru l-proċeduri kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma, li l-ħlasijiet tat-Tourism Police waqgħu daqshekk lura? Kemm bdew pulizija fuq dan il-proġett, u kemm hemm pulizija llum, fuq dan il-proġett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.