Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baħar iċ-Ċagħaq – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bus stops li hemm Baħar iċ-Ċagħaq huma mingħajr shelters, kemm fis-sajf u kif ukoll fix-xitwa? Jista’ jara li dawn isiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien ġie spjegat f’risposti preċedenti fuq dan is-suġġett, Transport Malta kienet ħarġet Request for Proposals sabiex jitwaħħlu numru ta’ bus shelters ġodda ġewwa Malta u Għawdex, inkluż il-bus shelters imsemmijja f’din il- mistoqsija. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ġie imtawwal minħabba appell kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla. Għaldaqdstant, il-proċess t’evalwazzjoni għadu għaddej.
Leg 13 PQ #1337 Sitting 21 2017-10-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-Tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret Eco Tax minn Malta u Għawdex bejn Ġunju 2016 u Mejju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #1338 Sitting 21 2017-10-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Fond fuq operaturi tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jidħol fl-għan tal-ħsieb, tal-fond fuq operaturi tat-turiżmu, li nħareġ fis-sajf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nifhem li l-Onorevoli interpellant qed jirrferi għat-twaqqif tal- ‘Fond tal-Insolvenza għall-Pakketti tal-Ivjaġġar’’. Il-ħsieb wara t-twaqqif tal-‘Fond tal-Insolvenza’ huwa biex ikopri lix-xerrej (konsumatur ta’ Pakketti tal-Ivjaġġar’) mir-riskju li l-Kumpanija ta’ l-ivvjaġġar finanzjarjament tfalli, u ma tibqax topera, għad-detriment tax-xerrej, minn bejn iż-żmien li jkun inxtara, jew tħallas depożitu għas-servizz/prodott sa meta jintemm il-vjaġġ u l-klijent jirritorna f‘pajjiżu. B’hekk il-konsumatur jingħata rifużżjoni sħiħa ta’ dak li jkun diġa’ ħallas għalih, u saħanstira li jinġieb lura Malta f’każ li il-vakanza tkun diġa’ skattat iżda għadha ma ġietx fit-tmiem tagħha. Dan qed isir bis-saħħa tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar Pakketti tal-Ivjaġġar (2015/2302/EU), li tesiġi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi sa fejn is-servizzi rilevanti ma jitwettqux bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur. L-Avviż Legali 315 ta’ 2016 ippublikat jindirizza propju dan, bit-twaqqif ta‘ ‘Fond tal-Insolvenza dwar Pakkett tal-Ivjaġġar’. Il-Fond qed jitmexxa minn Managing Board magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern, l-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-FATTA (Federazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar) u għalkemm il-mekkaniżmu eżatt ta’ kif ser ikun qed jitħaddem ser jiġi kkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin, l-għan aħħari huwa li jagħmel rifużżjoni sħiħa tal-flus imħallsa u jirripatrija skont il-ħtieġa. Il-Board tal-Fond fassal dan il-mekkaniżmu fin-nuqqas li fil-qasam ta’ l-Assikurazzjoni lokali l-ebda Kumpanija, ma tkopri għal danni biex taghmel tajjeb f’każ ta’ falliment finanzjarju għall-Kumpaniji ta’ l-ivvjaġġar. Dan appuntu qiegħed isir ukoll biex jiġi evitat dak li ġara xi snin ilu, fejn il-kumpanija tal-ivjaġġar li falliet ma kellha ebda koperta finanzjarja biex tagħmel tajjeb għall-ħlasijiet li kienet irċeviet mingħand ix-xerrejja. Niftakru li kellu jkun il-Gvern biex għamel tajjeb għar-rifużżjoni tal-ammonti li kienu diġa’ tħallsu mill-klijenti.

Swieqi — Wied Għomor u Wied id-Dis - livell ta' protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema livell ta’ protezzjoni hemm għal Wied Għomor u Wied id-Dis fis-Swieqi? Hemm xi pjanijiet ta’ tibdil hekk kif qiegħda fin-North Harbour Local Plan? Dan qed jirrefletti fil-GeoServer? U jekk din hija ODZ, allura jista’ jgħid jekk dan kollu huwiex żball, u hemmx xi korrezzjoni fil-ġejjieni?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Baħar iċ-Ċagħaq – trejqa li hemm ma’ Triq Qalet Marku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-trejqa li hemm ma’ Triq Qalet Marku li titla’ għal Magħtab hijiex triq privata? Jekk iva, jista’ jara għalfejn hija two way u jidħlu heavy vehicles għal ġoċ-ċentru ta’ Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-isqaq huwa propjeta’ pubblika u jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali li, minn naħa tiegħu jrid jikkomunika ma’ Transport Malta dwar sistemi tal-Immaniġġjar tat-traffiku. Inżid li rigward dan l-isqaq partikolari, għaddejjin xi kwistjonijiet legali.
Leg 12 PQ #32048 Sitting 496 2017-03-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bisazza street

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara n-numru tal-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Bisazza Street u jgħid jekk hemmx xi ħjiel ta’ xi soluzzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31890 Sitting 494 2017-03-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta' fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jara f'liema stadju wasal il-każ rigward fidi ta' ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-ċenswalisti l-ġodda ta’ dan il-fond se jkunu qegħdin jigu nfurmati formalment, permezz ta’ ittra, illi huma saru ċ-ċenswalisti rikonoxxuti mad-Dipartiment fuq dan il-fond u għaldaqstant ikunu jistgħu jħallsu l-lawdemju dovut lill-istess Dipartiment. Sadanittant it-talba tal-istess persuni sabiex jifdu c-cens gravanti l-fond ma tistgħax tigi milqugħa għalissa, minhabba illi talbiet simili jigu aċċetati biss taht Skemi speċifiki maħruġa mill-Uffiċċju Kongunt minn żmien għal żmien.

Każ ta' applikazzjoni għall-housing

Question

Jista' l-Ministru jara fejn waslet l-applikazzjoni għall-housing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa bħal kull każ ieħor.

ID Card – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diffikultà biex tinħareġ l-ID Card tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Identity Malta ma tistax tati informazzjoni speċifika dwar applikazzjonijiet partikolari għall-permessi ta’ residenza jekk kemm-il darba t-talba ma tkunx ġejja mill-applikant innifsu. Ninsab infurmat li ser isir kuntatt mal-applikant sabiex jingħata l-aħħar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza jiġu pproċessati mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan Identity Malta. Għaldaqstant, l-applikanta għandha tirreferi l-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali fi ħdan il-Unit imsemmi. Jingħad ukoll illi ladarba tittieħed deċiżjoni finali, din tkun ikkomunikata lill-applikanta.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ ċittadinanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għaċ-Ċittadinanza jiġu pproċessati mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan Identity Malta. Għaldaqstant, l-applikant għandu jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali fi ħdan il-Unit imsemmi. Nixtieq ninfurmah ukoll li ladarba tittieħed deċiżjoni finali, din tkun ikkomunikata direttament lill-applikant.
Leg 12 PQ #31512 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Gwidi — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30667 u jgħid kemm kien in-numru ta’ gwidi ġodda li ħarġu bil-liċenzja fl-2016? B’liema lingwi jitkellmu? Kemm hemm gwidi li qed isegwu l-kors? F’liema lingwi? Kemm hemm gwidi li waqfu jaħdmu fl-2015 u fl-2016 u b’liema lingwa/i?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016, kien hemm sitt gwidi ġodda illi ħarġitilhom il-liċenzja. Il-lingwi mitkellma minbarra l-Ingliż huma: Daniż (gwida waħda); Franċiż (żewġ gwidi); Ġermaniż (żewġ gwidi); Pollakk (gwida waħda); u Taljan (tlett gwidi). Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma kellha l-ebda talba minn xi gwida biex tiġi rtirata jew ikanċellata xi liċenzja kemm fl-2015, kif ukoll fl-2016. Informazzjoni dwar studenti li bħalissa qed isegwu kors ta’ Tour Guiding ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, kif ukoll gwidi illi qed isegwu modules sabiex iżidu lingwa oħra mal-liċenzja li għandhom, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ ċittadinanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #31188 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

In-Naxxar – Triq Wied Anġlu – arbli u wires tad-dawl

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fi Triq Wied Anġlu, f’Birguma, in-Naxxar hemm arbli tad-dawl fi triq u hemm parti oħra fejn il-wires tad-dawl qegħdin fuq id-djar? Jista’ jgħid x’raġuni hemm għal dan fl-istess triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li t-twaħħil tal-wires u infrastruttura oħra tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż iseħħ pass pass mal-iżviluppi residenzjali u kummerċjali f’partijiet differenti tal-pajjiż. Fl-istess waqt, deċizjonijiet dwar jekk din l-infrastruttura titwaħħalx mal-faċċata ta’ propjeta’ jew ma’ arbli jittieħdu mill-inġiniera tal-Kumpanija skont għadd ta’ kriterji tekniċi, kif ukoll skont għadd ta’ kundizzjonijiet u limitazzjonijiet tal-bini u t-toroq minn fejn ikun jinħtieġ is-servizz tal-elettriku. Fost dawn, hemm l-għoli tal-bini matul it-triq u aspetti oħrajn. Fit-triq imsemmija, kien hemm postijiet fejn teknikament kien meħtieġ li wires tal-elettriku setgħu jitwaħħlu mal-ħitan, waqt li f’postijiet oħra kellhom jitwaħħlu arbli.
Leg 12 PQ #31276 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni bi problema tas-snien – użu tal-karta r-roża

Question

B’referenza għall-persuni li għandhom problema fis-snien u li għandhom bżonn jaraw dentist tal-Gvern fejn qed jingħad li jistgħu jaqilgħu s-snien imma ma jsirux replacement u dan sakemm ikollhom il-Karta r-Roża, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet għall-persuni li jkollhom il-Karta r-Roża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kemm dawk il-pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża u kif ukoll pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra huma intitolati li jagħmlu dentatura ġewwa l-isptar Mater Dei. Għal aktar dettalji dwar il-kartuna r-roża nirreferi lill-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.

Ta’ Sliema – Day Centre – twaqqif ta’ servizz ta’ trasport għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf is-servizz tat-trasport għall-anzjani lejn id-Day Centre ta’ Ta’ Sliema? Jista’ jagħti r-raġuni għala twaqqaf? Min ta l-ordni biex dan is-servizz jitwaqqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-transport għall-anzjani lejn iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ tas-Sliema twaqqaf mid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità peress li dan is-servizz ma’ kienx konformi mar-regoli tal-procurement. Għal din ir-raġuni, id-Direttorat ħareġ tender biex jiġi ipprovdut servizz ta’ trasport skont ir-regoli tal-procurement.

Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Karozzi wżati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30780 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċioè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li qed jintużaw għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea humiex kollha bin-number plate li tibda bil-Y? Dan ix-xogħol ingħata wara call of tender? Jekk iva, min rebaħ it-tender? F’każ li hemm iżjed minn garaxx wieħed li rebaħ it-tender, jista’ jgħid l-ismijiet tal-garaxxijiet kollha?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-karozzi li qed jintużaw mill-Ministri Ewropej waqt il-laqgħat informali ġew mogħtija bħala sponsorshipminn kumpanija lokali. Iżda minħabba ċirkustanzi fejn kien hemm back to back meetings, kien hemm il-bżonn addizjonali li jiġu utilizzati numru ta’ chauffered driven cars. Dan is-servizz ġie pprovdut minn John’s Garage Limited, il-kumpanija li rebħet it-tender relatat ma dan is-servizz għall-Presidenza. Din is-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-Public Procurement Regulations.

Appliakzzjoni għal ċittadinanza — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 30220, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm diskrezzjoni fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-artiklu 10(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jgħid: “Frustier jew persuna apolidi, li jkun persuna tal-età u ta’ kapaċità sħiħa, meta jagħmel applikazzjoni għal hekk lill-Ministru bil-mod preskritt, jista’ jingħata ċertifikat ta’ naturalizzazzjoni bħala ċittadin ta’ Malta jekk jissodisfa lill-Ministru […]”. Il-kelma “jista’” tindika diskrezzjoni, altrimenti l-leġi¿latur kien juża l-kelma “għandu”.