Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34574 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalat

Question

Jista’ l-Ministru jara li cable tad-dawl li jissupplixxu elettriku fid-djar ta’ Hompesch Road ħdejn Hompesch arch jinbidel biż-żmien għax ilu mill-1960, u peress li l-qawwa tigħu hija baxxa ħafna, issa li dik l-area ntliet bil-bini u t-talba għall-elettriku hi ikbar minn dak li jipprovdi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34334 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dual Citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema pajjiżi huma dawk li ħadu d-dual citizenship skond ir-risposta tal-mistoqsija 34204?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanti hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34339 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Triq il-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34406 Sitting 763 2002-07-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx riżolta t-tilwima industrijali bejn il-ħaddiema tal-water services u l-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kwistjoni ma ġietx riżolta għax it-talba għal żidiet fil-pagi u salarji li għamlet il-G.W.U. hi għola minn dak li lest jagħti l-Gvern.
Leg 9 PQ #34203 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — St. John Str

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tarmac f'St. John Str. Bormla għadu ma sarx u x-xogħol li kien qed isir ilu wieqaf 6 ġimgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħala parti minn dan ix-xogħol kien qed jitwettaq xogħol fuq il-mains ta' l-ilma. Dan ix-xogħol issa tlesta' u qed isiru plate bearing tests. Hekk kif dawn it-testijiet jitlestew se jitkompla x-xogħol ta' asfalt u jitlesta' l-ġimgħa d-dieħla.
Leg 9 PQ #34204 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti li għamlu l-proċeduri kollha biex jieħdu d-dual citizenship mix-xahar ta' April 2002 sal-lum 18 ta' Ġunju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru għal perijodu speċifikat fil-Mistoqsija hija kif jidher hawn taħt: Numru ta` persuni li jikkwalifikaw awtomatikament għaċ-ċittadinanza Maltija 226 Numru ta` persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta 158 Fiż-żewġ każi l-persuni ikkonċernati jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi.
Leg 9 PQ #34205 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Birgu — Triq il-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' pavimentar ta' din it-triq qed isir mir-Restoration Unit flimkien mal-Cottonera Rehabilitation Committee. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-bibien tal-flats u garaxxijiet tad-djar ġodda, li jinsabu f'St. John Str, Bormla, peress li qed jidħlu persuni, u qed isiru ħafna abbużi fihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34211 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Isla — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm purtinara jaħdmu fl-iskola primarja ta' l-Isla, Dun Mauro Inguanez? Jista' jgħid kif it-toilets dejjem ikunu maħmuġa tant li t-tfal jaqtgħu qalbhom jidħlu fihom bir-riħa xejn pjaċevoli li jkun hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li f'din l-iskola hemm il-Full Complement ta' l-Impjegati f'dan il-livell u għaldaqstant mhux suppost li jkun hemmin-nuqqasijiet imsemmija mill-Onor. Membru. Tlabt lil min hu inkarigat biex jindaga u jieħu l-passi li hemm bżonn.

Housing — Postijiet battala għal emerġenza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru tal-postijiet riżervati għal meta jinqala' xi inċident u l-familji jispiċċaw bla dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qatt ma żamm postijiet riżervati speċifikament għall-iskop indikat mill-Onor. Interpellanti.
Leg 9 PQ #34057 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Radjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rakkomandazzjonijiet skont ir-report on recomendations for limiting human exposure to time varying electrical, magnetic and electromagnetic field in the frequency range from 0 Hz to 300 Ghz, li ġie ppreżentat f'Awissu tas-sena 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi r-rakkomandazzjonijiet huma nklużi fir-rapport imsemmi li jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 ta' Novembru tas-sena 2000 waqt l-aġġornament tas-seduta 437.
Leg 9 PQ #34058 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-distanza projbita li persuna tista' tersaq viċin antenna tal-mobile phone? X'inhu l-għoli mill-art ta' kemm suppost dawn l-antenni jitwaħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-"Report on recommendation for limiting human exposure to time varying electrical, magnetic and electromagnetic fieds in the frequency range from 0Hz to 300 GHz" jindirizza d-distanzi minimi ta' sigurta' minn antenni in ġenerali inklużi dawk ta' mobile phone base stations. Dan is-suġġett hu trattat esklussivament fis-sezzjoni 13 ta' l-istess rapport.
Leg 9 PQ #34074 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34011 u jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal-lum, sena sena? Jista' jgħid fiex intefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #34011 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal-lum, sena sena? Jista' jgħid fiex intefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sensji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33811, jista' jgħid liema huma dawk l-ażjendi u l-fabbriki li taw is-sensji lill-ħaddiema f'dawn l-aħħar tliet snin jiġifieri minn Settembru ta' l-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33500 f'Seduta Numru 738.
Leg 9 PQ #33803 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phones — Antenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-distanza projbita li persuna tista' tersaq viċin antenna tal-mobile phone? X'inhu l-għoli mill-art ta' kemm suppost dawn l-antenni jitwaħħlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-siti ta' l-Antenni huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet skond ir-'Report on Recomendations for limiting human exposure to time varying electrical, magnetic and electromagnetic fields in the frequency range from 0 Hz to 300 GHz' li ġie ppreżentat f'Awwissu tas-sena 2000. Barraminhekk, il-liċenzjar ta' l-Antenni jsiru mid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy. Għaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi tali Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat għal aktar tagħrif tekniku.
Leg 9 PQ #33804 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

MIC — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999/2000/2001 sal-lum, sena sena? Jistsa' jgħid fiex intnefqu l-flus f'din is-sena, xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Azjendi/Fabbriki — Sensji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33645 u jgħid liema huma dawk l-ażjendi u l-fabbriki li taw is-sensji lill-ħaddiema f'dawn l-aħħar tliet snin jiġifieri minn Settembru ta' l-1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #33737 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Xgħajra — Triq Karlu Vella

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-retaining wall fi Triq Karlu Vella bħal ma sar fi Triq l-Awrat Xgħajra fejn dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, wieħed fuq ground u l-ieħor fuq playing field?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-retaining wall fi Triq Karlu Vella li rrifera għaliha l-Onor. Interpellant ġia sar u qed jittieħdu l-passi biex ir-retaining wall ta' Triq Awrat isir ukoll.
Leg 9 PQ #33479 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MFSC — HSBC - Overcharging

Question

Billi issa għadda żmien biżżejjed minn mindu l-MFSC irrifera l-każ ta' l-overcharging ta' l-HSBC lill-uffiċċju għall-kompetizzjoni ħielsa, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet ta' dan l-uffiċċju u meta mistenni jsir pubbliku r-riżultat ta' l-istħarriġ tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta iltaqa' mal-partijiet u s-setturi involuti u qiegħed fi stadju avvanzat fl-investigazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju tiġi pubblikata malli tkun konkluża l-investigazzjoni.