Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35230 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm u f'liema xhur u snin għolew is-servizzi tal-posta f'dawn l-aħħar 4 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt matul dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm ebda żieda fis-servizzi tal-posta għajr għal dik li saret f'Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #35231 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA — Strategy Plan

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrategic plan 2001/2002 li ġie llonċjat mill-MTA?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrategic plan 2000/2002, kif ukoll tas-snin 2002/2004.
Leg 9 PQ #35232 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA — Reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif u fejn qed jintnefqu l-32 miljun maqsuma fuq 4 snin fuq ir-reklamar mill-Malta tourism authority?

Response (REFALO, MICHAEL)

Risposta Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li tinkludi dik mitluba mill-Onor. Interpellant. L-ammonti msemmija ghal kull suq jinkludu kemm reklamar kif ukoll publicita’, marketing, promozzjoni ecc. minfuq f'kull suq.
Leg 9 PQ #35091 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' Djar minn Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' djar li nxtraw minn persuni barranin fl-1999 sal-lum sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numri ta' permessi li ngħataw liċ-ċittadini barranin biex jixtru propjeta' mmobbli mill-1999 sal-lum sena b'sena hu kif jidher hawn taħt - Sena Numru ta' Permessi 1999 219 2000 295 2001 344 2002 (sa l-aħħar t'Awissu) 279

Tarzna — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34958 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-tarzna lill-ħaddiema tat-tarzna u lil dawk li llum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għadu kemm lesta x-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal-pensjoni għal Min Jirtira ta' ex-ħaddiema tat-Tarzna. Infatti dawn il-pensjonanti għadhom kemm irċevew l-arretrati dovuti fil-pensjoni tagħhom ta' Awissu. Bħalissa t-Taqsima tal-Pensjonijiet għaddejja bix-xogħol tar-reviżjonijiet tal-pensjonijiet ta' romol ta' ex-ħaddiema tat-Tarzna u fuq ir-reviżjonijiet ta' ex-ħaddiema li ħarġu "boarded-out'. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin u l-arretrati fejn dovuti jitħallsu minnufih.
Leg 9 PQ #35106 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' impact assessment jew xi analiżi, rigward il-livell tal-finanzi tas-soċjeta' Maltija f'dawn l-aħħar sentejn? Jekk iva, x'kien ir-riżultat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'huwiex ċar biżżejjed xi jrid ifisser l-Onorevoli Interpellant bil-livell tal-finanzi tas-Soċjeta Maltija. Wieħed qed jifhem il-likwidita' u l-aċċess għaliha tal-maltin biex ikunu f'qagħda li jitejbu l-livell tal-għixien tagħhom. F'dan ir-rigward naħseb li l-figuri li se ngħati hawn taħt jitkellmu waħidhom - 1. Il-Prodott Groos Nazzjonali (Nominali) ras imb'ras i.e. il-valur ta' dak kollu li nipproduċu u naqilgħu aħna l-maltin, ras għal ras, inkluż dħul ta' pensjonijiet u mgħaxijiet fuq investimenti barra minn Malta 1990 - Lm2,193 1995 - Lm3,064 2000 - Lm3,867 2. Depożiti Bankarji - 1987 - Lm483.4 miljuni 1990 - Lm768.2 miljuni 1995 - Lm1,589.3 miljuni 2000 - Lm3,281.4 miljuni 3. Paga medja ta' ġimgħa - F'Settembru 2001 din telgħet għal Lm83.04 i.e. Lm2.86 ogħla minn kif kienet f'Settembru 2000 u ogħla mill-Lm1.50 żieda fil-ġimgħa li tingħata għall-ogħli tal-ħajja. 4. Ħlasijiet totali mgħotija f'benefiċċji soċjali, inkluż il-pensjoni tal-irtirar, taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali 1987. 2000 1995 1990 1987 Pensjoni tal-Irtirar 71,892,924 48,262,536 29,302,468 22,264,427 Pensjoni tar-Romol 16,865,108 13,654,015 10,686,787 7,591,523 Allowance tal-Orfni 9,885 12,101 1,639 3,102 Pensjoni tal-Invalidita' 9,913,445 6,225,423 4,275,696 3,814,417 Survivor's Pensions 8,590,002 4,969,040 880,637 408,674 Total 107,271,364 73,123,115 45,147,227 34,082,143 Ċertament minn dan kollu joħroġ ċar l-affluwenza tas-soċjeta' Maltija u l-mod kif din kienet matul dan l-aħħar snin.
Leg 9 PQ #35225 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Containers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu containers fil-freeport sena b'sena, xahar b'xahar, mis-snin 1999 sa l-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' containers (TEU's jew units ekwivalenti ta' għoxrin pied) li daħlu fil-Port Ħieles kull xahar matul dawn l-aħħar tlitt snin kien kif jidher hawn taħt: XAHAR 1999 2000 2001 Jannar 87,487 76,771 101,635 Frar 89,645 83,710 87,931 Marzu 88,411 82,134 93,580 April 80,942 78,926 92,236 Mejju 89,850 83,210 87,713 Ġunju 89,506 82,695 99,855 Lulju 94,784 91,548 96,403 Awissu 84,747 83,861 98,566 Settembru 84,195 97,245 96,237 Ottubru 100,377 96,208 106,634 Novembru 74,147 89,380 105,073 Diċembru 80,881 87,364 99,207 TOTAL 1,044,972 1,033,052 1,165,070
Leg 9 PQ #35226 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Maltacom f'dawn l-aħħar 4 snin, sena b'sena, sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata hekk kif din tkun disponibbli.
Leg 9 PQ #34958 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34659 li oriġinarjament saret lill Ministru tal-Finanzi u jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-tarzna lill-ħaddiema tat-tarzna u lil dawk li llum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal dawk l-ex-ħaddiema tat-Tarzna li ħarġu bil-pensjoni wara li għalqu l-61 sena. Jekk dan huwa l-każ, l-arretrati tal-Ftehim Kollettiv jinħadmu u jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35033 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-Marina u l-Pontoons tal-Proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fuq dan is-suġġett hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' għall-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #35034 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mount Carmel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hux qed issir fixed point mill-pulizija nisa fil-wards tan-nisa ta' Mt Carmel? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinkiser il-legal notice li ħareġ fi Frar ta' l-2000 f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent qegħda ssir għassa mill-Pulizija ma` priġuniera mara li tinsab rekoverata l-isptar Monte Carmeli. Dan m`hu qed jikser l-ebda provvediment legali.

Customer Care — Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy, jew jekk riċentement saritx policy ġdida biex il-customer care fil-housing department ma jaċċettawx ittri miktuba mid-deputati bil-water mark (karti tal-gvern) għan-nom tal-kostitwenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali la qatt kellu u lanqas għandu preżentement policy li ma jaċċettax ittri miktuba minn Deputati Parlamentari sew jekk dawn l-ittri jkunu miktuba fuq karti bil-watermark tal-Gvern u sew jekk le.
Leg 9 PQ #34659 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-Tarzna lill-ħaddiema tat-Tarzna u lil dawk li illum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #34687 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Triq il-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34205 u 34339 peress li din il-mistoqsija diġa' ġiet riferuta lil żewġ ministru differenti? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il-Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' Triq il-Majjistral tlestiet. Ix-xogħol fuq it-tieni fażi ma tkompliex minħabba il-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Hu maħsub li t-tieni fażi tal-pavimentar ser jitkompla l-ġimgħa d-dieħla wara li l-ħaddiema li kienu nvoluti f'dan ix-xogħol ilestu minn xogħol f'lokalitajiet oħra li kien inbeda wara tmiem l-ewwel fażi.
Leg 9 PQ #34694 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Fgura — Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-Triq Hompesch Fgura n-naħa ta' Hompesch Arch diġa ħiereġ id-drenaġġ minn taħt it-triq meta din lanqas għadha ma ngħatat l-aħħar kisja tat-tarmac?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xi xogħolijiet ta' 'road surfacing' u anke wkoll saru xi trinek għall sevizzi oħra fi Triq Hompesch, il-Fgura. Normalment meta jkun qed isir dan ix-xogħol bil-'basecourse' jitgħattew it-tappieri kollha tad-drenaġġ u dawn jiġu mgħollijin ghal-livell tat-triq meta ssir l-'wearing course'. Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isiru l-proċeduri neċessarji biex jinkixfu dawn il-'manholes' u ssir il-manutenzjoni meħtieġa.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d-dipartiment fuq każ li d-dipartiment ilu infurmat bih iktar minn sena permezz tal-mistoqsiji 30414, 30813, 30936, 33033, 30511?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Erġajt investigajt il-każ u nikkonferma dak li jiena għidt fit-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija 30813. Il-pożizzjoni hi legalment korretta.
Leg 9 PQ #34611 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani li jkunu qed jirkupraw fl-isptar San Luqa u jerġgħu jmorru l-isptar St. Vincent De Paul, jew f'xi sptar ieħor qed jintalbu jħallsu għall-ispejjes, jew is-60% tal-pensjoni tagħhom tal-kura li jkunu ħadu fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma jintbagħtux kontijiet lil pazjenti Maltin rikoverati fir-Residenza San Vinċenz li jingħataw kura fl-Isptar San Luqa. Kull xahar jintbagħat return lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fejn ikun hemm lista ta' pazjenti li jkunu ilhom rikoverati fl-Isptar San Luqa iżjed minn 180 ġurnata, sabiex titnaqqsilhom il-penzjoni kif stipulat fil-liġi.