Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35305 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Abort

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'informazzjoni ħareġ fuq il-fuljett Aġġornat, u liema numru kien, wara li din is-sena l-UE tkellmet fuq l-abbort, u jekk ingħatax informazzjoni fuq l-istess fuljett bir-risposta tal-Prim Ministru Malti?

Response (BORG, JOE)

Il-fuljett Aġġornat maħruġ miċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-EU kellu tliet rapporti dwar ir-riżoluzzjoni li l-Parlament Ewropew approva dwar l-abort. It-tliet rapporti dehru kif ġej: - Ħarġa Nru 131, 6 ta' Lulju, 2002, paġna 2: Kumitat tal-Parlament Ewropew jadotta rapport dwar l-abort - Ħarġa Nru 132, 13 ta' Lulju, 2002, paġna 1: Reazzjoni iebsa mill-Isqfijiet ta' l-Unjoni Ewropea kontra rapport dwar l-abort - Ħarġa Nru 134, 27 ta' Lulju 2002, paġna 1: Il-Gvern Malti jikteb lill-Parlament Ewropew Kopji ta' dawn il-ħarġiet kollha ntbagħtu lil kull membru parlamentari, kemm bl-email kif ukoll bil-posta fir-residenza privata tagħhom. Oltre dak li deher fil-ħarġiet tal-fuljett Aġġornat fuq imsemmija, ma saritx referenza għal xi risposta li seta', skond l-Onorevoli Interpellanta, għamel il-Prim Ministru dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #35373 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista’ il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35226: Jista' jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Maltacom f'dawn l-aħħar 4 snin, sena b'sena, sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar erba' snin tal-Maltacom ġew ingaġġati wieħed u disgħin impjegat ġdid bejn ħaddiema fuq bażi permanenti, dawk fuq bażi temporanja u studenti\trainees. Dawn ġew ingaġġati kif ġej: SENA BAŻI BAŻI STUDENTI/ TOTAL PERMANENTI TEMPORANJA TRAINEES 1999 3 4 0 7 2000 4 0 4 8 2001 63 0 7 70 2002 3 3 0 6 TOTAL 73 7 11 91 Tajjeb jingħad li: 1. Mit-63 ħaddiem impjegati fuq bażi permanenti matul l-2001, 62 kienu impresset drivers. 2. Mit-73 ħaddiem impjegati fuq bażi permanenti, 27 temmew l-impjieg tagħhom. 3. Mis-7 ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja, 4 temmew l-impjieg. It-3 ħaddiema l-oħra jaħdmu fuq bażi ta' 20 siegħa fil-ġimgħa u l-impjieg tagħhom jista' jiġi terminat f'kull ħin. 4. Fil-każ ta' l-istudenti/trainess, il-kumpanija mhix kommessa li timpjeghom wara li jtemmu l-apprentistat tagħhom.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35229, jista' jaġġornana bin-numru ta' dawk kollha li qed jirreġistraw għax-xogħol sal-lum? F'liema parti u x'inhija l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Lulju 2002 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 6,557 fuq l-ewwel parti u 620 fuq it-tieni parti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35245 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Action Plan

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-action plan u l-business plan u l-practices designs li sar għax-shipbuilding mill-Gvern fl-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-pjan ta' ristrutturazzjoni tat-tarznari kien ġie ippreżentat lit-Task Force tat-Tarznari lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Peress li l-business plan tat-tarznari fih informazzjoni sensittiva kummerċjali, ma narax li jkun fl-interess ta' l-istess tarznari li dan isir pubbliku.

Council of Europe

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tar-ratifika tal-Council of Europe's il-European Social Charter (LN 204/99) u l-provision act (cap 318) tas-social security?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Avviż Legali 204/99 (European Social Charter Order, 1999) li kien ġie mqiegħed fuq il-Mejda ta' din il-Kamra u ppublikat fil-gażżetta tal-Gvern tat-23 ta' Novembru 1999. Bis-saħħa ta' dan l-Avviż, il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ġew estiżi għall-ċittadini ta' pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li għandhom residenza tagħhom hawn Malta.
Leg 9 PQ #35239 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li rritornaw il-VAT number u l-kotba tal-VAT lid-dipartiment tal-VAT f'dawn l-aħħar 4 snin sal-lum, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni reġistrati li talbu biex jinqatgħu mir-reġistru tal-VAT f'dawn l-aħħar erba' snin kien kif jidher hawn taħt: 1999 - 2,719 2000 - 2,541 2001 - 2,746 Jannar/Lulju 2002 - 1,335 Fl-istess snin, in-numru ta' persuni li rreġistraw mad-Dipartiment kien ta': 1999 - 3,480 2000 - 3,432 2001 - 3,200 Jannar/Lulju - 2,009
Leg 9 PQ #35240 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz tal-Ħobż

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kwalita' kien u x'kien jissejjaħ id-dqiq/qamħ tal-ħobż Malti, qabel ma għola u issa li f'Awissu għola fil-prezz?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35241 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Film Facilities

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn huma l-membri tal-kumitat tal-Malta film facilities? Jista' jgħid ukoll x'esperjenza għandhom dawn il-membri fil-qasam tal-films?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Film Facilities Limited ma hijiex kumpanija tal-Gvern. Fil-fatt din il-kumpanija ġiet privatizzata fl-1995 u l-isem kien inbidel għal Mediterranean Film Studios Ċompangħ Limited. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #35242 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Film ''Tripoli''

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-film 'Tripoli' li kellu jinħadem Malta issa mhux se jinħadem hawn u se jinħadem post ieħor barra minn pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-direttur u t-tim tal-produzzjoni tal-feature film "Tripoli", li huwa finanzjat minn Fox Film Entertainment, kienu u għadhom qed jikkunsidraw lil pajjiżna bħala post fejn jiġbdu partijiet mix-xogħol tagħhom. Huwa minnu li sar tibdil fl-iscript tal-film li jista' jwassal biex xeni li kellhom jinġibdu f'Malta ma jinġibdux hawn. Din hija sitwazzjoni komuni fl-iżvilupp ta' proġett awdjoviżiv u li pajjiżna ma għandux kontroll fuqha. Tajjeb jingħad ukoll li l-Malta Film Commission ilha tassisti lill-produzzjoni fuq dan il-proġett partikulari għal numru ta' xhur u għadha għaddejja b'ħidma biex tara li l-partijiet minn dan il-film li jistgħu jinġibdu f'Malta, fil-fatt jinġibdu hawn.

Immigration Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk il-barranin li qed jieħdu l-benefiċċji taħt is-social security act (cap 318) minn meta daħlet fis-seħħ l-immigration act?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għall-Avviż Legali numru 291 ta' l-2001 jiġifieri l-Ordni ta' l-2001 dwar is-Sigurta' Soċjali (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Refuġjati). Ninforma lill-Onor. Interpellanti li ma tinżammx statistika ta' persuni li kkwalifikaw bis-saħħa ta' dan l-Avviż Legali.
Leg 9 PQ #35244 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltanet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpannija Maltanet, x'konnessjoni għandha, jekk għandha, mal-Maltacom, u min qed iħaddimha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li l-kumpanija Maltanet ġiet reġistrata bħala kumpanija fis-16 ta' April 2001. Din il-kumpanija hija sussidjarja tal-Maltacom.
Leg 9 PQ #35233 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Immigration Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies barranin li xtraw residenza Maltija wara li għaddiet l-immigration act (cap 217, sec 7) sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu fis-seħħ ta' l-attdwar l-Akkwist ta' Propjeta' Immobbli minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) ingħataw ħdax -il elf, mija u ħamsa u tmenin (11,185) permess biex barranin ikunu jistgħu jixtru propjeta' mmobbli hawn Malta. Wieħed irid iqis li ħafna minn dawk li jkun xtraw propjeta' jerġgħu ibiegħha lill-Malta. Jekk barrani jbiegħ propjeta' lill-barrani ieħor, dan ikollu bżonn permess ieħor. Għalhekk l-ammont ta residenzi li huma f'idejn il-barranin huma anqas min-numru ta' permessi mgħotija.
Leg 9 PQ #35235 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Żwieġ bir-Reġistru

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk il-koppji fejn wieħed/waħda mill-koppja hija ta' nazzjonalita barranija li żżewwġu bir-reġistru fis-snin bejn l-1998 sal-lum, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` dawk il-koppji fejn wieħed jew waħda mill-koppja hija ta` nazzjonalita` barranija li żżewġu fir-reġistru mill-1998 sal-lum, sena b`sena, huwa kif ġej: Sena Malta Għ awdex 1998 228 4 1999 236 9 2000 224 14 2001 253 8 2002 (sal-lum) 204 13
Leg 9 PQ #35236 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE — Abort

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi kopja ta' ittra mill-UE, fuq il-Mejda tal-Kamra għat-tweġiba li ntbgħatet mill-OPM fuq id-dikjarazzjoni li ħarġet l-UE fuq l-abort fit-8 ta' Lulju 2002?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ittra li ntbaghtet mill-Gvern Malti lis-Segretarju Generali tal-Parlament Ewropew ma kienet titlob ebda risposta. L-ittra kienet intenzjonata li tispjega l-pozizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tar-Rizoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “sexual and reproductive health and rights”.
Leg 9 PQ #35237 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Xgħajra — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed isir biex ma jiżbroffax id-drenaġġ fil-bajja tax-Xgħajra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżulta li hemm u lanqas kien hemm xi żbroff ta' drenaġġ fil-bajja tax-Xgħajra.
Leg 9 PQ #35238 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tug Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li daħlu ġodda fit-Tug Malta f'din is-sena, xahar b'xahar, u x'inhu x-xogħol li daħlu għalih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35227 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat il-volum tad-dawl tal-lokal tax-Xgħajra Malta peress illi dak preżenti mhux qed ilaħħaq mal-konsum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm żewġ lokalitajiet fix-Xgħajra li fihom hemm bżonn isir xogħol ta' tisħiħ tas-sistema ta' l-elettriku. Dawn huma l-Qasam Industrijali ta' Ricasoli u ħdejn il-Batterija tal-Grazzja. Fil-Qasam Industrijali ta' Ricasoli diġa' sar xogħol ta' tisħiħ, iżda għad fadal il-bżonn li jitwassal it-three phase. Dan għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili. Il-lokalita' ta' ħdejn il-Batterija tal-Grazzja hemm bżonn li tinbena substation li x-xogħol fuqha beda.
Leg 9 PQ #35228 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jindika fuq pjanta ta' l-isptar il-ġdid tal-Qroqq fejn hemm il-ħsieb li se tkun il-kċina ta' dan l-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kemm-il darba ntqal pubblikament li l-isptar Mater Dei ma għandux kċina. L-ikel ser jasal ippreparat għat-tqassim lill-pazjenti. Madankollu, fuq is-sit hemm żewġ lokazzjonijiet fejn jista' jiġi ppreparat l-ikel (imma mhux għal pazjenti). Dawn il-pjanti diġa' tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.