Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-korsijiet li jorganizzaw l-ETC f'Ħal Far? Liema huma dawk il-korsijiet li għaddejjin bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-korsijiet li torganizza l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) huma: Computer Skills (Windows, Word, Excel) Sage (għar-reġistranti) Typing Office Skills Wages Clerk Customer Care Retail Skills Storekeeping Carers Training Programme (Levels 1-5) Small Business Management: Starting a Business Managing Finance Managing Markets Managing Operations Managing People Support Services Literacy & Personal & Social Education Handyman Skills Metal Machining on Conventional Machinery Refrigeration & Airconditioning Welding Soldering Techniques Food Preparation & Production Food & Beverage Servicing Adult Learning Programme Il-korsijiet għaddejjin bħalissa huma: Computer Skills (7 gruppi) Wages Clerk (2 gruppi) Office Skills (3 gruppi) Customer Care (2 gruppi) Carers Training Programme Level 2 (5 gruppi) Managing Operations Managing Finance Managing Markets Adult Learning Programme (5 gruppi) Handyman Skills Refrigeration & Airconditioning Basic Technical Skills (3 gruppi) Diploma in Computer Studies Higher Diploma in Computer Studies 23.11.98

Persuni nieqsa mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-għaqdiet ta' persuni nieqsa mid-dawl li fil-preżent għandhom talbiet pendenti quddiem l-awtoritajiet konċernati sabiex jiżviluppa ċerta inizjattivi maħsuba biex jintegraw lil dawk il-persuni fl-ambjent modern tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali fil-preżent m'għandux talbiet pendenti quddiemu li ġejjin minn għaqdiet ta' persuni nieqsa mid-dawl. Madankollu tajjeb li wieħed jinnota li din is-sena il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Persuni b'Diżabilita' allokat Lm8,000 għall-proġett tal-Fondazzjoni 'Guide Dogs and Services for the Blind'. L-Awtorita' tad-Djar irċeviet talba minn 'Torball Blind Association' biex bini fl-Imtarfa jiġi konvertit għall-użu għall-għomja. Peress li l-bini ma hux ta' l-Awtorita' tad-Djar, l-Awtorita' talbet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex dan il-bini jiġi trasferit lilha għal dan l-iskop. Sallum dan il-bini għadu ma ġiex trasferit. 23.11.98

Fgura — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra l-problema li għandna fil-Fgura ta' nuqqas ta' venda tal-karozzi tal-linja, peress li l-popolazzjoni kibret u mhux qed tlaħħaq mal-ftit karozzi li jgħaddu ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s`issa mhux maħsub li jkun hemm venda fil-Fgura.

Istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna istituti care orders f'Malta? Fejn u liema huma? Kull care order kemm għandu tfal fih u x'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

'Istituti Care Orders' ma jezistux, imma jekk qed nifhem l-Onor. Interpellant sewwa, Djar tat-tfal b'minuri taħt Ordni ta' Ħarsien f'Malta hawn. Dwar it-tieni parti tad-domanda, minn informazzjoni miġbura mir-'records' taċ-'Children and Young Persons Advisory Board' u mid-Dipartiment tal-'Family and Social Welfare', preżentament hemm 68 każ ta' tfal u żgħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien. Il-maġġoranza ta' dawn it-tfal jgħixu fid-Djar msemmija. Dawn id-Djar jospitaw tfal u żgħażagħ li ġew impoġġija taħt Ordni ta' Ħarsien kif ukoll tfal li ġew mdaħħla volontarjament mill-ġenituri tagħhom. L-etajiet ta' tfal u żgħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien huma kif ġejjin: Sena 5 Sentejn 3 Tliet Snin 2 Erba snin 3 Ħames snin 4 Sitt snin 2 Seba snin 6 Tmien snin 9 Disa snin 6 Għaxar snin 2 Ħdax-il sena 1 Tnax-il sena 5 Tlettax-il sena 5 Erbatax-il sena 3 Ħmistax-il sena 6 Sittax-il sena 6 Sbatax-il sena 1 Hemm ukoll 15-il dar residenzjali u kollha jirċievu tfal u zagħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien. Dawn huma: Angela House, G'Manġia; St Rita Home, Tarxien; Ursuline Creche, Sliema; Ursuline Home, Valletta; Jesus of Nazareth, Zejtun; St Therese Home, Żejtun; St Joseph Home, Żabbar; St Joseph Home, Żejtun; Dar Sagra Familja, Żabbar; Fra Diego, Ħamrun; St Joseph Home, St Venera; St Patrick's School, Sliema; Jean Antide, St Venera; Programm Fejda, St Venera; Lourdes Home, Għawdex. 23.11.98

Djar — Appartament tal-Gvern - Tank ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-Gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) li la għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tip ta' permess jinkiseb mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat. 16.11.98

Sigurta' Soċjali — Koppji separati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika tal-koppji li sseparaw fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Jista' jagħti wkoll statistika ta' dawk li f'Malta huma divorzjati jew annullati fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Jista' jgħid kemm huwa t-total ta' tfal li jikkonċernaw lil dawn il-koppji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat. 16.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies qed ifittxu x-xogħol? Mil-liema lokalitajiet ġejjin? Hemm minnhom li ilhom jirreġistraw għal ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 kien ta' 7184. Dawn kienu ġejjin minn dawn il-Kunsilli Lokali: MALTA GħAWDEX Attard 60 Msida 127 Fontana 17 Balzan 38 Naxxar 119 Għajnsielem 57 B'Kara 407 Paola 183 Għarb 14 B'Bugia 171 Pembroke 21 Għasri 6 Cospicua 255 Pieta' 62 Kerċem 29 Dingli 40 Qormi 416 Munxar 17 Fgura 177 Qrendi 56 Nadur 74 Floriana 69 Rabat Malta 169 Qala 30 Għargħur 53 San Gwann 184 San Lawrenz 8 Għaxaq 104 Santa Lucia 73 Sannat 33 Gudja 70 Santa Venera 114 Victoria 110 Gżira 124 Senglea 115 Xagħra 84 Ħal Safi 29 Siġġiewi 127 Xewkija 53 Ħamrun 292 Sliema 142 Żebbuġ 47 Kalkara 68 St Julians 103 Kirkop 45 St Paul's Bay 164 TOTAL 579 Lija 26 Swieqi 33 Luqa 128 Tarxien 130 L-Iklin 25 Ta' Xbiex 36 Marsa 222 Valletta 250 Marsascala 109 Vittoriosa 75 Marsaxlokk 65 Xgħajra 17 Mdina 3 Żabbar 344 Mellieħa 41 Żebbug Malta 218 Mġarr Malta 22 Żejtun 263 Mosta 171 Żurrieq 184 Mqabba 66 TOTAL 6,605 Minn dawn hemm 596 li ilhom jirreġistraw għal ħames snin. 16.11.98
Leg 9 PQ #1129 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni morda bil-lebbra

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm hawn persuni morda bil-lebbra f'Malta u f'Għawdex mis-snin 1965 sa l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Narraf lill-Onor. Membru li bejn 1965 u 1998 kien hemm 140 pazjent ibagħtu bil-marda tal-Lebbra.
Leg 9 PQ #766 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Porters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jekk jerġa' jingaġġa porters ma' l-MIA jagħti ċ-ċans lil dawk li kien hemm fit-tliet xhur tas-sajf li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li meta l-MIA ikollha bżonn timpjega n-nies, dan tagħmlu skond il-Liġi dwar is-Servizzi tal-Impjiegi u t-Taħriġ.

Djar — Allokazzjoni ta' post

Question

Wara li l-Ministru wieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 356 dwar post fl-Isla, jista' jgħid lil min ġie allokat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi fit-8 ta' Awissu 1996 l-post kien allokat lin-neputija tal-inkwilina preċedenti wara li mietet. 10.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jikkonsidra każ gravi ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tingħata post alternattiv, peress li din il-persuna tinsab f'pożizzjoni kerha u għandha problemi kbar li jistgħu jwasslu għal separazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 9.11.98

Impjiegi — Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna social workers f'pajjiżna u f'liema aġenzija jew entita' qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' 'Social Workers' li hemm f'dawk id-Dipartimenti u Aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt: Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja - 33 Programm Ħidma Soċjali (SWDP) - 32 Sedqa - 11 Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani - 8 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi - 1 Adult Training Centres - 2 Fil-każ tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja, tlett 'Social Support Workers' qegħdin 'on loan' mad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani, żewġ 'Casual Welfare Officers' qegħdin 'on loan' fl-Isptar Monte Karmeli u ħamsa fl-Isptar San Luqa. Irrid inżid li l-Ministeru tiegħi għad m'għandux informazzjoni dwar in-numru ta' 'Social Workers' li hemm jaħdmu ma Dipartimenti oħra tal-Gvern u ma għaqdiet mhux Governattivi. 9.11.98

Fgura — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmak fi Triq Dome, il-Fgura il-parti l-ġdida n-naħa ta' Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li bħalissa qed isir xogħol inkonnessjoni mal-provista ta' l-ilma f'din it-triq peress li r-resurfacing ser isir mill-Kunsill.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tieni parti tax-xogħol fi Triq Hompesch, il-Fgura huwiex se jsir? Jekk iva, meta se jibda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol fuq l-ewwel parti ta' triq Hompesh għadu kemm tlesta din is-sena u għalkemm it-tieni fażi ser issir, ix-xogħol fiha irid bilfors isir wara li jitlesta xogħol simili li nbeda f'lokalitajiet oħra.

Djar — Isla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, qed iġġiegħel lir-residenti ta' Triq il-Maċina, l-Isla biex jiffirmaw u joħorġu mill-Block? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna taħdimx mal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien ġejt infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'hijiex impjegata tal-Gvern. Id-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali ma ħa ebda inizjattiva fis-sens imsemmi mill-Onor. Membru. 9.11.98

Fabbriki — Trainer Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux trainer manager fuq safety jew safety officer biex jagħti lectures lill-ħaddiema tal-fabbriki, tfal ta' l-iskejjel, uffiċini eċċ? Jekk le, jista' jgħid jekk il-gvern hux se jingaġġa lil xi ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

'Lectures' konnessi mat-tħaris tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol diġa qed jiġu mgħotija mill-istaff tal-'Occupational Health and Safety Unit' tad-Dipartiment tax-Xogħol kemm lil studenti kif ukoll lil ħaddiema u lil persuni oħra meta jiġi muri interess minnhom jew minn 'trade unions' jew organizzazzjonijiet oħra li jirrapreżentawhom. Għaldaqstant ma jinħass il-bżonn li tiġi impjegata persuna biex taqdi din il-funzjoni. 9.11.98
Leg 9 PQ #359 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Adelaide Cini

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fl-iskola ta' Adelaide Cini fil-Ħamrun, m'hemmx supervisor biex josserva l-caretakers? Il-ħandyman telaq mingħajr ma kienet taf il-headmistress u għadu ma ġiex replaced? Mil-lista ta' maintenance fl-iskola għadu ma beda xejn, meta hemm applikazzjoni uffiċjali fl-uffiċċju u kollox għadu pending?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' caretakers u handyman fl-iskola huwa żgħir u ma jitlobx li jkun hemm supervisor. Informat ukoll li l-Headmistress irċeviet it-transfer note dwar il-handyman. Mir-'records' miġbura fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidher li bejn Ġunju 1997 u t-30 t'Ottubru 1998 intbagħtu 58 'requisition' minn Adelaide Ċini Girls' Secondary School dwar xogħol ta' manutenzjoni. 42 minn dawn ir-'requisitions' inħadmu u dawn irrekjedew 1186 siegħat ta' 'plumming', 'drainage', 'metal works', 'joinery' u elettriku. Is-16-il 'requisition' li baqa' qiegħdin jiġu kkunsidrati fid-dawl ta' talbiet għal xogħol minn istituzzjonijiet oħra.
Leg 9 PQ #361 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ngħatax permess għall-reserved parking meta dan għandu wkoll il-karta s-safra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 03.11.98

Djar — Sussidju fuq tiswija ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' tad-Djar se terġa' tiftaħ is-servizz ta' l-iskeda 3 għal sussidju fuq tiswija ta' djar? Jista' jgħid ukoll jekk dan is-servizz huwiex se jibqa' bl-istess ammont ta' sussidju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skema Tlieta skadiet fl-14 ta' Ottubru 1998. Il-Board il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar ser jiddiskuti din l-iskema fil-laqgha li jmiss. 3.11.98

Djar — Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li toqgħod ġo flat tal-gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) lanqas biss għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li permess ta' dan it-tip jinkiseb mid-Dipartiment ta' l-Artijiet il-Baviera li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Intern. Għalhekk il-mistoqsija trid issir lill dak il-Ministru. 3.11.98