Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3917 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati Kriminali — Għajnuna legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar: (a) min huma l-avukati ta' l-għajnuna legali fil-Qrati Kriminali; (b) kemm-il darba dehru f'din il-fakulta'; u (ċ) kemm flus ġew rimborsati kull wieħed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Avukat għall-Għajnuna Legali fil-Qrati Kriminali huwa Dott Joseph Mifsud. Dan ma jitħallasx skond in-numru ta` drabi li jiġi nominat iżda għandu salarju fiss li jkopri wkoll id-doveri tiegħu f'materji ta` natura ċivili kif jiddisponi l-Kodiċi ta` Organiżżazzjoni u Proċedura Ċivili. Fil-Qrati tal-Maġistrati ta` Ġudikatura Kriminali (Malta u Għawdex), hu l-Maġistrat illi meta tinqala l-ħtieġa jinnomina avukat biex jippatroċinja imputat jew akkużat. L- avukati li jiġu nominati biex jagħtu s-servizz tagħhom jitħallsu skond rata fissa.
Leg 9 PQ #3918 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' Snajja'

Question

Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb il-parti l-oħra tal-mistoqsija parlamentari numru 3641, jiġifieri x'inhi l-eta' ta' dawn it-tfal? Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu għal-lezzjonijiet jew kemm tfal fallew skola minn Settembru 'l hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eta' tvarja bejn il-faxxa ta' eta' għal skola sekondarja, u dik ta' apprendistat li ġieli tasal sa 18-il sena.
Leg 9 PQ #3919 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Prodotti li roħsu

Question

Jista' l-Ministru jagħti eżempju ta' prodotti li roħsu bl-introduzzjoni tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3496.
Leg 9 PQ #3956 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Liċenzji għal bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li għandhom liċenzja tal-bini?

Response (BORG, TONIO)

NItlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 25.01.99
Leg 9 PQ #3965 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ntalbu biex tinkera proprjeta' pubblika għal perijodu qasir biex jintrema ċirku li hemm il-Blata l-Bajda? X'inhu l-ammont ta' flus (kirja) li tħallas biex intrema ċirku fuq imsemmi? Fuq min saret it-talba biex jintrema dan iċ-ċirku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permess li ntalab lid-Dipartiment ta' l-Artijiet kien biex tinkera proprjeta' pubblika ġewwa Blata l-Bajda biex jintrama' ċirku. L-ammont ta' flus li tħallas kien ta' Lm3,200 u t-talba swiet minn Leisure and Theme Park Ltd u s-Sur Publius Said. 25.01.99
Leg 9 PQ #3701 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħsarat f'main ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif rapport ta' leakage ta' ħsarat f'main ta' ilma ħelu li ilu li ġie rrapportat iktar minn xahar ilu, fil-11 ta' Diċembru, għadu ma sar xejn fuqu u l-ilma għadu nieżel kull ħin jinħela? Jaf il-Ministru li l-familja li l-indirizz tagħha qed jintbagħat separatament u familji oħra għamlu rapporti simili fis-section tad-distrett f'Tar-Robba u ma sar xejn? X'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3702 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-bini — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu fis-snajja' tal-bini u l-konkrit? Kemm minnhom għandhom liċenzja tal-bini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm 5,481 persuna jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3703 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema livell waslu d-diskussjonijiet fuq il-wegħda ta' l-istipendji sħaħ? Ma' min qed isiru dawn id-diskussjonijiet? X'inhi d-definition ta' stipendji sħaħ? Meta jaħseb li din il-wegħda se tiġi attwata?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kummissjoni ta' stħarriġ dwar l-iskemi ta' l-istipendji (Students Stipend Scheme Commission) ġiet imwaqqfa f'Ottubru 1998 u kellha l-laqgħa preliminari tagħha fis-16 ta' Ottubru 1998. Il-Kummissjoni kellha laqgħat ta' konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta' l-istudenti ta' l-Universita' (KSU) u ta' l-istituzzjonijiet post-sekondarji kollha, privati u ta' l-istat konċernati. Saru wkoll laqgħat ma' rappreżentanti ta' korpi interessati. Barra dan il-Kummissjoni stiednet lill-korpi kostitwiti u l-pubbliku in ġenerali sabiex jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub rigward proposti u kummenti li jħossu li l-Kummissjoni għandha tikkonsidra. Issa l-Kummissjoni ġabret u qed tikkonsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti ta' l-istudenti ta' l-Universita', skejjel post-sekondarji u oħrajn li ntbagħtu kemm minn korpi kostitwiti kif ukoll minn xi persuni. Bħalissa l-Kummissjoni qed tiddelibera fuq l-istħarriġ li għamlet, skond it-termini li kienet ġiet mogħtija u li ġew ippubblikati. Il-Kummissjoni jonqosha tagħmel xi diskussjonijiet oħra inkluż ma' l-istudenti biex imbagħad tiffinalizza r-rapport tagħha.
Leg 9 PQ #3369 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri biex wieħed jagħmel reklamar fit-toroq bħal streamers, notice boards, billboards, eċċ? X'inhuma r-rati għal dawn? Ir-rati jinħarġu skond il-kobor jew skond il-lokalita' fejn ikunu tqegħdu? Hemm xi kriterji għal dawk li jistgħu jiġu eżentati milli jħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tip ta' reklamar li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti hu regolat permezz ta' l-Avviż Legali 171 ta' l-1993 - 'Ordni ta' l-1993 dwar Reklami'. Fost ħwejjeġ oħra l-Avviż Legali jelenka dawk it-tip ta' reklami li m'għandhomx bżonn permess u allura ma jsirx ħlas għalihom. Ninsab infurmat ukoll li r-rati ta' ħlas għal dan it-tip ta' reklamar hu regolat permezz ta' l-Avviż Legali 112 ta' l-1996 - 'Regolamenti ta' l-1996 dwar Rati ta' Taxxi dwar Żvilupp' (Kif amendati bl-Avviż Legali 138 ta' l-1997). Barra minn dawn, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-Policy and Design Guidance - Billboards and Signs, għandha l-linji gwida dwar is-suġġett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida. 18.01.99

Impjiegi — CSA's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kkonċernat daħħalx CSA's ġodda f'dawn l-aħħar xhur ta' amministrazzjoni? Jekk iva, fejn ġew imqabda jaħdmu? B'liema kriterji ġew magħżula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-bidu ta' din l-amministrazzjoni sal-lum daħlu jaħdmu C.S.A's ġodda b'kollox 34; 28 minn dawn qegħdin jaħdmu fil-komunita' biex b'hekk inqdew aktar anzjani li kienu qed jistennew is-servizz u anke jimlew il-post ta' 13-il C.S.A.'s l-oħra qed jagħtu s-servizz tagħhom hekk: l fid-Day Centres; 1 fil-Homes; 2 fid-Dipartiment; 1 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule; 1 fil-Blind Section. Il-kriterji kienu li daħlu dawk li jew kienu diġa C.S.A.'s jew inkella kienu ilhom li applikaw ħafna, saħansitra qabel 1995. Oħrajn daħlu fuq bażi ta' kompattibilta' mal-klijenti. 18.1.99
Leg 9 PQ #3371 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern bin-nies ta' Kalaxlokk jekk dawn ma jiġux ingaġġati ma' NOVITA'? Xi proposti hemm għal dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt waqt is-seduta tal-Ħamis 14 ta' Jannar 1999, mea weġibt il-Mistoqsija Parlamentari numru 2881 u d-domandi supplimentari relattivi, l-amministrazzjoni preżenti qed tagħmel l-almu tagħha biex tinstab soluzzjoni ta' xogħol produttiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk, ħaġa li l-Gvern Laburista jgħkien qata' qalbu li jagħmel.Jiena fiduċjuż li din is-soluzzjoni tinstab għas-sodisfazzjon ta' dawk kollha involuti.
Leg 9 PQ #3480 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Attard - Riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ta s-Sur Henry Frendo għar-riżenja tiegħu mill-Kunsill Lokali ta' H'Attard? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-ittra tar-riżenja fuq il-Mejda tal-Kamra li ta lill-kunsill?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali u l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tista` tinkiseb mill-Kunsill Lokali relattiv li lilu hija ndirizzata l-ittra msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #3641 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel kklassifikati tas-snajja' (Tal-Gvern)? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel? X'inhuma s-snajja' f'kull skola u kemm jattendu studenti? X'inhi l-eta' ta' dawn it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3642 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Terrapin

Question

Jaf il-Ministru li madwar l-bini ta'l-anzjani ġo Bormla hemm ħafna terrapien? Jaf il-Ministru li dan qed ikun ta'ostakolu sia għas-saħħa u sia minħabba l-iskomdu? Jista' l-Ministru jgħid meta dan se jitnaddaf speċjalment in-naħa ta' l-iskola?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar dan it-terrapien se jitnaddaf u l-parti tan-naħa ta' l-iskola se tingħata wiċċ konkrit.
Leg 9 PQ #3363 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista'l-Mnistru jgħid x'inhuwa n-numru ta' klandestini f'Malta? X'inhu jsir biex dawn jirritornaw lura pajjiżhom? Kemm qed jiswew lill-pajjiżna biex dawn jinżammu Malta? Kemm intnefqu flus fuq dawn in-nies f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 33 persuna li daħlu direttament Malta bħala klandestini. Dan in-numru ma jinkludix 51 barrani miżmuma mill-Armata li nġiebu Malta fuq vapur Russu fis-6 ta' Diċembru, 1998, u 31 barrani miżmuma mill-Pulizija li nġiebu Malta fuq vapur Libjan fit-28 ta' Diċembru, 1998. Meta barrani jinstab li jkun Malta klandestinament, l-ewwel li tagħmel il-Pulizija huwa li tipprova tistabillixi l-identita' u n-nazzjonalita', biex isir kuntatt ma' l-Ambaxxata konċernata sabiex ikun ripatrijat. Ikun hemm każi fejn jintalab status ta' refuġjat u għalhekk il-każ jiġi riferut lill-Uffiċċju ta' l-U.N.H.C.R. f'Malta. Rigward il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra. 14.01.99
Leg 9 PQ #3364 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Festin għar-residenti priġunieri żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex ma sarx il-festin għar-residenti priġunieri żgħażagħ? Għalfejn dan twaqqaf meta l-ftehim bejn il-voluntiera u l-ħabs għall-organizzazzjoni ta' l-attivita' sar tliet ġimgħat qabel id-data tal-festin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-festin li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti ma sarx minħabba malintiż ġenwin. 14.01.99
Leg 9 PQ #3365 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Ħwienet — Prodotti

Question

Jaf il-Ministru li hemm ħwienet li għollew il-prodotti u s-servizz b'iktar minn 15% VAT? X'inhu jagħmel il-gvern biex jikkontrolla u ma jsirx abbuż? Jekk jinstab li jkun sar abbuż, x'se tkun il-penali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li m`hemm ebda prodot jew servizz li minħabba l-introduzzjoni tal-VAT għandu jogħla b`iktar minn ħmistax fil-mija (15%). Dan għaliex taħt is-sistema tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) ħafna mill-prodotti importati kienu intaxxati b`wieħed u għoxrin fil-mija (21%), dawk li huma bil-levy b`ħamsa fil-mija (5%). Dan minbarra li wieħed irid jikkonsidra wkoll tax creep li ħafna prodotti u servizzi kellhom taħt is-sistema tas-CET minħabba li ma kienu jingħataw ebda refunds. Bħalissa għaddejja ħidma sħiħa mid-Dipartiment taħt il-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi biex issir sorveljanza fuq ċaqliq ta` prezzijiet. Id-dipartiment tal-VAT ukoll qed jibgħat għadd ta` spetturi fi ħwienet u tabbilimenti biex jaraw li kull ċaqliq fil-prezzijiet ikun ġustifikat u jkun jirrifletti r-rati l-ġodda ta` taxxa anke fejn il-prezzijiet suppost jorħsu.
Leg 9 PQ #3366 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal it-tħaffir u x-xogħol fuq il-proġett tat-tħaffir taż-żejt f'Għawdex fuq il-Bir Madonna taż-Żejt? Jista' l-Ministru jgħid humiex se jittieħdu xi deċiżjonijiet ġodda fuq it-tħaffir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-tħaffir tal-bir f'Kerċem wasal fond ta' madwar 7,650 metru u li minn hawn u ftit ġranet oħra l- karatteristiċi tal-blat ser jiġu rreġistrati u studjati biex wara jsiru l-provi ta' produzzjoni meħtieġa. Ir- riżultati ta' dawn il-provi mistennija jkunu magħrufa kmieni fi Frar. Deċiżjonijiet dwar it-tħaffir jittieħdu kuljum, dejjem skond il-programm ta' tħaffir u l-eżiġenzi tax-xogħol.
Leg 9 PQ #3367 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Att dwar l-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki, gradi u x'xogħol se jagħmlu f'Malta dawk in-nies li ħarġilhom permess biex joqogħdu Malta skond l-artikolu 7 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217) Nru. 951 li dehret fuq il-gazzetta tal-Gvern ta' Malta bin-numru 9186?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dawk il-barranin li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanti huma persuni li għandhom permess biex joqogħdu Malta (residence permit holders). Dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu hawn Malta. 14.01.99
Leg 9 PQ #2908 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Adelide Cini - Għalliema tal-Chemistry

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iskola ta' Adelide Cini, Ħamrun m'hemmx għalliema tal-Chemistry tgħallem fil-Form 3? Meta jaħseb li se terġa' tmur l-għalliema? Kemm hemm skejjel li għandhom għalliema nieqsa? Ta' liema huma s-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Adelaide Ċini ma hemmx għalliema nieqsa. Skejjel fejn hemm għalliema nieqsa hemm 7, u s-suġġetti huma Computer, Physics, PSE, Music, Home Economics, Business Studies.