Jista' l-Ministru jgħid kif għadha ma ssewwietx il-ħsara fl-elettriku fl-Iskola ta' Adelaide Cini, fil-Ħamrun? Jaf il-Ministru li ħafna mil-lezzjonijiet bħal dawk tal-computer u tal-Home Economics u użu ta' laboratorju, eċċ qed jiġu mħassra? X'sar wara r-rapporti li għamlu għalliema u oħrajn? X'inhi proprju l-ħsara? X'se jagħmel il-gvern biex din l-iskola tibqa' għaddejja bit-tagħlim?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-ħsara msemmija hija parti mis-sistema interna ta' l-iskola u għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta.
Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv - Bormla
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' familja minn Bormla bil-File No. H.0311 li ilhom jitolbu għal post alternattiv għal dawn l-aħħar 40 sena? Jista' l-Ministru jibgħat għal din il-familja biex jikkonferma t-talba ta' dawn l-anzjani in vista tal-fatt li dawn lanqas jistgħu jinżlu t-taraġ minħabba diżabilita' kaġun ta' problemi ta' mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ tal-familja ndikata qed jiġi kkunsidrat, fil-fatt id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġa offrilhom żewġ postijiet fil-pjan terran, kif jgħidu li għandhom bżonn, iżda rrifjutawhom għax kienu fil-lokal li joqgħodu huma stess, ġewwa Bormla.
29.3.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4862, qed nibgħat id-dettalji separatament.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna li għaliha qiegħda tirreferi ġiet ikkuntattjata bit-telefon u din spjegat li l-problema tagħha ma kelliex x'taqsam mal-farmaċija iżda mar-riċetta. Hija qalet li għalkemm fuq il-kartuna s-safra kien hemm imniżżel Fludrocortisone 100 micrograms darbtejn kuljum jiġifieri sittin pillola fix-xahar, ir-riċetta kienet qed tinkiteb għal tletin fix-xahar. Din il-persuna ngħatat parir li tikkjarifika din il-kwistjoni mat-tabib li qed jagħmlilha ir-riċetta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern minn Settembru sal-lum, fuq safar, kuntatti u oħrajn, biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea? Liema huma l-pajjiżi kkonċernati?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni bi tweġiba għal din il-Mistoqsija, u għal dik simili Numru 5057, qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti stampa ċara ta' uniformijiet ta' midwives u li nsterqu dan l-aħħar? Fejn kienu jinżammu dawn l-uniformijiet? Kif kienu merfugħa u min kien iżomm iċ-ċwievet jew b'liema mod kienu jinżammu? Min kien responsabbli ta' dawn l-uniformijiet? X'passi se jittieħdu? Kemm kienu jiswew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandha l-ebda rapport li nsterqu xi uniformijiet tal-'midwives'.
Jista' l-Ministru jgħid lil min ġie allokat il-post battal tal-gvern bin-numru 11, Triq l-Iljun, f'Bormla? Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha punti l-familja li ġiet allokata dan il-post? Kemm għandhom tfal? Fejn kienu joqogħdu qabel u x'għamlu bil-post li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-post 11, Triq l-lljun, Bormla mhux f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
22.3.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5412, jista' l-Ministru jgħid il-post Flat 2, Blk F, Triq tal-Ħawli, Birgu li ġiet battal minn żewġ anzjani li mietu snin ilu, minn min ġie okkupat? Kif jista' jispjega l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi persuni oħra jabitaw f'dan il-flat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fil-post hemm joqgħod in-neputi tal-inkwilini li mietu. Hu qed jitlob rikonoxximent iżda t-talba tiegħu għadha qed tiġi investigata.
22.3.99
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti, konvenju jew pjanti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra, li qed jiġu mħejjija bejn il-konsorzju u l-Gvern fuq l-art li tinsab fil-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5625.
Wara li l-Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħareġ policy u proċedura fuq pariri ta' diversi djoċesi, jista' l-Ministru jgħid kemm u f'liema snin ġew irrapportati każi li f'dawn l-aħħar 15-il sena kien hemm saċerdoti, reliġjużi, persuni kkonsagrati jew lajċi mpenjati, kemm dawk impjegati kif ukoll dawk voluntiera, li kienu rrapportati b'xi forma ta' allegazzjoni ta' abbuż sesswali waqt il-ħidma pastorali tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanti.
22.03.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex studjat l-impatt ambjentali qabel twaħħal l-extractor fuq il-bejt tal-poliklinika l-ġdida ta' Bormla peress li l-extractor huwa ta' kobor mhux inqas minn 5 piedi b'5 piedi u 'l bogħod 12-il pied minn djar tar-residenti?
Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni għal dan ix-xogħol? Kien hemm il-permessi kollha qabel twaħħal? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-permess mill-Planning Authority?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Intepellant li l-apparat li hemm fuq il-bejt taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla mhux 'extractor' imma 'chiller' tas-sistema ta' l-arja kondizzjonata ċentrali taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Ma sar l-ebda studju speċifiku dwar l-impatt ambjentali minħabba illi skond l-opinjoni tat-tekniċi nkarigati mill-proġett jekk jirriżulta għar-resindenti tal-madwar xi nkonvenjent dwar xi ħsejjes, dan jista' jiġi rrimedjat billi jsirlu 'acoustic enclosure'. L-arja sħuna li toħroġ tintrema il-fuq.
Il-proġett kollu li sar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla kien taħt id-direzzjoni ta' uffiċjali tekniċi, periti u inġiniera privati inkarigati mid-Dipartiment għal dan il-proġett.
Il-bini huwa kopert mill-permess tal-Planning Authority numru PA 3230/96 li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu fid-Dockyard, Shipbuilding u l-Freeport fulltime u part-time?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Ħaddiema fuq bażi full-time
Malta Drydocks 2994 irġiel u 47 nisa
Malta Shipbuilding 826 irġiel u 5 nisa
Malta Freeport 513 irġiel u 40 nisa
F'dawn l-azjendi m'hemmx ħaddiema, kemm irġiel kif ukoll nisa, impjegati fuq bażi part-time.
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti, konvenju jew pjanti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra, li qed jiġu mħejjija bejn il-konsorzju u l-Gvern fuq l-art li tinsab fil-Birgu?
Response (BORG, TONIO)
Il-proġett li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
15.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kif fi Triq San Mark u Irish Street f'Bormla ma sarux lampi fihom? Peress li dawn ġew rapportati kemm-il darba u għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jara għalfejn dan id-dewmien peress li r-residenti ta' dawn it-toroq huma anzjani u għandhom ħafna taraġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultax li hemm pendenti talbiet għal lampi ġodda fit-toroq imsemmija. Rigward ħsarat, il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-10 ta' Marzu 1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li interviews li kellhom isiru biex jidħlu nies fil-Freeport f'Marzu, 1999 tħassru? Kemm kien hemm ħsieb li jidħlu ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intervisti li għalihom qed jirreferi ma ġewx imħassra iżda posposti.
Ma naħsibx li f'dan l-istadju wieħed għandu jagħti dettalji dwar numru ta' ħaddiema meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid il-post Flat 2 Blk 7 Triq Tal-Ħawli, Birgu li ġie battal minn żewġ anzjani li mietu snin ilu, minn min ġie okkupat? Kif jista' jispjega l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi persuni oħra jabitaw f'dan il-flat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fl-estate tal-Ħawli, l-Birgu ma hemm l-ebda Blokk bin-numru 7.
15.3.99