B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6845 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kif u fejn se tpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera? Jekk dan se jsir, tista' tgħidli meta ġew informati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern bi ħsiebu jimxi skond il-poteri mogħtija lilu mill-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tmur tagħmel viżita lill-psikoloġista għandux dritt li jitlob irċevuta fiskali talli ħallas Lm55, għaliex dan minflok kitiblu biċċa karta flok l-irċevuta fiskali? Il-gvern għandu nies apposta li josservaw dan l-abbuż fi ħwienet u postijiet oħrajn simili? Jekk iva, kemm inqabdu persuni li abbużaw b'din l-irċevuta fiskali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-hrug ta` rcevuta fiskali huwa l-obbligu tal-persuna li taghmel il-provvista. Fil-kaz ta` professjonist l-ircevuta ghandha tinhareg minnufih wara li jsir il-hlas. Jekk persuna ma` tinghatax ircevuta fiskali, tista` tinforma lid-dipartiment anke b` mod kunfidenzjali, biex jittiehdu l-passi mehtiega.
L-ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT kontinwament jaghmlu zjarat u spezzjonijiet fi hwienet u postijiet ohra tan-negozju. Bejn l-1 ta`
Jannar u t-30 t` April ta` din is-sena, saru 2,470 spezzjoni u żjarat ohra
f` postijiet ta` negozju u kien hemm 208 kazi li gew referuti biex jittiehdu passi bil-Qorti dwar nuqqas ta` hrug ta` rcevuti fiskali.
Tabella dettaljata tal-visti li saru f` dawn ix-xhur hi annessa hawn taht:
Xahar Spezzjoni ghal- Visti ta` Verifika ta` Kazi riferuti
gharrieda Sorveljanza Ricevuti l-Qorti
Jannar 119 50 108 12
Frar 565 99 80 61
Marzu 515 94 49 59
April 481 228 82 76
TOTALI 1,680 471 319 208
Jista' l-Ministru jgħid x'suppost hu x-xogħol tan-nurses li huma mpjegati fl-iskejjel speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond is-sejħiet għall-applikazzjoni għall-postijiet ta' Supervisory Nurses (Staff Nurse Grade II) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar tal-1991 u dik tal-5 ta' Marzu tal-1993, id-dmirijiet tan-nurses li huma impjegati fl-iskejjel speċjali huma dawn:
1. Tieħu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet
speċjali fl-iskejjel Speċjali matul is-sena skolastika u
fis-summer camps.
2. Tgħin lill-uffiċjali mediċi fil-viżiti tagħhom fl-Iskejjel
Primarji u Ċentri tal-Kindergartens waqt check-ups mediċi.
Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sussidju li qed jingħata issa fuq id-dqiq lill-furnara fuq il-ħobża Maltija jibqa' jingħata jekk Malta tissieħeb fl-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Hemm il-ħsieb li s-sistema ta` sussidju tiġi riveduta b`mod li jiġu mħarsa l-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, inklużi dawk ta` Malta fil-kuntest ta` sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu fl-Adult Training Centre għandhomx il-kwalifiki meħtieġa biex iħarġu kif għandu jkun persuna b'diżabilita' adult? Xi kwalifiki għandhom? Kemm għandna ħaddiema trainers? F'liema istituzzjoni jinsabu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99
Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru biex jiġu salvagwardati l-attrezzi ta' żmien il-kavallieri li hemm mgħarrqa fil-port tal-Kottonera, fejn hemm maħsub li jsir il-proġett ta' Kottonera? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma sar l-ebda studju f'dan ir-rigward la issa u lanqas qabel iżda l-Konsorzju li se jiżviluppa l-Marina huwa marbut li ma jagħmel xejn li jista' jikkawża xi ħsarat f'xi attrezzi li jista' jkun hemm mgħarrqa f'din il-parti tal-Port. L-iżvilupp li jsir għandu jkun b'tali mod u manjiera li anke dan l-istudju jkun jista' jsir anke fil-futur.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk inbidilx xi ħaġa mid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rigward il-Proġett tal-Kottonera, f'termini tal-kondizzjonijiet? Jekk iva, jista' l-Ministru jinforma lill-membri tal-Kamra billi jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kuntratt propost bil-'Land Drawings' annessi. Ma sar ebda tibdil f'dawn id-dokumenti li fil-fatt kienu diskussi bl-aktar mod akkurat mill-Public Accounts Committee.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sejjaħx laqgħat mal-kunsilli lokali tal-Kottonera biex jiddiskutu flimkien il-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, meta sar dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jiena ltqajt mal-Kunsilli Lokali konċernati b'dan l-iżvilupp kif hawn taħt elenkat biex niddiskuti il-Proġett tal-Kottonera:
KUNSILL LOKALI BORMLA
---------------------
Il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998
L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999
Il-Ħamis 8 ta' April 1999
KUNSILL LOKALI BIRGU
--------------------
L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999
KUNSILL LOKALI ISLA
-------------------
L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999
KUNSILL LOKALI KALKARA
----------------------
Il-Ġimgħa 5 ta' Marzu 1999
Il-Ġimgħa 14 ta' Mejju 1999
Jien għamilt ukoll preżentazzjoni għall-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, u l-Isla nhar il-Ħamis 22 ta' April 1999.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji qed isiru biex jiġi salvagwardat bini u wirt arkitettoniku u storiku importanti li hemm fil-Kottonera u li se jintlaqat bil-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kull żvilupp li ser isir huwa rregolat bil-liġijiet u proċeduri normali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bħal f'kull każ anke jekk l-iżvilupp ikun se jsir minn naħa tal-Gvern irid jiġi sottomess lill-istess Awtorita'. Parti minn dan il-proċess huwa li jiġu sottomessi d-dettalji kollha, l-istudji kollha li jkunu saru kif ukoll il-metodu li jkun ser jintuża fir-restawr. Il-Konsorzjum huma marbutin li jagħmlu dan kollu u għalhekk ma nassumix li hemm xi problema f'dan ir-rigward. Barra minn dan, it-Taqsima tax-Xogħlijiet se żżomm għajnejha ukoll fuq dak li jkun qiegħed isir.
Jista' l-Ministru jgħid kif u fejn se jpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera? Jekk dan se jsir, jista' l-Ministru jgħidli meta ġew informati?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
17.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għall-ħlas tal-local wardens fil-kunsilli lokali, jekk hux il-gvern jew l-istess kunsilli tal-lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-servizz tal-Gwardjani Lokali ghall-infurzar tal-ligijiet mill-Kunsilli Lokali se jkun wiehed ikkuntrattat bhas-servizzi l-ohra li jaghtul-Kunsilli.
Ghaldaqstant il-hlas ta` dan is-servizz se jsir mill-Kunsilli Lokali filwaqt li minn naha taghhom, l-Kunsillise jzommu l-hlasijiet tal-penalitajiet li jirrizultaw mill-kontravenzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Bord ta' l-NEA dam daqshekk wieqaf? Jista' jgħid meta se jiġi mwaqqaf dan il-Bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħatra tal-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, bl-eċċezzjoni ta' membru indipendenti wieħed, skadiet għall-aħħar ta' Jannar ta' din is-sena u għalhekk il-Bord ma setax jiltaqa'.
Wara li saret il-konsultazzjoni meħtieġa mar-rappreżentanti ta' min iħaddem u mal-'Unions' kif ukoll wara li ġew avviċinati persuni dwar il-possibilta' li jinħatru bħala membri indipendenti, saru r-rakkomandazzjonijiet neċessarji u għalhekk nittama li l-Bord ikun jista' jinħatar dalwaqt.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kif klijent li mar jixtri mediċina nhar is-Sibt, 1 ta' Mejju mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa ma ngħatax riċevuta għal mediċina li xtara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Hemm bżonn ta' iktar dettalji sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw dan il-każ. Id-dettalji meħtieġa huma:
1. L-isem tal-pazjent
2. L-isem tal-mediċina
3. Il-ħin li mar l-ispiżerija
Nitlob lill-Onor. Interpellant jaddhili d-dettalji anke privatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inspectors ta' l-ETC f'Malta u Għawdex? X'inhi l-basic wage tagħhom fix-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC għandha 9 inspectors; 7 minn dawn għandhom il-paga bażika ta' Lm331.12 kull erba' ġimgħat, filwaqt li 2 oħra għandhom il-paga bażika ta' Lm305.84 kull erba' ġimgħat.
10.5.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6392?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li t-tniġġiż fil-bajja tax-Xgħajra, Malta, huwa dovut għall-ħsarat li bħalissa hemm fis-'submarine pipeline' li hemm fl-inħawi ta' Wied Għammieq u li minnu jinfirex id-drenaġġ fil-baħar. Dan il-pipe huwa twil madwar 700m u fl-aħħar 200m għandu 'diffusers' li suppost iservu biex id-drenaġġ jinfirex b'mod uniformi fil-baħar.
Tender biex jissewwa dan il-pipe diġa' nħareġ u ngħata iżda waqt li kien qed isir ix-xogħol instab li l-ħsarat kienu aktar minn dawk maħsuba. B'konsegwenza ta' dan, ix-xogħol fuq it-tiswija ta' dan il-pipe huwa bħalissa wieqaf u parti mill-pipe (madwar 5m) li ttellgħet biex tinbidel, issa hija nieqsa. Dan qed iwassal biex bħalissa d-drenaġġ ħiereġ kollu f'post wieħed, (madwar 500m) mix-xatt, u meta l-kurrenti fil-baħar ikunu sfavorevoli, dan jispiċċa kollu max-xatt.
Bħalissa qed isiru taħdidiet biex tiġi solvuta din il-problema mill-aktar fis.
Barra minn hekk, fi żmien tnejn jew tliet snin oħra, f'Wied Għammieq għandu jkun lest impjant tat-tisfija tad-drenaġġ biex b'hekk id-drenaġġ kollu li sa llum qed jintrema l-baħar jiġi msoffi.
Jista' l-Ministru jara kif f'sala St. Joseph Numru 14, f'St Vincent de Paule tittieħed attenzjoni peress li qed ikun hemm ħafna tgergir minħabba rwejjaħ u ħmieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dawn il-ġranet (05.05.99) żviluppat ħsara fis-sistema tad-drenaġġ ħdejn is-sala St. Joseph Numru 14. Ittieħdu passi mmedjati sabiex din il-ħsara tiġi rranġata.
Ma jirriżultax li hemm ħmieġ fl-istess sala.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk it-toroq li saru bit-tarmak u kemm hemm ippjanat li se jsiru għal din is-sena fl-irħula tal-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, Kalkara, St Peter's (il-parti mat-Tieni Distrett)?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk it-toroq li saru bit-tarmac mill-gvern ċentrali u kemm hu ppjanat li se jsiru għal din is-sena fl-irħula tal-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, Kalkara u St. Peter's, il-parti mat-Tieni Distrett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6583?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar in-numru totali ta' vetturi 'impressed' li hemm fis-settur pubbliku, nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 6345.
Dwar in-numru ta' vetturi u inġenji li għandu l-Gvern preżentement u kemm minn dawn għandhom aktar minn għoxrin (20) sena, l-Onor. Membru tapprezza li l-informazzjoni li nista' nagħti hija dwar il-pożizzjoni attwali fid-dekasteru tiegħi. Fil-fatt, fid-Dipartimenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, hemm seba' u ħamsin (57) vettura/inġenji tal-Gvern li l-ebda waħda minnhom m'għandha aktar minn għoxrin sena.
10.5.99