Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq ta' Triq il-Mitħna u Triq Polverista f'Bormla humiex se jingħataw kisja tat-tarmac?
Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li dawn it-toroq huma diġa asfaltati `r-resurfacing` tagħhom irid isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-istudenti li attendew għal eżamijiet tal-Junior Lyceum?
Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien?
Kemm kienu tfal li għaddew minn kollox? (Min kull eżami)
Kemm kien hemm min weħal minn suġġett wieħed?
Mil-liema lokal b'lokal kienu t-tfal li għaddew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din l-istatistika kollha se tkun fir-rapport li se jiġi pubblikat fil-futur qrib u li kopja tiegħu titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-iskop li fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta li qegħda tittella' bħalissa fin-Naxxar qed jingħata spazju kbir għal stand ta' l-Unjoni Ewropea u stand fuq il-gżira ta' Malta ssib ftit li xejn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Gvern iddeċieda li din is-sena l-Padiljun ta' Malta fil-Fiera Internazzjonali fin-Naxxar bit-tema Il-Pass li jmiss, għandu jippromwovi l-ħidma li għamlet u qed tagħmel Malta li għandha twassal għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid lil min se jingħataw il-fondi li qegħdin jiġu esproprjati bin-numri 20 sa 23 fi Srejdek Lane, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett li rreferit għalih l-Onor. Interpellant huwa parti mis-'Slum Clearance Projects' li qed isiru f'Bormla. Meta dawn il-Units ikunu lesti, tintuża l-istess proċedura li ntużat sa issa f'każijiet simili sabiex dawn jiġu allokati.
30.06.99
Contracting states — Konvenzjonijiet internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8150?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Civili fis-Sekwestru Internazzjonali ta` Minuri iffirmata f`L-Ajja fil-25 ta` Ottubru, 1980 hija fis-sehh bħala riżultat ta` ratifika, accettazzjoni jew approvazzjoni għal dawn il-pajjiżi:
Argentina, Awstralja, Awstrija, Belgju, Bosnia u Herzegovina, Kanada, Cina għar-rigward biss tar-Regjun Amministrattiv Specjali ta` Hong Kong, Kroazja, Republika Ceka, Danimarka (eskluzi l-Gzejjer Faroe u Grinlandja), Fillandja, dik li qabel kienet ir-Republika Jugoslava tal-Macedonia, Franza, Germanja, Grecja, Irlanda, Izrael, Italja, Lussemburgu, l-Olanda, ir-Norvegja, l-Portugall, Macau, Spanja, Svezja, Svizzera, r-Renju Unit, L-Isle of Man, l-Gzejjer tal-Cajman, il-Gzejjer tal-Falkland, Montserrat, Bermuda, l-Istati Uniti ta` l-Amerka, Venezwela.
L-istess Konvenzjoni tapplika wkoll bejn certi pajjizi u l-pajjizi li gejjin b`irzultat ta` adezjoni mal-Konvenzjoni:
Bahamas, Belarus, Belize, Burkina Faso, Cili, Colombia, Costa Rica, Cipru, Ekwador, Giorgia, Onduras, Ungerija, Islanda, Mauritius, Messiku, r-Republika tal-Moldova, Monaco, Nuova Zelandja, Panama, Paragwaj, Polonja, Rumanija, San Kitts u Nevis, Slovenja, Sud Afrika, Turkmenistan, Zimbabwe.
Peress li s-sitwazzjoni tinbidel minn zmien ghal zmien ghandu jinghad li l-informazzjoni msemmija turi l-qaghda fl-10 ta` Frar, 1999.
Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali — Pajjiżi barranin
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8151?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li Malta għadha ma rratifikatx il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti ma jistax ikun hemm `applikazzjonijiet` minn pajjizi barranin skond l-istess konvenzjonijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7582 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tara li x-xogħol li ilu għaddej għal ħafna xhur fl-erba' toroq li jdawru d-dar ta' l-anzjani f'Bormla jitlesta mill-aktar fis possibbli? Jaf il-Ministru li t-tfal li jmorru l-iskola fl-istess triq tad-dar: 1) jgħaddu minn fuq ħafna trabijiet; 2) qed ikollhom jgħaddu minn fuq twavel ta' l-injam biex joħorġu mid-djar? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet prattikament tlestew iżda minħabba li żdiedu ħafna xogħlijiet li me kenux previsti, ċioe li jsiru servizzi ġodda ta' l-ilma u drenaġġ mhux għad-dar ta' l-anzjani biss iżda għar-residenti ta' l-imsemmija erba' toroq kif ukoll għar-residenti ta' toroq oħra fil-viċinanzi, iż-żmien kellu jitwal.
Ix-xogħlijiet għadhom biss qed isiru fi triq waħda u mhux f'erba' toroq, ċioe fi Triq il-Konservatorju.
It-trabijiet fi Pjazza Santa Margerita huma kaġun ta' alterazzjonijiet fil-landscaping u formazzjoni ta' livelli ta' toroq ġodda li qed isir minn dipartiment ieħor.
It-twavel imsemmija saru biss għal circa tlett ijiem biex jgħinu lin-nies joħorġu minn darhom u dan waqt li kienu qed isiru xogħlijiet fuq servizzi ta' ilma ġodda għal dawn l-istess residenti kif indikat aktar 'il fuq.
Qed isir kull sforz biex jitlesta dan ix-xogħol mill-aktar fis possibbli u għalhekk qed isiru anke xogħlijiet tard fil-għaxija biex ikun jista' jitlesta x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel bil-bini tal-gvern li preżentement qiegħed jitwaqqa' bin-numri minn 16 sa 23 ta' Srejdek Lane, Bormla? Għaliex qed jitwaqqa'? Lil min se jingħata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fondi li qegħdin jiġu esproprijati fi Srejdek Lane, Bormla, huma dawk minn numri 20 sa n-numru 23. Dawk qegħdin jitwaqqgħu minħabba proġett ta' Slum Clearance.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferiha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7765?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ħa l-miżuri kollha biex jindaga dwar prodotti ta` bajd li setgħu daħlu mill-Belġju hekk kif ħarġet l-aħbar tal-kontaminazzjoni bid-Dioxin. Il-proċeduri kollha meħuda kienu bħal dawk meħuda f`pajjiżi oħra u kif ħabbret il-Kummissjoni ta` l-Unjoni Ewropeja skond id-deċiżjonijiet (1999/363/EC) tat-3 ta` Ġunju 1999 u (1999/368/EC) ta` l-4 ta` b'(1999/389/EC) u (1999/390/EC) tal-11 ta` Ġunju 1999.
L-importazzjoni kollha ta` il-prodotti ta` l-ikel li oriġinaw mill-Belġju ġiet imwaqqfa kif ukoll l-importaturi tal-prodotti mill-Belġju ġew spezzjonati biex b'hekk jiġi ntraċċat fejn il-prodotti li kienu importati, inbiegħu. L-Ispetturi tas-Saħħa daru l-istabbilimenti kollha ta` l-ikel, aġenti u importaturi biex b'hekk kull prodott li seta ġie, jew kien espost għal bejgħ, ġie issiġillat. Dawn l-oġetti issiġillati tħallew fuq il-post fejn instabu sakemm tittieħed deċiżjoni skond iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet Belġjani. Spezzjonijiet ulterjuri baqgħu u ser jibqgħu isiru biex jiġi assigurat li l-ebda prodott simili ma jiġi espost għal bejgħ.
Fir-rigward ta` l-ammonti ta` prodotti, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, din l-informazzjoni tingħata aktar tard, minħabba li għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-gvern biex jiġbor mill-ħwienet Maltin tiġieġ u bajd li daħlu mill-Belġju kkontaminati ħalli ma jinxtrawx f'pajjiżna? X'miżuri ħa d-Dipartiment tas-Saħħa pubblika? Fejn tpoġġew dawk il-prodotti li nġabru? X'sar minnhom? X'follow-up qed isir biex jiġi aċċertat li ma fadalx prodotti għall-bejgħ? Kemm inġabru tiġieġ? Kemm inġabru bajd u prodotti oħrajn?
Contracting States — Konvenzjonijiet internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Contracting States li jipprattikaw iż-żewġ konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu rispettivament ma' l-aspetti ċivili ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-risposta tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.
Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali — Pajjiżi barranin
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kwmm saru applikazzjonijiet minn pajjiżi barranin jistennew biex ikollhom l-Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali għal sekwestru ta' minuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li Malta ghadha ma rratifikatx il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti ma jistax ikun hemm `applikazzjonijiet` minn pajjizi barranin skond l-istess konvenzjonijiet. Ma hux eskluz li seta` kien hemm indagnijiet minn xi pajjizi barranin li ghalihom setghet tapplika waħda mill-konvenzjonijiet imsemmija iżda fil-mument ma tinżammx statistika ta` dawn.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-MDC ta' Villa Portelli fil-Kalkara hux se tiċċaqlaq minn hemmhekk?
Jekk iva, x'se jsir mill-bini u lil min se jingħata? Għalfejn? Fejn se jmur l-istaff ta' l-MDC?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Malta Development Corporation ma ħadet ebda deċiżjoni f'dan is-sens.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim biex il-kunvent tas-sorijiet tal-Birgu jeħdux il-gvern?
Jekk iva, x'se jsir mill-bini? Jista' jgħid jekk hux se jingħata lil xi ħadd?
Response (BORG, TONIO)
Peress li fil-Birgu hemm aktar minn kunvent wieħed tas-sorijiet, nitlob lill-Onor. Interpellanti tindikali għal liema kunvent qed tirreferi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni dwar il-kulur taż-żebgħa li għadha kemm ingħatat lid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Ma jaħsibx li dan il-kulur mhux adattat mal-bqija tal-bini ta' l-inħawi u qed jagħmel kuntrast kbir? Il-Ministru se jieħu passi biex dan il-kulur jinbidel f'wieħed aktar xieraq? Kemm intnefqu flus fuq dan it-tibjid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li għadni kif tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 7445. Ix-xogħol ta' żebgħa u tibjid tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla ngħata b'tender u peress li x-xogħol għadu għaddej mhux possibbli li wieħed jgħid kemm se tkun l-ispiża finali.
15.6.99