Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9075 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwiex qed jirrikorri għal tagħrif miġbur mill-banek kummerċjali fl-investigazzjonijiet tiegħu dwar returns tat-taxxi ta' taxpayers ta' individwi jew negozjanti żgħar?

Response (DALLI, JOHN)

Il-banek huma obbligati skond l-Atti dwar it-Taxxi li jagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni id-dettalji kollha ta` l-imgħaxijiet imħallsa minnhom fejn it-taxxa ta` 15 fil-mija ma tkunx tnaqqset. Id-dipartiment juża din l-informazzjoni għall-iskopijiet tiegħu skond il-liġi irrispettivament mit-tip ta` taxpayer jew indivdwu.
Leg 9 PQ #9076 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera — Kumitat ta' Rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Rehabilitation Committee tal-Cottonera huwiex qed jiltaqa'? Jekk fl-affermattiv, kull meta ltaqa' u fejn? Meta ltaqa' l-aħħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern għadu kif ħatar iċ-Chairman u l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, u fil-ġranet li ġejjin se jgħajjat l-ewwel laqgħa ta' l-istess Kumitat. Sadanittant il-Gvern ħatar il-Kordinatur Eżekuttiv ta' l-istess proġett li qed jiltaqa' regolarment mal-Kunsilli Lokali ta' l-inħawi.
Leg 9 PQ #8879 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Isla — Arloġġ fil-venda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8676 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, ċioe' minħabba l-użu li għandu arloġġ f'venda tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li hemm fil-venda ta' l-Isla jissewwa għax ilu bil-ħsara għal ħafna xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hi mitluba tindirizza d-domanda tagħha lill-Onor. Ministru responsabbli għat-tiswija tal-arloġġi fil-venda tal-karozzi tal-linja.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7907 li oriġinarjament saret lilu u lill-Ministru ta' l-Intern li tagħha qed tintbagħat kopja separatament, ċioe' jgħid lil min se jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari li saret lili kienet iġġib in-numru 8255 u mhux 7907. Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta oriġinali peress li jidhirli li r-risposta li tajt tkopri kull parti tad-domanda oriġinali. 19.7.99
Leg 9 PQ #8883 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Substation

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8675?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-substation li hemm f'Misraħ il-Vittorja, l-Isla jeżisti għal aktar minn tletin sena u bħalu jeżistu ħafna oħra. Mhux faċli jinstab post iżolat fil-qrib fejn tista' ssir rilokazzjoni u għaldaqstant huwa diffiċli li s-substation preżenti tiġi spustata.
Leg 9 PQ #9048 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq Mahatma Gandhi - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8780?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ser tieħu passi biex l-arblu msemmi ma jitħalliex fil-pożizzjoni attwali, għalkemm ta' min jinnota li l-bankina fejn jinsab l-arblu hija kemmxejn dejqa.
Leg 9 PQ #9049 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Attard — Notabile Road - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal deċiżjoni li s-siġar li kien hemm fir-roundabout f'Notabile Road, Attard, "quddiem il-pompa tal-petrol" li tqaċtu minflok ġew maqlugħa u miżruha post ieħor?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kien talab id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura biex jieħu ħsieb li s-siġar fis-`central strip` jitneħħew. Id-deċiżjoni dwar x`għandu jsir minn dawn is-siġar ittieħdet mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura.

Persuni b'diżabilita' — Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk teżistix l-iskema li permezz tagħha persuni b'diżabilita' jingħataw donazzjoni sabiex jixtru xi equipment għall-użu tagħhom? Jekk fl-affermattiv, kemm hu d-daqs tad-donazzjoni u minn min jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuni b'diżabilita' jistgħu jibbenefikaw minn Servizz magħruf bħala Servizz Għajnuniet Speċjali biex jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja biex jixtru apparat li jgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti. Dan is-Servizz hu mmexxi mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u dettalji dwaru tista' tinkiseb minn: a) risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7669 b) risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2262 c) il-ktejjeb Servizzi u Binefiċċji għall-Persuni b'Diżabilita' paġni 29-30 li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-riferenza faċli. Kien hemm tibdiliet żgħar riċenti f'dan is-servizz fl-għajnuna finanzjarja li tingħata għall-kompjuters. Is-somma massima għall-kompjuters issa hi ta' Lm250. F'każijiet fejn hemm il-ħtieġa ta' aċċessorji għall-kompjuter minħabba d-diżabilita' tal-applikant din tista' titla' sa Lm500. 19.7.99
Leg 9 PQ #8762 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq is-Sur - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8492?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra, tajjeb jingħad li hemm numru ta' talbiet simili fl-istess lokal.
Leg 9 PQ #8780 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Interim From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq Mahatma Gandhi - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li tpoġġa fuq bankina fi Triq Mahatma Gandhi, fil-Fgura quddiem il-Blokk C6 jitressaq fil-ġemb peress li kif se jiġi se jkun ta' ostaklu għal passiġġier u min ikun għaddej b'wheelchair jew pushchair mhux se jkollu minn fejn jgħaddi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8806 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8490?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija numru 8490 diġa' ġiet imwieġba f'Seduta numru 130.
Leg 9 PQ #8674 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ingilterra — Malta House

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża biex infetħet il-Malta House fl-Ingilterra dan l-aħħar? Kif ġiet inawgurata u min kien preżent għal ftuħ?

Response (BORG, JOE)

Il-Malta House kienet infetħet f`Ġunju 1995 u ~dan l-ahhar~ ma kien hemm l-ebda inawgurazzjoni jew ftuħ ieħor konness mal-Malta House fl-Ingilterra.
Leg 9 PQ #8675 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Substation

Question

Minħabba d-diżastru li jista' jsir jekk ikun hemm aċċident f'xi substation, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsib alternattiva oħra għal substation li hemm fl-Isla, li tinsab fi blokk ta' bini tal-gvern fis-sular t'isfel ma' ħames familji? Għandu xi pjanijiet il-Ministru biex din titneħħa? Jekk iva, fejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8676 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Isla — Arloġġ fil-venda

Question

Minħabba l-użu li għandu arloġġ f'venda tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li hemm fil-venda ta' l-Isla jissewwa għax ilu bil-ħsara għal ħafna xhur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-arloġġ imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u ma jagħmilx parti mill-venda tal- karrozzi tal-linja.

Djar — Benefikar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma min jibbenefika min xi skema tal-Housing Authority "biex jirranġaw id-dar tagħhom", ma togħlilhomx il-kera wara li jkun sar ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għotja għal xogħol ta' rranġar f'djar privata jew tal-Gvern okkupati mill-inkwilini titħallas mill-Awtorita' tad-Djar lill-inkwilini. B'hekk is-sid jew il-Gvern ma jinkorri ebda piz finanzjarju. Għaldaqstant din l-għajnuna ma taffettwax l-ammont tal-kera mħallsa mill-applikant. 12.7.99
Leg 9 PQ #8761 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Imtieħen

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8487?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-mitħna ta' Triq San Ġwann Bormla ser tiġi restawrata mill-'Cottonera Rehabilitation Project' u bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan ix-xogħol jinbeda. Ma hemmx il-ħsieb li din tinfetaħ għall-pubbliku għax hija mikrija lill-privat. Għar-rigward tal-mitħna fi Triq il-Mitħna, Bormla, s'issa ma kellna ebda talba għar-restawr.
Leg 9 PQ #8493 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Malta għandniex mard li jittieħed? X'inhuwa? Hemm xi persuni li ġiebu l-mard minn barra, jew barranin li ħadu l-mard min Malta? X'passi qed jieħu l-gvern biex dan il-mard ma jinfirix? Jista' jgħid wkoll jekk kienx hemm imwiet b'mard li jittieħed u kemm kien l-mwiet u l-eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli nterpellant li bħal f'kull pajjiż ieħor fid-dinja jeżisti mard li jittieħed. Dak il-mard li huwa ta' mportanza pubblika huma notifikabbli bil-liġi. Nixtieq nirreferik għar-rapport li joħroġ fl-aħħar ta' kull sena minn dan id-Dipartiment u dak li nħareġ fl-1998 qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. In-numru ta' persuni barranin notifikati li ħadu mard minn Malta fis-sena 1998 kien ta' 100. In-numru ta' persuni (Maltin u barranin) li ġabu l-mard minn barra kien ta' 64. Id-Dipartiment tas-Saħħa jieħu l-passi kollha meħtieġa skond it-tip ta' infezzjoni. Is-Sezzjoni tat-tħaris tal-mard tieħu passi li jinkludu nvestigazzjoni tal-każ, testijiet, contact tracing, u spezzjonijiet fejn meħtieġ. In-numru ta' mwiet ikkaġunat minn mard infettiv irrapportat lid-Dipartiment tas-Saħħa kien ta' ħdax, bl-etajiet kif ġej: 36, 50, 33, 54, 60, 63, 14, 63, 15, 41, 81.
Leg 9 PQ #8487 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Imtieħen

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti biex iż-żewġ imtieħen f'Bormla, jiġifieri dik ta' Triq il-Mitħna u ta' Triq San Gwann jiġu rrestawrati? Min se jagħmel ix-xogħol ta' restawr? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jkun miftuħ għal pubbliku fil-futur u jekk humiex se jaqgħu f'idejn xi għaqda filantropika?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tad-domanda nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat. Fuq it-tieni parti tal-Mistoqsija, informat li għalkemm din trid tiġi ndirizzata lill-Ministru konċernat, id-Dipartiment tal-Mużewijiet għadu ma rċieva ebda talba f'dan ir-rigward. Madanakollu, f'dak il-każ id-Dipartiment ikun lest li jikkonsidra pożittivament dawn it-talbiet.
Leg 9 PQ #8488 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq Kottonier

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux xi pjan fuq iċ-ċimiterju ta' Triq Kottonier, Bormla biswit Triq il-Mitħna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pjan mid-dipartiment tas-Saħħa li jiġi żviluppat is-sit imsemmi fil-mistoqsija.