Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36945 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Gardjola - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardjola, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #36946 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Karmelitani - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena infurmat illi x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36702 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Parking Attendants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm parking attendants bil-permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex? Fejn huma ppustjati, bl-isem tal-post fejn jaħdem kull parker u n-numru tal-basge? F'liema minn dawn il-postijiet hemm żewġ parkers jew iktar li jaħdmu bir-roster (post indikat)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-numru ta'Car PArk Attendants f'Malta u Għawdex li għandhom permess biex jagħmlu dan ix-xogħol hu: 50 - (49 f'Malta u 1 f'Għawdex). Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Jiena nfurmat li dawn huma l-postijiet fejn hemm żewġ parkers jew aktar li jaħdmu b'roster: Palace Square - Valletta Central Bank, Castille Square, Valletta St. Andrew's Bastion, Valletta Lascaris Ditch, Valletta Part of Independence Arena (asphalt side), Floriana The Ferries (ex-Alambra theatre and end of Bisazza Street, Sliema) Għajn Tuffieħa.
Leg 9 PQ #36703 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq il-Gardiel - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir bozza fi Triq il-Gardiel, kantuniera ma' Triq Pawlu Micallef, Fgura, peress li hemm nuqqas kbir ta' dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36705 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Gardiel

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li ssir l-ewwel fażi ta' Triq il-Gardiel, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u x-xogħlijiet f'dan il-programm isiru skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #36528 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

MIA — Shares

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-MIA humiex se jibbenefikaw mix-shares tat-3% offruti b'xejn, bħalma kien sar fl-amministrazzjoni ta' l-1996 fil-Maltacom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-finijiet ta' korrettezza għandu jingħad illi fil-każ tal-Maltacom fil-fatt ma kinux ingħataw ishma b'xejn lill-ħaddiema, iżda kienet ġiet kostitwita fondazzjoni tal-impjegati li xtrat 3% tal-azzjonijiet bi prezz li kien 10% inqas mill-prezz ta' l-offerta u liema għandu jitħallas lill-Gvern fuq medda ta' snin. Għalhekk mhux korrett illi xi ħadd jgħid illi ngħataw b'xejn 3% tal-ishma għax mhux il-każ. In oltre l-ħaddiema kienu ingħataw l-opportunita' illi ndividwalment jixtru numru ta' ishma fil-kummpanija bi skont ta' 5% mill-prezz ġenerali tal-offerta. Fil-każ tal-MIA, wara konsultazzjoni mal-'unions' ġie deċiż li għandha ssir offerta ristretta għall-ħaddiema li jkollhom l-opportunita' li jixtru sa 900 sehem kull wieħed fil-kumpannija bi skont ta 5% fuq il-prezz ta' l-offerta pubblika. Din għandha twassal biex ikun hemm inċentiv sostanzjali biex il-ħaddiema jipparteċipaw b'mod individwali aktar milli b'mod kollettiv fl-intrapriża li jaħdmu magħha.
Leg 9 PQ #36607 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Triq Married Quarters

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza - l-unika bozza li tinsab fit-triq - fi Triq Married Quarters, Kalkara li ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar seba' xhur u r-residenti ta' din it-triq jinsabu at risk minħabba d-dlamijiet li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #36366 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Shares

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-MIA humiex se jibbenefikaw mix-shares tat-3% offruti b'xejn, bħalma kien sar fl-amministrazzjoni ta' l-1996 fil-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat
Leg 9 PQ #36210 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Triq La Vallette - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35984 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u jgħid kif wara sentejn għadhom ma ttieħdu ebda passi biex tiġi solvuta l-problema li qed ikollhom il-familja li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, ta' drenaġġ li qed jinfed għar-residenza tagħhom mit-triq La Vallette Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li l-problema ġejja mill-kaxxa tar-residenti, dawn iridu jiġu ċċekkjati mid-Dipartiment tas-Sanita'. Dan irriżulta minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tad-Drenaġġ b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Sanita'. Filfatt fit-3 ta' Ġunju wara li kienet saret spezzjoni bis-CCTV fil-main tad-drenaġġ u ma nstabet l-ebda ħsara fih, il-ħaddiema tad-Dipartiment fetħu żewġ kaxex privati quddiem tas-Sanita' u f'każ instab illi kien hemm l-'interception chamber' imkissra u fil-każ l-ieħor instab illi kien hemm 'stoppage'. Tas-Sanita' kien infurmat biex jordna lis-sidien jirranġaw dawn il-ħsarat u biex jagħmel testijiet fir-residenzi l-oħra.
Leg 9 PQ #36213 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet ta' filgħaxija tal-computer

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond mistoqsija 35675 l-istudenti humiex se jidħlu għall-course ta' Frar bil-next one on the list, jew iridux jerġgħu japplikaw mill-ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors ta' "Computer Awareness" huwa kors qasir ta' erbatax-il ġimgħa. Għall-kors ta' Frar, li jkun repetizzjoni tal-kors li qed isir bħalissa, jidħlu fih dawk li qegħdin fuq il-'waiting list' fuq sistema ta' "first-come-first-served".
Leg 9 PQ #35984 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Birgu — Triq La Vallette - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif wara sentejn għadu ma ttieħed ebda passi biex tiġi solvuta problema li qed ikollhom il-familja li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, ta' drenaġġ li qed jinfed għar-residenza tagħhom mit-triq La Vallette Birgu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nissuġerixxi li tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35985 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Skejjel Ta' Għada

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li ġew ingaġġati mill-fondazzjoni skejjel ta' għada? X'tip ta' xogħol ingħataw u fuq liema skala u x'kienet il-fee li tħallset?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-konsulenti ngaġġati mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada huma kif se nsemmi: Konsulent Kumpanija Skola Mr Anton Valentino Architectural Consultants Sir Adrian Dingli, Pembroke Services Secondary School, Karwija u proġetti oħra fl-iskejjel Mr George Management Consultant - Diversi Papagiorcopulo FTS Mr Maurice Galea Contracts Consultancy Diversi Services Ir-rata ta' ħlas lil dawn il-konsulenti hija ta' Lm10.00 fis-siegħa inkluż il-VAT.
Leg 9 PQ #35986 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Skejjel ta' Għada — Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratturi kollha li ngħataw xogħol mill-fondazzjoni skejjel ta' għada sabiex jirranġaw skejjel, inkluż dettalji ta' l-iskola, ix-xogħlijiet li saru u l-valur tax-xogħol li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 35660.
Leg 9 PQ #35987 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Skejjel ta' Għada — Kuntratt ta' Ingaġġ

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ li ngħata S-Sur George Papagiacopulo mill-fondazzjoni skejjel ta' għada?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-persuna msemmija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36010 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Clerks — Applications

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002 li ġiet notifikata fil-gazzetta tal-Gvern ta' Malta no. 17287 fl-10 ta' Settembru 2002? Kemm minnhom kienu ġuvintur u kemm tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd tar-reġistrazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002, huwa ta' 1178. L-informazzjoni dwar kemm minnhom huma eliġibbli u kemm huma ġuvintur u kemm huma tfajliet tkun tista' tingħata kif tinġabar l-istatistika dettaljata mill-applikazzjonijiet wara li dawn jiġu verifikati.
Leg 9 PQ #36085 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta

Question

Jista' il-Ministru jara biex jiġi rranġat wire tat-telefon li jinsab mal-faċċata tal-familja li l-indirizz qed jintbagħat seperatament, peress li dan il-wire qiegħed imwaħħal wisq fil-baxx u meta jgħaddu vetturi u nġenji kbar qed jaqilgħu l-wire b'konsegwenza li ħafna familji jispiċċaw bla linja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt ix-xogħol li kien meħtieġ diġa' sar.
Leg 9 PQ #35712 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Twaħħil ta' bozza

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li titwaħħal bozza f'side street li r-residenti li hemm fiha, li l-indirizz qed jintbagħat separatament, ilhom joqogħdu hemm 20 sena u għadhom sal-lum fi triq mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili. Minħabba n-numru ta' talbiet ta' din ix-xorta u minħabba fatturi oħra, mhux possibbli li l-Korporazzjoni tintrabat b'dati.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35615, jista' jagħti l-informazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' dawk li resqu għall-għajnuna quddiem aġenziji u organizzazzjonijiet fuq każi ta' aspett soċjali f'kull aġenzija, xahar b'xahar, mil-1990 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sedqa u s-Supported Living Division. Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota li l-istatistika dwar l-Aġenzija Appoġġ, li qabel kienet magħrufa bħala l-SWDP (Social Welfare Development Programme), tmur lura sa Awissu 1993. Din l-Aġenzija twaqqfet uffiċjalment fl-1994. L-istatistika dwar din l-Aġenzija ma tinkludix in-numru ta' telefonati fuq is-Support Line 179 u lanqas in-numru ta' nterventi mis-social workers ġewwa l-isptar Mount Carmel, li sa' Awissu 2002 kien provdut minn din l-Aġenzija. Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota wkoll li l-Aġenzija Sedqa ġiet imwaqqfa fl-1994 u s-Supported Living Division twaqqfet f'Awissu 2001.
Leg 9 PQ #35803 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Primary Schools — Xiri ta' Kotba

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35612, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-tfal tal-primary schools qed jintalbu jixtru dawn il-kotba: Malti Marija for year 5, Kun af, Social studies notes, u Haydon Richards books (revised edition)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi lill-istudenti l-kotba li għandhom bżonn biex jinħadem is-sillabu fis-suġġetti differenti. Mhix 'policy' tad-Diviżjoni li l-istudenti jixtru textbooks, iżjed u iżjed meta jistgħu jintgħażlu kotba li ma jwasslux għal tip ta' metodi ta' tagħlim li jrid il-Kurrikulu Nazzjonali. F'każ li jsir kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, l-inizjattiva tkun ittieħdet mill-iskola waħedha. Tlabt lid-Dipartiment tal-Kurrikulu jkompli jsegwi l-materja.