Jista' l-Ministru jara li l-ħajt li jinsab kantuniera bejn Triq Rikardu Taylor li tmiss ma' Alexander Street, Bormla li jinsab perikoluż ħafna u qed jiddetterjora jiġi rranġat, peress li minn quddiemu jgħaddu t-tfal ta' żewġ skejjel?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant,il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Peress li l-Ministru kien jitkellem b'ċertezza assoluta li Malta se tingħata Lm100 miljun b'parti self u parti grants, jista' l-Ministru jgħid illum x'kienet id-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea peress li issa hemm ħsieb li ningħataw Lm10 miljuni biss?
Response (BORG, JOE)
Ir-Raba Protokoll Finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropeja u Malta ser jispiċċa fl-aħħar ta' din is-sena. L-ammont ta' fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropeja lil Malta, f'forma ta' grants għall-perjodu mis-sena d-dieħla sad-data ta' sħubija għadu mhux finaliżżat għalkemm jidher li għas-sena elfejn dawn aktarx ikunu madwar 6 miljun Euro. Għadu kmieni li wieħed jgħid kemm ser ikunu il-fondi f'forma ta' grants li Malta tkun intitolata għalihom għas-snin sussegwenti sad-data tas-sħubija.
Matul il-perjodu ta' pre-adeżjoni Malta tkun intotolata wkoll għall-fondi mill-Bank għall-Investiment Ewropew f'forma ta' self. Ovvjament b'effett mid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja Malta tkun intitolata għal fondi sostanzjalment akbar bħala fondi strutturali u fondi ta' coeżjoni bħala grants u fondi mill-Bank għall-Investiment Ewropew f'forma ta' self.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-mission statement ta' l-Office of Review? Min se jkunu l-board members jew dawk li se jkunu qed imexxu dan l-uffiċċju f'kull ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-għan prinċipali ta' l-Office of Review huwa:
Li jikkordina u jissorvelja l-proġetti u l-inizzjattivi fi ħdan id-diversi Ministeri biex il-ħidma tagħhom titwettaq b'mod iktar effiċjenti u effettiv u b'kultura ta'cost consciousness.
Kull Office of Review se jitmexxa minn Change Manager li jirraporta direttament lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru. Il-proċess biex jiġu identifikati l-uffiċjali li se jkunu qed imexxu dan l-Uffiċċju għadu għaddej.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se tkun il-politika tal-Gvern biex dawk li ma jaħdmux isibu x-xogħol, peress li fil-budget hemm imwiegħed li se titnaqqas iċ-ċifra tal-qagħad?
Kif se jkun it-taħriġ vokazzjonali u tekniku għal dawk li mhumiex jaħdmu biex jiġu mhejjija għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-diskors tal-Budget tiegħu, il-Ministru tal-Finanzi qal: 'Huwa mistenni li l-livell tal-qagħad jinżamm madwar 5%.
L-ETC ser tieħu diversi inizjattivi ta' taħriġ vokazzjonali biex tħejji lin-nies qiegħda għax-xogħol. Minbarra l-programmi ta' taħriġ li ilha toffri, l-ETC ser tintroduċi l-kunċett ta' "traineeships" li jikkombina taħriġ fiċ-ċentri tal-ETC flimkien ma' xogħol u taħriġ prattiku. L-ETC ser tgħin lil min ilu jirreġistra għax-xogħol biex jipparteċipa fi programm ta' xogħol fil-komunita' bil-ħsieb li persuna titgħallem ħiliet, tagħmel xogħol bżonnjuż u b'hekk issibha aktar faċli li ssib impjieg. Dalwaqt ser jiġi ntrodott programm f'ħiliet bażiċi biex persuna qiegħda tingħata nformazzjoni dwar is-suq u l-opportunitajiet tax-xogħol u ħiliet biex issib xogħol. L-iskop ta' dan il-programm hu li nies qegħda jsiru jafu aktar dwar opportunitajiet tax-xogħol li hawn fil-pajjiż, jaċċettaw il-ħtieġa li jitħarrġu biex jimlew vakanzi li jinħolqu, u jkunu kapaċi jfittxu x-xogħol minn jeddhom.
Il-Gvern irid li ċ-ċifri tal-qagħad ikunu jirriflettu kemm jista' jkun preċiż in-numru ta' persuni li qed ifittxu ix-xogħol u jmorru jirreġistraw. Ma rridux min jabbuża mill-benefiċċji li jagħti l-Istat billi jmur jirreġistra għax-xogħol meta fil-fatt ikun jaħdem. Għalhekk se jsir sforz biex jiġu applikati l-liġijiet tal-pajjiż f'dan il-qasam, iżda b'mod li mal-ħażin ma jeħlix minn hu ġenwin.
Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Ħarsien Soċjali — Mission statements
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol se jkollha l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Ħarsien Soċjali?
X'inhuma l-mission statements? Min se jkunu l-membri u/jew min huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-termini ta' referenza u l-komposizzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Ħarsien Soċjali ġew pubblikati. Il-lista tal-membri ngħatat ukoll fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10773, bid-differenza li Ms Bridgitte Zammit ħadet post Ms Natasha Meli bħala rappreżentanta tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi training isir lill-membri tal-Forzi Armati ta' Malta?
Jikkonsidra l-Prim Ministru li jekk il-gvern jingħaqad ma' l-UE bħala membru sħiħ aħniex se nipparteċipaw fil-partnership for peace?
Jista' jikkonferma li dawn jistgħu jintbagħtu barra minn Malta għal xogħol hemm?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kull membru tal-Forzi Armati jingħata taħrig bażiku. Normalment dan iseħħ immedjatament wara l-ingaġġ u jista'jingħata kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Taħriġ ta' speċjaliżżazzjoni ta' tipi diversi jingħata lill-membri individwali jew gruppi skond ir-rwoli u x-xogħol tas-Sezzjonijiet fejn jiġu posted wara t-taħrig bażiku jew minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa. Dan jinkludi wkoll korsijiet fl-edukazzjoni u snajja.
Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja ma toħloq ebda obligu lill-pajjiż biex jissieħeb fil-PfP.
Jista' l-Ministru jara li jsir tindif ta' munzelli ta' ħmieġ li qed jiġbor kwantita' kbira ta' ġrieden, fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilha li tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir kaptella li tgħatti culvert tad-drenaġġ li ilha miftuħa għal dawn l-aħħar snin? Din qiegħda fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'din is-sena, jiġifieri l-1999, intnefqu Lm20,000 f'karozzi għall-ETC? Kemm inxtraw karozzi u min qed jużahom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċess ta' xiri ta' żewġ karozzi, waħda għaċ-Chairman u l-oħra għaċ-Chief Executive Officer tal-ETC għadhom mhux finaliżżati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha patrol boats il-Forzi Armati ta' Malta? Kif inhu x-schedule ta' dawn il-patrol boats, skond il-working hours? Kemm minnhom jagħmlu ronda madwar it-territorju Malti? Kemm joħorġu 'l barra? X'veloċita' għandhom dawn il-boats?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Forzi Armati għandhom seba' patrol boats li kollha jintużaw għal xogħol ta' ronda u xogħol ieħor madwar it-territorju Malti.
Il-Forzi Armati għandhom ukoll zewġ SAR Launches li jintużaw għal xoghol ta' salvataġġ kif ukoll ċattra li tintuża għar-rimi ta' splussiv u xogħol ieħor konness ma tniġġis tal-baħar.
Nifhem li ma għandix tingħata nformazzjoni aktar minn hekk.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11137 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid meta ħerġin l-appointments tan-nursing aide ta' l-Isptar ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li r-rakkomandazzjonijiet biex dawn jiġu appuntati bħala Nursing Aide ġew mibgħuta lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom tug boats il-Forzi Armati? Kemm minnhom jagħmlu ronda madwar it-territorju Malti? Kif inhi l-iskeda ta' dawn it-tug boats? X'veloċita' għandhom dawn id-dgħajjes?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ma għandhomx tug-boats.
Jista' l-Ministru jara li l-għassa tal-Fgura jkollha s-serratura tajba biex il-pulizija tal-lokal ikunu jistgħu jagħlquha? X'inhi r-raġuni li għadu ma sarx maintenance fuq is-serratura?
Peress li waqt li nhar l-Erbgħa, 3 ta' Novembru kienu qed jiġu diskussi l-estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku l-Ministru fl-għeluq tiegħu weġibni li l-kunsill lokali tal-Fgura ma jaqbilx ma' venda ta' karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżulta dan u jpoġġi rapport ta' dikjarazzjoni li turi li dawn qed jirrifjutaw dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant taqra d-`debates` tas-seduta msemmija għaliex ir-riferenza għall-Kunsill Lokali hi differenti minn dik li qed tgħid.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li reġgħet inbidlet id-deċiżjoni li l-embarcation card għal dawk li jsiefru timtela' darba waħda, meta ftit tax-xhur ilu l-gvern kien esprima l-fehma li l-mili ta' l-embarcation card għandu jiġi eliminat totalment? Minn meta se tibda tiġi mplimentata din id-deċiżjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuni b'diżabilita' għandhomx jieħdu l-VAT lura meta jdaħħlu karozza ġdida? Jekk iva, jaħseb il-Ministru li dan is-servizz se jibqa' jingħata fil-futur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-benefiċċju tal-Ħlas Lura tal-Vat fuq karozzi importati minn persuni b'diżabilita' jew ta' familjari tagħhom, skond kriterji stabiliti għal dawn l-aħħar snin, tingħata mill-Ministeru tal-Finanzi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se titneħħa l-free road licence għal persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-benefiċċju tal-Eżenzjoni mit-Taxxa tat-Triq jingħata lil numru ta' persuni b'diżabilita' mill-Ministeru tal-Finanzi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Welfare Committee?
X'inhu l-objective tax-xogħol tal-bord members?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kompożizzjoni tal-'Welafar Committee' hija kif tidher taħt:
Chairperson
Mr Anthony Schembri
Members
Dr Francis Agius M.P.
Dr Karl Chirsop M.P.
Mr George Agius
Mr Anthony Borg
Mr Joseph Spiteri
Dr Ronald Fiorentino M.D.
Mr Lino Mizzi
Mr Joseph Attard
Mr Louis Attard
Mr Louis Cuschieri
Ms Anne Callus
Secretary
Mr Vincent Ellul
Il-funzjonijiet tal-'Welfare Commitee' huma elenkati f'Sezzjoni 13(1) ta' l-Att ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn l-aħħar ġimgħat il-Planning Authority kienet għaddejja bi strike industrijali? X'kienet ir-raġuni għal dan?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li ħaddiema tekniċi u amministrattivi fi ħdan l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, nhar it-Tnejn, 18 ta` Ottubru, 1999, kienu fuq strajk ta` siegħa (bejn l-10.00am u l-11.00am) ordnat mill-UHM minħabba nuqqas ta` ftehim dwar struttura ta` salarji fil-kuntest ta` ftehim kollettiv ġdid. Minn dakinhar tas-siegħa strajk, il-ħaddiema bdew azzjonijiet industrijali fid-diversi taqsimiet ta` l-Awtorita` kif ordnat lilhom mill-istess union.
Nhar il-Ħamis 4 ta` Novembru id-direttivi tal-UHM twaqqfu wara li ntlaħaq ftehim dwar il-ftehim kollettiv. Sadanittant fl-istess ġurnata l-U.P.A.P. (Union tal-Professjonisti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar) tat direttivi rigward azzjonijiet industrijali.