Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jingħata ħlas extra, minbarra l-overtime u allowance, fil-ġurnata tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena għal kull dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Kif approvat mill-Kabinett u skond iċ-ċirkulari OPM46/99, impjegati li ħadmu n-night shift bejn l-aħħar ta` l-1999, u l-ewwel ta` din is-sena, ser jitħallsu Lm25 extra minbarra l-ħlas li huma ntitolati għalih.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu mpjegati aktar nies fuq il-Vapur "Ta' Pinu"? Jekk iva, kemm u x'inhu l-impjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel beħsieba timpjega Deck u Engine Officers għal fuq il-vapur 'TA' PINU' fuq bażi ta' xift u biex dawn jassistu fil-construction u commissioning tat-tieni u tat-tielet vapur.
Biex il-Kumpanija tkun konformi mal-Konvenzjonijiet ta' l-International Maritime Organisation (IMO) fir-rigward ta' vapuri li jġorru l-passiġġieri, il-Kumpanija Gozo Channel ikollha iżżid in-numru ta' Uffċjali u crew fuq il-vapuri kollha tagħha li joperaw bejn Malta u Għawdex. Din iz-żieda fil-crew hija neċessarja sabiex il-kumpanija tkun konformi ma' sitwazzjonijiet ta' Emergency Response skond il-konvenzjonijiet relattivi.
Dawn il-Konvenzjonijiet huma:
(i) SOLAS - Safety of life at Sea.
(ii) STCW 95 - Standards of Training, Certification and Watchkeeping for Seafarers 1978 kif amendata fl-1995 u 1997.
(iii) ISM Code - International Safety Management Code.
Malta hija firmatarja ta' dawn il-Konvenzjonijiet għalkemm fil-preżent mhux neċessarju li l-vapuri tal-passiġġieri li joperaw f'ibħra lokali jkunu konformi mal-Kodiċi ta' l-ISM.
Il-Kumpanija Gozo Channel hija marbuta li tkun konformi ma' dawn il-Konvenzjonijiet sad-data stipulata mill-IMO, li hija s-sena 2002/2003.
Il-Kumpanija Gozo Channel beħsieba ttejjeb is-servizz li toffri lill-klijenti tagħha u għal dan il-għan ser timpjega l-Customer Service Officers u l-Cabin/Service Attendants fuq il-vapuri kollha.
Dawn l-impjegati ser ikunu mħarrġa għal sitwazzjonijiet ta' Emergency Response li jinkludi Sea Survival, First Aid u Fire-fighting.
Hemm il-ħsieb li kull vapur / xift ikollu crew li jkun jikkonsisti fi ħdax (11)-il persuna, li jkunu, il-Master, Chief Officer, Chief Engineer, Second Engineer, Bosun, Engine Driver u ħames seamen. Ma dawn jiżdied ukoll is-servizz ta' ħames (5) crew oħra li jkunu jinkludu Customer Service Officers, Cabin / Services Assistants u Attendants.
In-numru attwali tas-Service Crew ikun jiddependi skond in-numru totali ta' passiġġieri fil-ħin tas-servizz.
Tista' l-Ministru tagħti dettalji, numru tal-karta ta' l-identita' u partikolaritajiet fus is-Seaman's book (Gozo Channel)? Tista' l-Ministru tgħid kif kien u fejn ħarġu l-applikazzjonijiet għax-xogħol fuq il-vapur "Ta' Pinu"?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma jidhirlix li hu xieraq li jkunu ppubblikati l-ismijiet, in-numri tal-Karta ta' l-Identita' u nformazzjoni oħra relatata mal-persuni mpjegati mall-Gozo Channel.
Jiena nfurmata li għalissa ħlief għal Seaborne Officer, ma saru l-ebda applikazzjonijiet li huma speċifikament għall-vapur 'TA' PINU'.
Is-sejħiet għal dawn il-postijiet saru skond il-proċeduri normali, jiġifieri:
a) il-kumpanija Gozo Channel infurmat lil MIMCOL bil-postijiet vakanti;
b) Wara l-Kumpanija kellha l-approvazzjoni mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-MIMCOL għamlet l-applikazzjoni tagħha lill-ETC f'isem il-Gozo Channel;
c) L-ETC tat l-approvazzjoni tagħha u bagħtet għal diversi nies għall-postijiet vakanti.
L-ETC tat ukoll l-approvazzjoni lill-MIMCOL biex iġġib l-avviż fil-gażżetti lokali, dejjem f'isem il-Gozo Channel, għall-postijiet ta' Deck u Engine Officer.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li applikaw biex jaħdmu bħala seaman fuq il-vapur "Ta Pinu"? Kemm minnhom kienu min Malta u kemm minnhom Għawdxin? Kemm ġew magħżula għal dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-applikazzjonijiet għal- Seaman mal-Gozo Channel, ma kenux speċifikament għal-vapur 'Ta' Pinu', imma huma neċessarji għall-Kumpanija biex ikun hemm nies biżżejjed sabiex il-kumpanija tkun tista' taħdem fuq bażi ta' xift.
L-ETC batgħet għal wieħed u ħamsin (51) persuna għall-mili ta' dawn il-postijiet. Tlieta u tletin minn dawn l-applikanti jgħixu f'Malta, filwaqt li tmintax-il applikant jgħixu f'Għawdex. S'issa ġew magħżula ħdax-il applikant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12142?
Response (BORG, JOE)
Fil-każ taċ-ċelebrazzjonijiet li nżammu fil-Jum Nazzjonali tal-Belġju, Franza, l-Ġermanja u l-Libja attendew l-ambaxxaturi Maltin akkreditati għall-pajjiżi konċernati. Fil-każ taċ-Ċina u Spanja attendew l-ambaxxaturi li kienu akkumpajnati minn marthom. Fil-każ taċ-Cina attenda wkoll il-Counsellor fl-ambaxxata għal dawk iċ-ċelebrazzjonijiet li kien mistieden għalihom. Jien infurmat li fil-każ ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Eġittu ma kien hemm l-ebda funzjoni uffiċċjali.
Jista' l-Minstru jgħid liema huma dawk l-ambaxxaturi li bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Novembru, 1999 li damu Malta b'xogħol għal 21 ġurnata konsekuttiva jew aktar?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ambaxxaturi li fl-istess perijodu qattgħu hawn Malta aktar minn 21 ġurnata kalendarja fuq xogħol jew qadi ta' dmirijiet oħra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk fiż-żewġ każijiet talabx minn qabel il-permess ta' l-MPO u tal-Ministru tal-Finanzi biex ikompli jħallas il-global emoluments lil dawn l-ambaxxaturi?
Jista' l-Ministru jgħid min mill-ambaxxata ta' Malta fil-post attenda għaċ-ċerimonji, funzjonijiet u riċevimenti li saru fil-Jum Nazzjonali tal-pajjiżi msemmija u minn min kien akkumpanjat:
USA - 4 ta' Lulju, 1999;
Franza - 14 ta' Lulju, 1999;
Belġju - 21 ta' Lulju, 1999;
Eġittu - 23 ta' Lulju, 1999;
Libja - 1 ta' Settembru, 1999;
Ċina - 1 ta' Ottubru, 1999;
Ġermanja - 3 ta' Ottubru, 1999; u
Spanja - 12 ta' Ottubru, 1999?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-biċċa apparat li hi nieqsa fis-sala ta' l-operazzjonijiet tad-Day Surgery biex ikunu jistgħu jsiru testijiet bl-istrument fuq l-irkoppa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent hemm Arthroscope wieħed li qiegħed jintuża, it-tnejn l-oħra qegħdin għat-tiswija. Hemm ukoll talba biex jinxtraw 'forceps' għal dan l-apparat u qiegħdin fil-proċess ta` 'adjudication'.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li min kien qed imur jiġbor informazzjoni mill-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku tal-Belt, kien qed isib dizgwid sia l-informazzjoni għax ma setgħetx tinġabar u sia fl-istaff għax ma kienx jaf kif se jaqdi lin-nies?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għat-twaqqif ta` 'Search Unit' fi ħdan ir-Reġistru Pubbliku, ninsab infurmat li nħarġu l-avviżi neċessarji, kemm lill-impjegati, lill-pubbliku kif ukoll lis-sezzjonijiet interessati.
Naturalment kull transizzjoni minn proċedura għal oħra tkun teħtieġ xi żmien biex din tindara.
Ninsab infurmat li x-xogħol u l-proċeduri li jirrigwardaw din it-taqsima issa ġew għan-normal.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni tad-dewmien biex isir maintenance fit-toilets ta' l-iskola Lorenzo Gafa' u jekk il-Ministru hux qed jikkonsidra l-iskomdu li l-istudenti qed ikollhom joħorġu barra fil-bitħa biex jużaw il-mobile toilets?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-ilment jiġi konsidrat u jittieħdu l-passi kif xieraq.
Citizenship and Expatriate Affairs — Bejjiegħa Barranin - Permessi
Question
Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11795 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jgħid x'permessi kellhom jagħmlu dawk il-barranin li għandna f'Malta jbiegħu prodotti ta' pajjiżhom, li huma armati fit-toroq speċjalment dawk li hemm fil-Furjana? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' din ix-xorta fl-1999 sal-lum? Mil-liema pajjiż ġew? Kemm qed iħallsu għal dawn il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Persuni barranin li jkunu nvoluti f`attivitajiet li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellant għandhom bżonn, minbarra permessi oħra, liċenzja ta' impjieg skond l-Att ta' Immigrazzjoni (Cap 217).
Ninsab infurmat li matul din is-sena, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates sarulu erba` talbiet għal permessi simili dwar barranin li kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi : Sirja, Eġittu, Ġordan, Marokk, Libja u Tuneżija.
Fil-każijiet imsemmija hawn fuq inġabru Lm150 fi ħlasijiet għall-liċenzji ta' impjieg.
Ninsab infurmat ukoll li l-fiera li tellgħet il-Furjana kienet koperta bil-permess mill-Pulizija u li għalih tħallset is-somma ta' Lm57 bir-rata ta' Lm3 għal kull ġurnata mit-18 ta' Novembru, sas-6 ta' Diċembru, 1999 u ċioe` għal 19-il ġurnata.
F'din il-fiera ipparteċipaw persuni mill-pajjiżi msemmija aktar 'il fuq.
Il-Pulizija ma kellha l-ebda applikazzjoni oħra ta' din ix-xorta matul din is-sena.
Ninsab infurmat ukoll li biex tinżamm il-fiera msemmija tħallset is-somma ta' Lm1,270 lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11617 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jara li jsir tindif ta' munzelli ta' ħmieġ li qed jiġbor kwantita' kbira ta' ġrieden, fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta`gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirriferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunjsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu l-għalliema ta'l-iskola J.F. Abela tal-Junior College, Msida, peress li hemm għalliema ta' l-Ingliż nieqsa fil-Form I u l-istudenti qed ikollhom lezzjonijiet nieqsa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nuqqas ta' għalliema fid-dipartiment ta' l-Ingliż fil-Junior College irriżulta minħabba:
a. żieda sostanzjali fin-numru ta' studenti fl-ewwel sena
tal-kors;
b. li tlett membri ta' l-istaff akkademiku fid-dipartiment
ta' l-Ingliz jinsabu jistudjaw barra minn Malta;
c. li membru ta' l-istaff qegħda bil-pregnancy leave.
Mit-3 ta' Jannar, tnejn minn dawn l-erba' lecturers jiġu lura u mhux ser ikun hemm nuqqas ta' lezzjonijiet fid-dipartiment ta' l-Ingliż.
Informat ukoll li ser isiru arranġamenti biex dawk il-lezzjonijiet li ma ngħatawx matul Ottubru, Novembru u Diċembru jiġu rkuprati.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kellhom jagħmlu dawk il-barranin li għandna f'Malta jbiegħu prodotti ta' pajjiżhom, li huma armati fit-toroq speċjalment dawk li hemm fil-Furjana? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' din ix-xorta fl-1999 sal-lum? Mil-liema pajjiż ġew? Kemm qed iħallsu għal dawn il-permessi?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ghoti jew ħruġ ta` permessi lil bejjiegha barranin mhix responsabbilta` ta` dan il-Ministeru. Ghaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju hux se jitneħħa lill-furnara fuq id-dqiq għal ħobża Maltija biss, jew għal prodotti oħra kollha li jinħmew bid-dqiq mingħand il-furnar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sussidju li jingħata lill-furnara fuq id-dqiq huwa biss għall-ħobża Maltija u għaldqastant it-tneħħija ta' tali sussidju ma għandux jaffettwa l-prezz ta' tipi oħra ta' ħobż.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol tas-Sur Robert Lawrenti mill-ETC preżentement qed isir minn persuna oħra?
Min hu/hi din il-persuna l-ġdida?
Fuq liema raġuni spiċċa s-Sur Lawrenti u x'xogħol qed jagħmel fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru diġa' ngħatat fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 11569 u 10637.
Il-persuna li bħalissa qed jaqdi d-doveri ta' Chief Executive Officer ta' l-ETC hu s-Sur John Camilleri.
Peress li fid-diskors tal-Budget 2000 f'paġna 106 hemm imbassar li se jsiru xi toroq fil-Fgura, jista' l-Ministru jindika liema huma dawn it-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol speċifikat fl-Estimi Ġenerali għas-sena 2000 hu t-tkomplija ta` Hompesh Road. Naturalment hawn toroq oħra, sa issa mhux imsemmija, li ser jidħlu fil-programm tax-xogħol għat-toroq f`Malta.
San Vinċenz de Paule — Appointments ta' nursing aide
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11137 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tgħid meta ħerġin l-appointments tan-nursing aide ta' l-Isptar San Vincenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-appointments tan-nursing aides li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz qegħdin jiġu ppreparati u se jingħataw f'qasir żmien.