Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12728 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni, lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda donazzjoni ta' vetturi lill-Ministeru għall-Ambjent u Dipartimenti u Taqsimiet li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #12729 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tiegħi ngħatat vettura waħda bħala donazzjoni. Din kienet Toyota Liteace Van ġdida li ngħatat lid-Dwana fl-1993 mill-UNDCP.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12730.
Leg 9 PQ #12731 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ma ġiet mogħtija ebda vettura permezz ta' donazzjoni la lill-Ministeru u lanqas lid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #12732 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta'donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (BORG, JOE)

Ma kienx hemm l-ebda donazzjoni ta' vetturi lill-Ministeru matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #12721 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gustizzja u Gvern Lokali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta'donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali u d-Dipartiment` Kummissjonijiet li jaqghu taħtu ma rcevew ebda vettura permezz ta` donazzjoni mill-1987 sa l-1996.
Leg 9 PQ #12722 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha mill-1987 sa l-1996? Tista' tgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'kollox kien hemm tliet vetturi li lkoll ġew mogħtija lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1987 sal-1996. Dawn il-vetturi kienu Mercedes Bus mogħtija mill-Welfare Committee f'Novembru 1991, Kia Asia Bus mogħtija minn Maria Bugeja Cash for Cancer f'Diċembru 1995 u Volkswagen Van mogħtija mill-Gozo Friends of the Sick and the Elderly fi Frar 1997.
Leg 9 PQ #12723 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn l-1987 u l-1996 l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd irċieva żewġ vetturi bħala donazzjoni. Il-vetturi kienu Mercedes Unimog truck u Mercedes fire engine. Dawn ġew ippreżentati lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u sajd fl-1994 mill-'International Tree Fondation (Malta)'. Din l-għaqda rċeviet il-vetturi mingħand 'The People of Minden (Germany)' bl-iskop li tagħdihom lill-Gvern ta' Malta.
Leg 9 PQ #12724 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġiet mogħtija ebda donazzjoni ta` vetturi bejn l-1987 u l-1996 lill-Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #12725 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellanti, in-numru ta` vetturi li ġew mogħtija permezz ta` donazzjoni lill-Ministeru ta` l-Intern, u d-dipartimenti u l-entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern kien ta` 3. Dawn kienu ġew mogħtija lill-Pulizija bħala donazzjoni mill-Ġermanja; waħda fl-1993 u tnejn fl-1994 u kollha kienu tal-marka Volkswagen. Ta` il-kumpanija li timporta l-karozzi tal-marka Daewoo tat b`donazzjoni 10 vetturi lill-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #12726 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministeru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1987 u l-1996 l-ebda dipartiment, korporazzjoni u jew entita` li tifforma parti mid-dekasteru tieghi ma rceviet xi vettura taht forma ta` donazzjoni.
Leg 9 PQ #12334 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Seaman's book

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex fil-mistoqsija parlamentari numru 12198 m'hux xieraq li jkunu ppubblikati l-ismijiet? Tista' almenu tagħti l-informazzjoni b'mod konfidenzjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 12198.
Leg 9 PQ #12355 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12155?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-64 studenti li fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11944 jidhru bħala assenti b'ċertifikat mediku huma mqassma kif ġej: Furtu Maria Cospicua Stefano Selvatico Assumpta Secondary Zerafa Form 1 -- Valletta - 1 -- -- B'Kara - 1 Qormi - 2 Form 2 Qormi - 1 Ħamrun - 1 Cospicua- 1 -- Qormi - 1 Form 3 -- Qormi - 3 Żabbar - 1 -- Ħamrun - 2 Marsa - 1 S.Venera - 1 Form 4 B'Kara- 1 Qormi - 1 Cospicua- 3 B'Kara - 7 Valletta - 2 Kalkara - 2 Ħamrun - 1 Żabbar - 1 Form 5 Mellieħa-2 Qormi - 4 Cospicua- 1 Floriana-2 Qormi -1 Ħamrun - 3 Valletta-2 Valletta - 2 B'Kara -2 Mosta - 1 Naxxar -1 Pieta` - 1 Mosta -3 S.Venera - 1 Mġarr -2 Tarxien -1 Siġġiewi-1
Leg 9 PQ #12528 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq l-Għarnuq - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12237 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq l-Għarnuq fil-Fgura ngħatat t-tarmak sa nofsha u mhux kollha (il-first phase)? Hemm ħsieb li titkompla u jekk iva, meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-asfalt li kien sar fi Triq l-Għarnuq kien sar fil-parti tat-triq li kienet żviluppata. Peress li l-iżvilupp tkompla, id-Dipartiment tat-Toroq bi ħsiebu jkompli ma` l-asfalt li kien sar.
Leg 9 PQ #12672 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vittoriosa — St Edwards College

Question

Jista' l-Ministru jibgħat jagħmel spezzjoni f'St Edwards College, Vittoriosa, peress li l-ġenituri tat-tfal jinsabu inkwetati ferm peress li ġew introdotti gambling machines għall-istudenti? Ma jaħsibx li dan jista' jwassal għal riskju ta' vizzju tal-logħob minn eta' żgħira?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ uffiċjali mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlu żjara lill-Kulleġġ ta' St Edward's (Vittoriosa) u għaldaqstant jistgħu jikkonfermaw li l-imsemmija "gambling machines" tneħħew mill-ewwel minn din l-iskola.
Leg 9 PQ #12236 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Arloġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif arloġġ li jinsab hekk kif toħroġ mill-iSptar San Luqa ilu żmien twil ma jiffunzjona? Jista' l-Ministru jara li dan jissewwa peress li huwa importanti għal dawk li jridu jużaw l-karozzi tal-linja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #12237 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Triq l-Għarnuq - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq l-Għarnuq fil-Fgura ngħatat t-tarmak sa nofsha u mhux kollha (il-first phase)? Hemm ħsieb li titkompla u jekk iva, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kisi ta` toroq ġodda bit-tarmac, m`hiex responsabbilita` tal-Kunsilli Lokali jew tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali. Ghaldaqstant nissuggerixxi li l-mistoqsija issir lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #12238 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Bormla — Taraġ - Railings

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba li qed jagħmlu residenti anzjani li joqogħdu fl-inħawi tat-taraġ (li fih 130 tarġa) li minn Hanover jagħti għal Eagle Street, Bormla biex dan it-taraġ isirlu r-railings tal-ħadid? Jista' l-Ministru jikkonsidra li din it-talba tintlaqa' anke minħabba li f'dawn l-akwati hemm ħafna persuni ta' eta' kbira?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #12201 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12124?

Response (BORG, JOE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ma' kien hemm ħadd. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija kien hemm ambaxxatur wieħed biss, dak akkreditat għal Franza. Peress li dawn iż-żjarat la kienu frekwenti u l-anqas fit-tul hekk kif hu speċifikat fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas', ma' kienx hemm il-bżonn li tintalab l-awtoriżżazzjoni ta' MPO u tal-Ministeru tal-Finanzi biex jibqa' jsir il-ħlas tal-'global emoluments'.
Leg 9 PQ #12155 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Minstru jgħid minn liema lokal ġejjin l-istudenti li kienu regolarment assenti mill-iskejjel biċ-ċertifikat mediku hekk kif hemm ddikjarat fil-mistoqsija parlamentari numru 11944?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li d-Dipartiment konċernat ta lill-iskejjel żmien sa l-14 ta' Jannar biex jibgħatu t-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra wara li jidħol u jiġi kompilat dan it-tagħrif.