Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13912 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ħsarat bil-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fi Triq Saliport, "It-Toqba", li tgħaddi tulha max-xatt mill-Birgu għal Kalkara, tissewwa l-ħsara li ġiet ikkaġunata bil-maltemp? Meta jaħseb li dan ix-xogħol se jsir, peress li din l-akkwata hi popolari ħafna mal-lokal tal-Birgu fiż-żmien is-sajf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #13913 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortini — Tiswija ta' ground

Question

Peress li issa ilu għal xi żmien jintalab biex isir maintenance fil-ground tal-Fortini, jista' l-Ministru jikkalkula dawn il-bżonnijiet peress li hemm żewġ skejjel skolastiċi: (a) Lorenzo Gafa' u l-iskola primarja li t-tnejn jużaw dan il-ground għal physical training? Jista' l-Ministru jara l-importanza tat-talbiet li qed isiru mill-club Vittoriosa Stars, Vittoriosa bħalma sar il-maintenance fi grounds oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-football ground tal-Fortini kien ġie mgħoti b'titolu lill-Vittoriosa Stars F.C. f'Ottubru 1997 permezz ta' Riżoluzzjoni Parlamentari. Skond it-termini tal-kuntratti bejn il-Gvern u l-entitajiet sportivi rispettivi (klawsola Numru 5) "il-manutenzjoni kollha tal-proprjeta` ttrasferita jkunu a karigu tal-klabb mingħajr ebda dritt ta' kumpens".
Leg 9 PQ #13767 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

VRT — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-vetturi li diġa' sar l-VRT fuqhom sal-lum? Kemm kien hemm inġenji li weħlu mit-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru, 12802. Iċ-ċifri għax-xahar ta` Jannar għadhom mhux magħrufa peress li l-operaturi tat-`Testing Stations` għandhom sa nofs ix-xahar ta` wara biex jibgħatu l-informazzjoni lid-Dipartiment. Huma obbligati li jagħmlu dan sa nofs ix-xahar ta` wara.
Leg 9 PQ #13768 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

VRT tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-VRT test fuq l-ingenji tal-gvern? Kemm hemm ingenji li huma tal-gvern? X'tip ta' ngenji huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat li l-`Vehicle Roadworthiness Test` fuq l-inġenji tal-Gvern isir bħal vetturi oħra jiġifieri meta jkun imisshom, skond ix-xahar tal-liċenzji. Il-gvern għandu `l fuq minn 1,500 vettura. Dawn huma ta` diversi tipi bħal karozzi, vannijiet, trakkijiet, gafef, eċċ.
Leg 9 PQ #13810 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Hanover - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numru 13616?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xoghol tat-thaffir u tqeghid ta` kanen fi Triq Hannover, Bormla beda fl-ahhar gimgha ta` Jannar li ghadda. Fl-ewwel gimgha ta` dan ix-xahar sar il-`pressure testing` u d-disinfezzjoni tal-kanen il-godda u fit-tieni gimgha bdew jitqabbdu s-servizzi tad-djar mal-kanen godda. Din hija l-procedura normali f`dan it-tip ta` xoghol.
Leg 9 PQ #13824 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Vapur Chios

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi precautions qed jittieħdu għal possibbilta' li l-vapur Chios jegħreq u joħroġ iż-żejt u d-diesel fil-baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima qed tieħu l-passi neċessarji biex tiddisponi mill-vapur.
Leg 9 PQ #13615 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — Triq Hanover - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-first phase ta' tarmac fi Triq Hanover, f'Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għal risposta mogħtija għal mistoqsija Parlamentari Nru 13445.
Leg 9 PQ #13616 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Hanover - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara li għaddew il-kanen ta' l-ilma ġodda fi Triq Hanover, Bormla, għadhom ma għamlux il-connections fid-djar tar-residenti ta' l-istess triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13617 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — Hanover Street - Xogħlijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol li kien qed isir f'Hanover Street, Bormla, kantuniera ma' St Helen Street, tħalla wieqaf b'ħofra kbira li hi ta' perikolu għal min jgħaddi minn dawn l-akwati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħofra msemmija mill-Onor. Interpellant qegħda ssir mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma biex jgħaqqdu l-`mains` ġodda li tqegħdu fil-lokal. Tlabt lid-Direttur tat-Toroq jinvestiga iċ-ċirkustanzi li qeghda ssemmi l-Onor. interpellant biex jiġi stabbilit jekk jeżistix periklu u f`każ posittiv minn kien responsabbli.
Leg 9 PQ #13636 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Kumpless sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwettaq il-ftehim li kien sar mal-Kunsill Lokali ta' Bormla biex isir il-kumpless sportiv u ground full size quddiem De La Salle, Cottonera? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jibda l-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li qatt sar xi ftehim formali mal-Kunsill Lokali Bormla dwar xi kumpless sportiv u football ground full size biswit il-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera. Madanakollu informat li diġa' beda jitwettaq l-ewwel stadu tal-proġett tal-bini ta' Ċentru Sportiv Reġjonali fil-Kottonera, li fost l-oħrajn mistenni li jkun jinkludi l-bini ta' football ground 5-a-side.
Leg 9 PQ #13506 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Vjal Cottoner -Tinġiż ta' l-ambejnt

Question

B'riferenza għall-mistoqsija numru 13187, peress li jiena kont qiegħda nistaqsi fuq it-tinġiż ta'l-ambjent ta'Vjal Cottoner,il-Fgura, bl-ammont kbir ta' żjut li qegħdin iħallu inġenji kbar ipparkjati fil-pjazza,jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ngħataw struzzjonijiet lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent biex jinvestiga u biex jieħu passi skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #13526 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Vjal Cottoner - Parking ta' inġenji kbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi aċċettat parking ta' inġenji kbar fi Vjal Cottoner, il-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura diġa talab lill-Pulizija biex jieħdu l-passi neċessarji biex ma` jsirx `parking` ta` vetturi kbar fi Vjal il-Kottoner. Sadattant il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jieħu l-passi meħtieġa flimkien mall-Kunsill biex jiġu nstallati tabelli biex dan l-ipparkjar ma` jkomplix isir.
Leg 9 PQ #13571 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Upgrading tal-promenade

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-CRC hux lest li jgħin lill-kunsilli lokali fl-upgrading biex jissebbaħ il-promenade tal-Kalkara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara kien talab lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għal għajnuna għal proġett ta' titjib tal-promenade wara li l-istess Kunsill Lokali kien diġa' ħareġ offerti għal dan ix-xogħol. M'huwiex possibbli li s-CRC jgħin f'offerta li tkun diġa' ħarġet minn Kunsill Lokali. Madankollu s-CRC offra li wara li jitlesta x-xogħol li għalih diġa' ħareġ offerta l-Kunsill Lokali, jkompli l-proġett minn fondi tiegħu. F'dan il-mument pero', s-CRC m'għandu l-ebda talba formali mill-Kunsill Lokali dwar dan.
Leg 9 PQ #13572 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Wied Għammieq - Impjant

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-impjant ta' Wied Għammieq, ix-Xgħajra, qed jiftah il-pipeline ta' max-xatt u mhux l-ieħor li hemm tul 750 metru 'l bogħod?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan sar minħabba li dan l-aħħar kien hemm xi ħsarat fil-'Pumping Station' ta' Wied Għammieq li huwa mistenni li fi ftit taż-żmien ieħor din il-ħsara tkun irranġata. Rigward il-problema tas-'submarine pipeline', din qiegħda tiġi investigata.
Leg 9 PQ #13614 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kalkara - Għassa

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm-il siegħa tinfetaħ kuljum l-għassa tal-Kalkara? X'inhi r-raġuni li d-dawl ta' l-għassa dejjem mitfi, speċjalment dak ta' fuq il-bieb ta' barra? Jista' jara li tinbidel il-bandiera ta' fuq il-bejt peress li l-kulur tagħha spiċċa bil-ħmieġ u bix-xemx u ma tinżel qatt? Jista' jikkonferma li l-istess saqaf ta' l-għassa tal-Kalkara jinsab fil-perikolu? Qatt saru spezzjonijiet minn periti biex jaraw l-istat tas-soqfa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minħabba l-esiġenzi tas-servizz, l-Għassa tal-Kalkara ma tkunx tista` tibqa` miftuħa kontinwament kuljum u għalhekk meta ma jkunx hemm Pulizija, id-dawl tal-Għassa ma għandux għalfejn jibqa` jixgħel. Dwar id-dawl ta` fuq il-bieb dan kellu xi ħsara u li ġie rranġat, u l-bandiera ta` fuq din l-għassa nbidlet. Dwar is-saqaf ta` din l-għassa, u ċioe` dak tas-sular ta` fuq, ninsab infurmat li dan kellu xi ħsara, pero` kien ġie rinforzat. Is-saqaf tal-pjan terran ukoll għandu bżonn xi tiswijiet u qed jittieħdu il-passi meħtieġa biex dan ix-xogħol isir.
Leg 9 PQ #13187 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Vjal Cottonier - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jaċċetta li inġenji kbar jipparkjaw fi Vjal Cottonier, il-Fgura liema vetturi qed iħallu ta' kuljum ammont kbir ta' żjut tal-makni fl-art, wara li s-sid iċaqlaqhom filgħodu, bil-konsegwenza li dan iż-żejt imur maż-żraben ta'dawk li jkollhom jgħaddu minn hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #13297 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2000 — Kumpens ta' Lm10

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-kumpens ta' darba ta' Lm10 lil kull persuna li fil-Budget 2000 ġie mwiegħed li se jingħata f'Jannar 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi l-kumpens imsemmi beda jitqassam fit-28 ta` Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12733 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-1996 ingħataw numru ta' vetturi wżati lill-Forzi Armati ta' Malta mill-Missjoni Militari Taljana kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12727 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista'jgħid x'tip ta' vetturi jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda vettura b'donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu bejn il-perjodu msemmi fil-mistoqsija. Jekk l-Onor Membru taf b'xi ħadd li jixtieq iwettaq dan il-ġest ġeneruż nistedinha tlaqqagħni mal-persuna konċernata.