Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se titħallas il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, wara li tmien snin ilu kellha toħroġ mill-post privat tagħha, liema post il-gvern waqqgħu biex illum insibu flats oħra tal-gvern - Santa Liena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċeduri tal-ħlas ta' proprjeta' akkwistata ssir mid-Dipartiment ta' l-Art. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex isirilhom l-eżami biex jieħdu l-permess tal-bini f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minnhom għamlu l-eżami għal permess tal-bini? Kemm minnhom għaddew u ħadu ċ-ċertifikat? X'inhu jsir mill-gvern biex jinkoraġġixxi bennejja ġodda jieħdu s-sengħa tal-bini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-liċenza ta' bennej (mason's licence) tingħata lil persuni 'l fuq minn tmintax-il sena.
Dwar l-ewwel tlitt partijiet tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onor. Membru tirreferi din lill-Ministru responsabbli mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi l-iskola tal-bini, filwaqt is-servizz ta' tagħlim u taħriġ f'dan il-qasam ser jissaħħaħ fi ħdan il-Kulleġġ Vokazzjonali li ser jitwaqqaf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fit-technology education school f'Bighi? Kemm minnhom huma għalliema u x'suġġet jgħallmu? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sahra minn mindu nfetħet l-iskola s'issa f'din l-aħħar sena? Fiex saret is-sahra? Kemm-il siegħa saret? Kemm tħallsu flus f'sahra?
Jista' l-Ministru jara għaliex bozza li qiegħda f'farmhouse numru 5, Sqaq ta' Għarar, limiti ta' Ħaż-Żabbar, ilu minn Ottubru li applika u għadha ma saritx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza msemmija saret fl-ewwel ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn parti ta' Triq Dejma, Fgura, quddiem is-Swan laundry, li suppost ingħatat tarmac bil-first phase 13-il sena ilu, imma ma saritx minkejja li l-kuntrattur dakinhar kien tħallas u m'għamilx ix-xogħol? Peress li żgur li mhux sew li l-familji li joqogħdu f'din it-triq ibatu minħabba irresponsabbilta' ta' ħaddieħor, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb, jekk hemm ħsieb, li ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi l-Onor. Interpellanta qed tagħmel allegazzjonijiet dwar xogħol li suppost sar, li tħallas iżda ma sarx, nitlobha tgħaddi l-informazzjoni li għandha ħalli din l-allegazzjoni tkun tista tiġi investigata.
Jista' l-Ministru jara kif żewġ bozoz li jinsabu fi Triq Dejma, Fgura, maġenb is-Swan laundry, ma ġewx imsewwija anke wara l-ħafna rapporti li saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-ewwel ta` dan ix-xahar, haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru jinvestigaw il-hsara msemmija u rrizultalhom li l-bozoz li hemm f`din it-triq fil-fatt jixghelu kollha.
Issa li għaddew bosta xhur fuq il-problema tat-trab iswed li jinżel fuq il-lokal tal-Fgura u l-inħawi, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa fuq din il-problema wara li anke saret petizzjoni mil-lokal tal-Fgura?
X'sar s'issa, x'riżultat ħareġ u x'se jsir 'il quddiem?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13939 (Seduta 245).
Jista' l-Ministru jgħid xi stock ta' riżerva għandu f'bozoz u antenni tad-dawl għat-talbiet li jsiru għal street lighting?
Meta kienet l-aħħar ħażna ta' bozoz li nxtrat u meta se jinxtara stock ieħor?
Kemm kienet in-nefqa għal dawn il-bozoz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nahseb li l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi ghall-hazna ta` bozoz u lanterni li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta. Jiena nfurmat li bhalissa l-Korporazzjoni ghandha hazna ta` 19,861 bozza u 203 lanterni ta` diversi vultaggi. L-ahhar kunsinna ta` din il-hazna waslet ghand l-Enemalta fil-21 ta` Frar ta` din is-sena.
Il-Korporazzjoni qed tistenna li jaslulha diversi ordnijiet li ghamlet ghal 18,000 lampa u 3,950 lanterna ta` vultaggi varji. L-ispiza ghal dawn l-ordnijiet mistennija tlahhaq madwar Lm204,000.
Żabbar — Triq Zarzarell/Triq il-Farfett tal-Fejgel
Question
Jista' l-Ministru jara kif rapport li sar f'Ottubru tal-1999 fuq bdil ta' bozza li tinsab fuq Nru. 23, fi Triq Zarzarell u bejn Triq il-Farfett Tal-Fejgel, Żabbar għadha ma saritx?
X'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li wara li haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru fil-post indikat, irrizulta li kuntrarjament ghal dak li qed tghid l-Onorevoli Interpellant, il-bozza li hemm fuq il-bieb numru 23 m`ghandha ebda hsara.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13915, peress li d-dar bin-numru 37, Triq Xandru, Bormla, hija dar tal-gvern li tinsab vakanti, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex issir inspection tagħha peress li fiha qed jikkawżaw inkonvenjent lid-dar numru 4? Jistgħu dawn il-ħsarat jissewwew jew, jekk hu l-każ, ir-residenti ta' dar numru 4, jiġu offruti post alternattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidher li d-dar li dwarha qegħdha tistaqsi l-Onor. Interpellant mhijiex tal-Gvern. Madanakollu jien ser ngħaddi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu ċ-ċeramika blu l-majolica vaults li snin ilu kellu jkun għal wiri fil-kantina ta' Kastilja? Fejn jinsab bħalissa?
Kemm-il biċċa nsibu minn din iċ-ċeramika?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nifhem li l-Onorevoli Nterpellant qed tirreferi għall-kollezzjoni ta' 'l fuq minn 550 oġġett taċ-ċeramika tat-tip Majolica.
L-inventarju ta' din il-kollezzjoni jinżamm mid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-talba ta' l-applikanta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma resqitx għad-deċiżjoni tal-bord ta'l-Awtorita' ta'l-Ippjanar, peress li din il-persuna għandha diżabilita' fl-għajnejn u qed tistenna l-permess bil-ħerqa? Jista' jgħid fiex waslet it-talba ta' din il-persuna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rreferit għaliha l-Onor. Interpellanti kien hemm bżonn li jsiru konsultazzjonijiet dwarha ma` dipartimenti oħra u għalhekk ħadet ftit aktar fit-tul minn oħrajn. Ninsab infurmat ukoll li r-rapport dwar din l-applikazzjoni qiegħed jiġi preparat u hu mistenni li jkun finalizzat llum.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx inspection fid-dar bin-numru 37, Triq Xandru, Bormla?
Jista' jikkonferma li din id-dar tinstab fi stat perikoluż?
Jaf li d-dar tan-numru 4, Sqaq Xandru, Bormla qed tiġi affettwata b'ammont ta' ġebel nieżel fid-dar tagħhom?
Għandu xi pjan għal din il-ħsara?
X'possibbilta' għandha l-familja msemmija biex tiġi offruta post alternattiv qabel issir xi aċċident?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-ebda wieħed mill-indirizzi mogħtija ma hu f'idejn id-Dipartiment u lanqas hemm xi applikazzjoni pendenti mingħand dawk li joqgħodu fihom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ tal-familja li ilha tapplika għal dawn l-aħħar 25 sena għal dar alternattiva, li d-dettalji tagħha qed jntbagħtu separatament?
Kemm għandha punti?
X'kienet ir-raġuni li qatt ma ġiet offruta post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-familja indikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment u d-dar fejn joqgħodu mhiex f'idejn id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara kif bozza fuq bieb numru 161, Merħba Street, Fgura, ilhom xhur li rrapportaw biex tissewwa u sal-lum għadha ma saritx?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-istharrig necessarju u eventwalment tittiehed l-azzjoni mehtiega
Jista' l-Ministru jara li titneħħa karozza mkissra Austin tal-kulur aħmar li tinstab bejn il-plot vojt fit-Triq Merħba, bejn Triq Summiena u Triq is-Sur, Fgura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-vettura li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex tissewwa ħsara fi bracket tad-dawl li hu perikoluż li jinsab fuq il-bieb bin-numru 37, Nelson Street, Bormla? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għalkemm saru diversi rapporti ma sar xejn biex dan jiġi rimedjat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-isqaq fejn jinsab dan il-bracket huwa dejjaq hafna u dan johloq problema biex jintlahaq tali bracket. Madanakollu jiena nfurmat li qed isiru l-arrangamenti mehtiega biex ix-xoghol ikun jista` jsir.
Jista' l-Ministru jara kif fil-poliklinika ta' Bormla mara li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li marret tagħmel it-testijiet fit-30/1/00 għal cholesterol, kliewi, thyroid, zokkor, eċċ ħadet ir-riżultati fit-8/2/00 fuq żewġ ismijiet separatament li wkoll qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jinvestiga kif u għaliex sar dan l-iżball, peress li minħabba d-dewmien din il-mara li tgħix bir-relief spiċċat laħqet marret għand it-tabib u xtrat il-pilloli għal xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-records taċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Bormla l-pazjenta attendiet il-klinika ta` Bormla fl-31-1-00. Ir-riżultati ingħataw lill-pazjenta fl-8-2-00 li hu perjodu ta` żmien raġonevoli fin-norma ta` żmien li jaslu lura testijiet tad-demm ta` rutina mhux urġenti.
Ġara izda li filwaqt li n-numru tal-karta tal-identita` kien korrett u uniformi fuq il-formoli kollha, l-ewwel isem kien imniżżel ħażin fuq il-formoli tar-riżultat forsi għaliex ma kienx miktub ċar mit-tabib-a li mela-imliet it-talba.
Minħabba illi l-pazjenta daħlet f`dubju għaliex l-ewwel isem kien żbaljat, ġie offrut lilha li jekk trid tirrepeti it-testijiet u fil fatt hekk sar.
Biex jiġu evitati żbalji simili, dalwaqt se jiddaħħlu l-label printers fiċ-Ċentri tas-Saħħa.