Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid kemm hemm vannijiet fiċ-ċentru persuni b'diżabilita' ta' Ħal Far? Kemm minnhom qed jiffunzjonaw? Jista' jikkonferma li hemm vann li għandu bżonn maintenance fuq il-brejkijiet u xorta qed jaħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hemm żewġ vannijiet fiċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Ħal Far biex iġorru persuni b'diżabilita' li qegħdin f'"wheelchairs".
Qiegħed jiffunzjona wieħed minnhom, l-ieħor qiegħed għat-tiswija. Sadanittant inkera van mingħand ditta privata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm taxpayers li jaħdmu t-Tarzna u li tħallsu mill-1997 'l hawn wara li dehru quddiem l-Ombudsman? Kemm kienu dawk li bbenefikaw? Kemm hu n-numru totali tal-ħaddiema li qed jistennew biex jieħdu l-arretrati sal-lum? Kemm jilħaq l-ammont globali ta' flus li jrid jingħata lil dawn il-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ma tistax tingħata għax ma taqax taħt dan id-dekasteru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-ħaddiema tarznari jistennew biex jieħdu l-arretrati mill-1 ta' Jannar tal-1994 sa l-aħħar tas-sena 1996 wara li dehru quddiem l-Ombudsman?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ma tista tingħata għax ma taqax taħt dan id-dekasteru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid tistax issir inspection fuq boundary tal-ġnien Patri Redent Gauci, Fgura, peress li d-disinn tiegħu qiegħed bil-Qulets (bil-ponta) u jista' jkun ta' periklu għat-tfal li jkunu qegħdin jilagħbu fil-ġnien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-disinn ta' dan il-ħadid sar mill-Kunsill Lokali. Madanakollu irreferejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru brethalyser tests minn meta dan ir-regolament daħal fis-seħħ? Jista' jgħid kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista' jgħid f'dan il-każ x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn meta l-emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap 65) dwar it-testijiet tan-nifs ġew fis-seħħ fil-25 ta` Mejju, 1998, sal-21 ta` Marzu, 2000, kien hemm 289 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 245 irriżultaw pożittivi. F`kull każ fejn ir-riżultat tat-tieni test, ikun pożittiv, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-proċedura tal-pulizija li meta jsiru kollużjonijiet u aċċidenti tat-traffiku b'vetturi li fihom ikun hemm persuni li jsofru ġrieħi jew jikkawżaw ġrieħi fuq ħaddieħor isir il-brethalyser test biex ikun stabilit jekk dawk involuti kenux taħt effett ta' l-alkoħol? Jista' jgħid kemm-il test sar f'dan is-sens? Kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista' jgħid f'dan il-każ x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċeduri imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija jkunu segwiti meta, uffiċjal tal-pulizija jkollu suspett raġonevoli li persuna kienet issuq jew kienet fil-kontroll ta` vettura bil-mutur fit-triq jew f`post pubbliku ieħor meta dik il-vettura kienet involuta f`accident.
Dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul din is-sena, sat-23 ta` Marzu, saru 17 il-test tan-nifs fuq sewwieqa li kienu involuti f`inċidenti tat-traffiku u kollha kienu fil-pożittiv u qed jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni/ijiet għal ħruġ ta' memo fl-20 ta' Marzu, fl-uffiċini ta' l-ETC ta' Bormla, fejn jingħad li ħadd ma jista' jieħu l-vacancies jekk mhux dawk li jkunu qed jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Memo li qed tirreferi għalih l-Onor. Membru hu ndirizzat lill-istaff tal-"Job Centres" tal-ETC u hu intenzjonat biex ma jsirux abbużi mis-sistema tal-vacancies li jkunu jidhru fil-"Job Centres".
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet mill-ministeru wara li l-kunsill lokal tal-Fgura kien poġġa petizzjoni fil-Kamra tal-Parlament minħabba trab iswed fil-lokal u ta' madwar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14125 (Seduta 250).
Jista' l-Ministru jgħid tistax isir inspection fuq boundary tal-ġnien Patri Redent Gauci, Fgura, peress li d-disinn tiegħu qiegħed bil-Qulets (bil-ponta) u jista' jkun ta' periklu għat-tfal li jkunu qegħdin jilagħbu fil-ġnien?
Jista' jgħid min ħa d-deċiżjoni ta' dan id-disinn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Peress li l-kostruzzjoni tal-ġnien Patri Redent Gauci fil-Fgura tnegħdiet mid-Dipartimaent tal-Bini u Tiswija ta' Djar, l-Onor. Interpellanta hija mitluba tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni ta' maintenance li sar fl-1994 għal tibjid fi Blk B4 Housing Estate, Fgura ma sarx sal-ġurnata tal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif aktarx tifhem l-Onor. Interpellant, xogħol ta' tibjid tat-taraġ mhuwiex kunsidrat bħala prijorita'. B'hekk fl-ewwel snin li kien twaqqaf id-Dipartiment l-aktar li kkonsista kien fuq xogħolijiet aktar serji bħal bdil ta' soqfa u katusi perikolużi u xogħol ta' aperturi fil-komun. Issa li ġew eliminati l-agħar każijiet, id-Dipartiment beda programm ta' tibjid ta' tronob speċjalment dawk li ilhom approvati. Dak indikat mill-Onor. Interpellant fil-fatt ġie approvat f'April ta' l-1996 u għalhekk aktarx isir aktar tard.
Jista' l-Ministru jara li arblu li jinsab ħdejn bieb 11 Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xgħajra, jinbidel? X'kienet ir-raġuni li għadu ma nbidilx, anke wara li r-residenti għamlu diversi lmenti, peress li dan l-arblu jinsab fi stat ta' deterjazzjoni u hu perikoluż sia għal pedestrians u anke għar-residenti tal-viċin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat, li wara spezzjoni li saret minn impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta,jirrizulta li l-arblu in kwistjoni mhuwiex f`periklu li jaqa`. Madanakollu, wara li diga` kienet saret talba simili qabel, qeghdin isiru l-arrangamenti mehtiega, flimkien ma` kumpaniji ohra li qed jaghmlu uzu minn dan l-arblu, sabiex dan jitnehha fl-ewwel opportunita`.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14601, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid meta se titħallas il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, wara li tmien snin ilu kellha toħroġ mill-post privat tagħha, liema post il-gvern waqqgħu biex illum insibu flats oħra tal-gvern - Santa Liena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond li qed tagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellanti kien ġie mixtri fl-14 ta` Novembru 1980, mill-familja li d-dettalji tagħha ngħataw separatament. Dan il-fond inxtara b`irkant minn terzi fit-8 ta` Novembru 1991. Għalhekk il-familja li saret referenza għaliha fil-Mistoqsija ma għandha ebda titolu għal kumpens mid-Dipartiment ta` l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min hu/huma d-direttur/i ta' l-iskola tat-technology education? Xi grad għandhom u x'livell ta' edukazzjoni għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, filwaqt li ma hemmx xi skola speċifika tat-technology education, dan is-suġġett jiġi mgħallem fi skejjel tas-snajja u f'xi skejjel Sekondarji tal-Bniet. F'dawn l-iskejjel imsemmija, minbarra l-core subjects, jiġi mgħallem ukoll it-Technology Education. L-iskejjel huma :
Marsa Boys' Trade School
Umberto Colosso Boys' Trade School
Naxxar Boys' Trade School
Victoria Boys' Trade School
Xagħra Girls' Trade School
Cospicua Girls' Trade School
Rabat Girls' Secondary School
St. Andrew's Girls' Secondary School
dawn l-iskejjel huma mmexxija minn Kapijiet ta'l-iskola.
Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel tat-technology education? F'liema lokal qegħdin dawn l-iskejjel? Kemm hemm għalliema u x'suġġetti jgħallmu? Jista' jgħid jekk saritx sahra f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Fiex saret is-sahra? Kemm-il siegħa saret? Kemm tħallsu flus f'sahra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemmx skola li speċifikament tgħallem it-technology education. Dan is-suġġett jiġi mgħallem fi skejjel tas-snajja u xi skejjel sekondarji tal-bniet u u n-numru ta' għalliema li jgħallmu f'dawn l-iskejjel hu kif jidher hawn taħt:
Marsa Boys' Trade School 39 għalliem
Umberto Colosso Boys' Trade School 76 għalliem
Naxxar Boys' Trade School 80 għalliem
Victoria Boys' Trade School 7 għalliema
Xagħra Girls' Trade School 11 għalliem
Cospicua Girls Secondary School 53 għalliem
Rabat Girls' Secondary School 55 għalliem
St. Andrews' Girls' Secondary School 38 għalliem
Informat ukoll li t-tagħlim li jsir wara l-ħin ta' l-iskola mhux kunsidrat bħala sahra iżda extra teaching duties. Hemm żewġ kwalitajiet ta' lezzjonijiet li jsiru wara l-ħin:
1) lezzjonijiet lill-istudenti ta' l-istess skola, bħala "continuation lessons"
2) lezzjonijiet lil studenti li jattendu l-korsijiet ta' filgħaxija.
L-iskejjel tas-snajja li fihom issir il-continuation huma Umberto Colosso ta' St.Venera u Stefano Zerafa tan-Naxxar.
Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija qiegħed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-parti tat-triq man-naħa tad-djar ta' Triq id-Dejma, Fgura, li tinsab quddiem l-iSwan Laundry? Meta se ssir, peress li issa diġa' ilha 13-il sena mħarbta?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`hemmm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14380.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir it-tarmak bl-ewwel fażi fi Triq New Street in Carmel Street, Fgura?
Jekk iva, jista' jgħid meta se jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq il-Gardjola, Fgura bit-tarmak bl-ewwel fażi?
X'inhi r-raġuni li damet daqshekk biex issir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal new street lighting fi New Street in Carmel Street, Fgura? Jekk iva, se jitwaħħlu l-bozoz peress li preżentement fi triq sħiħa ma tinsab l-ebda bozza t- triq hija perikoluża u fid-dlam?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma ghandha l-ebda talba pendenti biex jitwahhlu lampi godda fi triq gdida fi Triq il-Karmnu, l-Fgura. Madanakollu din it-talba qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kif triq li issa tista' tgħid kważi nbniet kollha għad lanqas għandha isem?
Jista' l-Ministru jgħid meta din it-triq li tinsab fi New Street in Carmel Street, Fgura se tingħata isem?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq kien talab għal aktar informazzjoni dwar l-isem propost mill-Kunsill Lokali tal-Fgura għat-triq li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanti, liema nformazzjoni waslet permezz ta` ittra fax datata 31 ta` Jannar, 2000.
Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmi Kumitat ser jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar l-isem ta` din it-triq fl-ewwel mument opportun.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatment, ilha seba' xhur tistenna li tieħu l-flus tal-pensjoni, u li s'issa għadha ma rċevit xejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Membru li 'l-persuna indikata minnha, għandha tirċievi l-aġġustament fil-pensjoni fl-1 ta' April, 2000.
Din il-persuna ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar il-ħlas dovut lilha.