Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16184 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Wied il-Għajn — Triq l-Aħdar - asfalt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Triq l-Aħdar f'Wied il-Għajn, hijiex se tkun fil-lista ma' dawk biex isirilha l-asfalt? Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb għal dan ix-xogħol peress li l-bini f'din it-triq inbena kollu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq għadhom qed jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi privati u għad iridu jitqiegħdu l-`mains` ta` l-ilma barra li għad hemm aktar x`jiżviluppa. Għalhekk it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.
Leg 9 PQ #16185 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birżebbugia — Football ground ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ipproġettat l-ground tal-football ġdid għall-Birżebbugia? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex se jsir fiż-żmien qarib u fil-każ, meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kemm il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, kif ukoll il-klabb tal-football lokali qed jipproġettaw ground tal-football. Dan il-Ministeru qed jappoġġja t-talba tal-Kunsill Lokali, li tinkludi t-talba tal-klabb, biex jakkwistaw l-art u dan billi intervjena ma' l-awtoritajiet konċernati.
Leg 9 PQ #16186 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tat-Trade School li għalqu? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti jieħdu t-tagħlim f'dawn l-iskejjel? Jista' l-Ministru jgħid x'ser jagħmlu studenti li sena oħra ma jkollhomx livell akkademiku tajjeb u jkunu jixtiequ jitgħallmu trade?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena ma għalqet ebda skola tas-Snajja'. Il-korsijiet kollha li kienu jsiru f'dawn l-iskejjel ser jibqgħu jsiru s-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #16187 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-makkinarju tal-workshops tal-iskejjel li kienu jintużaw għat-tagħlim fit-Trade Schools ta' Dun Ġwann Mamo, Umberto Colosso u tan-Naxxar? X'sar minnu dak il-makkinarju ta' l-iskejjel li għalqu qabel bħal dawk ta' Bighi, ta' Ħal Qormi u dawk tal-Floriana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-makkinarju li jeżisti fl-iskejjel indikati se jibqa' jintuża minħabba li s-sena d-dieħla l-istess skejjel se jibqgħu miftuħin. Informat ukoll li l-makkinarju ta' dawk l-iskejjel li kienu għalqu qed jintuża fi skejjel oħra biex jiġi mgħallem is-suġġett ta' l-edukazzjoni Teknoloġika.

Djar — Kalkara

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jitlesta l-istudju sabiex jara kif jista' jagħmel użu aħjar minn art li l-bini ta' fuqha jkun jew kollu proprjeta' tal-gvern jew inkella l-maġġoranza ta' proprjeta' hija tal-gvern, skond il-mistoqsija parlamentari numru 16089?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa mistenni li l-istudju jitlesta fi żmien qasir.

Stabbilimenti ta' l-ikel — Spettorat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna spettorat li jinvestigaw stabbilimenti ta' l-ikel fuq iġjene? Jekk iva, kemm? Jista' l-Ministru jgħid jekk għandniex spettorat li jassiguraw safety fuq il-post tax-xogħol? Jekk iva, kemm u kif jaħdmu dawn l-ispetturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ewwel parti tad-domanda tirrigwarda l-ispettorat Sanitarju, li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru għas-Saħħa. Rigward it-tieni parti tad-domanda, l-Onor. Interpellanta għandha tkun taf li l-ispettorat għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol jinstab fit-Taqsima li għandha l-istess isem, u li tifforma parti mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Sallum hemm ħdax 'il persuna appuntati bħala Spetturi skond l-Att numru VII tal-1994. Din it-Taqsima, kif ukoll ir-rwoli assenjati lill-Ispetturi u lid-Direttur skond l-Att imsemmi dalwaqt ser jiġu trasferiti lill-Awtorita' li dalwaqt ser jistabbilixxi dan il-Gvern. Abbozz ta' din il-liġi ġie ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 t'April 2000.
Leg 9 PQ #15997 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Qtugħ tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' Diċembru 1999, Jannar, Frar u Marzu 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad, li meta abbonat jonqos milli jhallas il-kontijiet tat-telefon, il-Maltacom, wara li tkun avzatu diversi drabi biex jirregola ruhu u dan jibqa` passiv, tiehu zewg passi. L-ewwel, il-linja ta` l-abbonat tigi ristretta b`mod li jkun jista` jircievi telefonati pero` hu ma jkunx jista` jcempel. Wara dan il-pass, dejjem jekk l-abbonat jibqa` ma jirregolax ruhu, il-Maltacom tghaddi biex taqta` s-servizz ghal kollox. Jiena nfurmat li matul ix-xhur imsemmija, l-Maltacom ghamlet dawn ir-restrizzjonijiet u qtugh tas-servizz tat-telefon f`postijiet residenzjali Dicembru 1999 12-il restrizzjoni 20 qtugh Jannar 2000 2,562 restrizzjoni 532 qtugh Frar 2000 47 restrizzjoni 3 qtugh Marzu 2000 1,477 restrizzjoni 550 qtugh Kemm ir-restrizzjonijiet kif ukoll il-qtugh kien jinvolvi abbonati minn diversi lokalitajiet ta` Malta u Ghawdex.
Leg 9 PQ #15998 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Qtugħ tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' Diċembru 1999, Jannar, Frar u Marzu 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjosu li ghalih qed issir riferenza n-numru ta` sospensjonijiet tal-kurrent elettriku minhabba kontijiet pendenti kien kif gej: Dicembru 1999 60 sospensjoni Jannar 2000 92 sospensjoni Frar 2000 114 sospensjoni Marzu 2000 120 sospensjoni Ma tinzammx statistika minn liema lokalitajiet tkun saret is-sospensjoni. Madanakollu wiehed jista` jghid li s-sospensjoni kienet mifruxa mal-pajjiz kollu.

Djar — Kalkara

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti tal-Kalkara, bini tal-gvern, li joqogħdu fit-toroq l-Isptar Navali u Luwiġi Pisani itteħdilhom id-dettalji tal-fond? Jista' jispjega xi ħsieb għandu għal dawn id-djar/flats ta' dawn it-toroq? Jekk dawn ir-residenti se jkunu mġiegħla joħorġu minn djarhom, jista' jgħid fejn u f'liema lokal alternattiv se jintbagħtu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jassigura li dawn ir-residenti Kalkariżi jibqgħu jgħixu fil-Kalkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qed jagħmel studju sabiex jara kif jista' jagħmel użu aħjar minn art li l-bini ta' fuqha jkun jew kollu propjeta' tal-Gvern jew inkella l-maġġoranza ta' propjeta' hija tal-Gvern. Għal dan il-għan, il-Gvern qed jagħmel studju fuq blokk bini ġewwa Pembroke kif ukoll fuq l-Area ta' l-Isptar Navali ta' Bigħi. Il-ħsieb tagħna hu li jsir dan l-eżerċizzju f'diversi partijiet ta' Malta u Għawdex bl-iskop li nagħmlu użu aħjar ta' l-art, li ntejbu l-ambjent li fiħ jgħixu l-familji Maltin u li nkunu nafu b'mod aktar preċiż x'inhu l-ambjent li fiħ jgħixu l-familji li jikru postijiet tal-Gvern. Nistenna li l-Gvern ikollu l-appoġġ sħiħ ta' kulħadd f'dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #15940 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pulizija — Birgu - Party

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 15796 li oriġinarjament saret lill- Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe: Jikkonferma jekk fis-16 ta' April, 2000 fil-berġa ta' l-Inglizi, illum librerija fil-Birgu, saritx xi attivita' ta' party? Għand min qegħdin iċ-ċwievet u min jieħu ħsieb dan il-post? Mingħand min ingħata l-permess li jsir dan il-party f'post tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar is-16 ta' April 2000 ma saret ebda attivita` ta' party. Kemm il-persuni li jieħdu ħsieb il-Librerija Reġjonali fil-Berġa ta' l-Ingliżi u kemm l-awtoritajiet tad-Dipartiment ma kellhom ebda talba biex issir attivita` bħal din imsemmija. Iċ-ċwievet tal-post jieħdu ħsiebhom l-impjegati li jaħdmu fuq il-post jiġifieri Casual Library Assistant li għandha r-responsabbilta` tal-Librerija u General Hand li jieħu ħsieb il-manteniment tal-post u tindif.
Leg 9 PQ #15944 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq Buqqexkem - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 15795?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15795.

Pensjonijiet — Dockyard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-pensjonanti li spiċċaw bl-early retirement scheme se jirċievu l-pensjoni mid-dockyard, se jirċievu ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja u l-arretrati, issa li għaddew diġa' tliet xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li x-xogħol fuq ir-reviżjonijiet dovuti tlestew mid-Dipartiment u r-rati reveduti tal-pensjonijiet taħt l-Early Retirement Scheme ntbagħtu lit-Tarzna. Skond l-aħħar informazzjoni li għandu d-Dipartiment l-arretrati u r-rati dovuti ser jitħallsu mit-Tarzna dalwaqt.
Leg 9 PQ #15794 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — MPO71/99 - Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-applikanti li applikaw biex joqogħdu għall-eżami għal post of senior operative/plasterer and painter fid-dipartiment tat-turiżmu MPO No71/99 li sar f'Novembru? Kemm minnhom għaddew mill-eżami? X'marki ġabu kull applikant? Min kienu, isem kunjom u ID ta' dawk li għaddew?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għall-eżami ta' 'Senior Operative/Plasterer' kienu applikaw 18 il-persuna, minn dawn erbgħa (4) ma kienux ġew għat-'Trade Test'. Wara kuntatt mad-Dipartimenti fejn jaħdmu ġie konfermat li dawn ma kienux iktar interessati fil-pożizzjoni. Il-kandidati li għaddew mill-ewwel parti kienu erbatax (14). Dawn ġew infurmati personalment u mogħtija d-data biex jattendu għall-intervista. Minn dawn persuna waħda m'attendiex għall-intervista. Il-Bord baqa' jistenna lil din il-persuna 30 minuta wara li ntemmu l-intervisti. Minn dan l-eżami għaddew tnax (12) il-persuna. Il-marki li dawn ġabu u l-ordni tal-mertu kienu ppubblikati kemm fl-Uffiċċju tal-'PSC' kif ukoll fin-'Notice Board' tad-Dipartiment tat-Turiżmu. Din il-pubblikazzjoni ġiet pubblikata fil-gazzetta tal-Gvern kif jitolbu r-regolamenti tal-'PSC'.
Leg 9 PQ #15795 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq Buqqexkem - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' kurrent qawwi li seħħ fit-12 ta' April, 2000 fl-4.00 a.m. fil-Fgura, speċjalment fi Triq Buqqexkem? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm toroq oħra rappurtati b'dan l-inkonvenjent? Liema huma? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ir-residenti jistgħux jieħdu kumpens għall-ħsarat li sarulhom, speċjalment fl-appliances tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza kienet kaġun ta' qtugħ ta' 'neutral' fuq is-sistema ta' Vultaġġ Baxx. It-toroq li ġew effettwati kienu Triq it-Tagħlim, Triq is-Suq u Triq Buqexrem. Il-każ qed jiġi mistħarreġ sabiex it-talbiet li saru jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #15796 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birgu -Party

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fis-16 ta' April, 2000 fil-berġa' ta' l-Ingliżi, illum librerija fil-Birgu, saritx xi attivita' ta' party? Għand min qegħdin iċ-ċwievet u min jieħu ħsieb dan il-post? Mingħand min ingħata l-permess li jsir dan il-party f'post tal-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dik il-parti tal-Berġa ta` l-Ingliżi fil-Birgu fejn hemm il-librerija qiegħda f`idejn it-Taqsima ta` l-Edukazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15617 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Erin Serracino Inglott

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' l-istudenti li jattendu l-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla? Kemm hemm tfal fl-iskola? Kemm kien in-numru ta' studenti li kienu assenti mill-iskola ġurnata b'ġurnata mill-1 ta' Frar sa l-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni ta' dan l-assenteiżmu mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li jattendu fl-iskola Erin Serracino Inglott, Bormla, huma: Form I - 134 Form II - 109 Form III - 68 Form IV - 104 Form V - 97 Total - 512 Lista bin-numru ta' studenti li kienu assenti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna soċjali — Care workers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu mgħajta dawk il-care workers li għamlu l-interview xhur ilu, meta tant hawn nuqqas tagħhom? Jista' jikkonferma li qed jingħajtu casual care workers mislufa minn Dar il-Wens? Kemm hemm casual care workers f'Malta u Għawdex mislufa minn Dar il-Wens f'kull ċentru tat-taħriġ u f'liema ċentri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) F'Settembru 1999, ġie ppublikat ir-riżultat għas-sejħa ta' Careworkers maċ-Ċentri ta' matul il-Jum li l-Ministeru għandu f'Malta. Il-Ministeru diġa' bagħat għall-ewwel 34 careworkers skond dan ir-riżultat. Sitta minnhom ma aċċettawx dan l-impjieg waqt li numru minnhom kienu diġa' jaħdmu f'dawn iċ-Ċentri imma mhux fil-grad ta' careworkers. Fil-preżent saret talba lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jidħlu s-sitta li jmiss. b) Minħabba li l-proċess biex jiġu ngaġġati dawn il-Careworkers twal ħafna u minħabba l-bżonn kbir li ċ-Ċentri kellhom għas-servizz ta' dawn il-ħaddiema, il-Ministeru talab l-għajnuna ta' Dar il-Wens. Din l-organiżżazzjoni mhux governattiva pprovdiet lill-Ministeru 10 casual careworkers għal tlett xhur, liema żmien seta' jiġi mġedded. Fil-preżent dawn l-għaxar casual careworkes fil-fatt għadhom jaħdmu f'dawn iċ-Ċentri. c) Fil-preżent hemm 10 casual careworkers mislufa minn Dar il-Wens u li kollha qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum li l-Ministeru għandu f'Malta. Dawn huma mqassmin hekk: Ċentru ta' Ħal Far - 3 Casual Careworkers Ċentru ta' l-Imtarfa - 2 Casual Careworkers Ċentru ta' M'Scala - 2 Casual Careworkers Ċentru ta' Santa Venera - 3 Casual Careworkers

Għajnuna soċjali — Coaches bil-lift

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet biex jinxtraw coaches bit-tail lift biex jinġarru wheelchair cases? Jista' jikkonferma jekk għandux ħsieb jinkrew xi coaches bit-tail lifter?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma kien hemm l-ebda talba biex jinxtraw 'coaches' bit-'tail-lift' biex jinġarru 'wheelchair cases'. Fil-fatt kull Ċentru tat-Taħriġ għandu 'coaches' biżżejjed biex jinqeda għalissa. L-aħħar 'coach' bit-'tail-lift' li nxtara wasal f'Jannar li għadda u ingħata liċ-Ċentru ta' Fleur-de-Lys. M'hemmx ħsieb li jinkrew 'coaches' bit-'tail-lift' ħlief meta xi 'coach' tal-Gvern tkun bil-ħsara għal żmien twil.

Għajnuna soċjali — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-ikel li qed jitqassam fiċ-ċentri kollha ta' Malta lill-persuni b'diżabilita' hux garantit għal ġranet fil-futur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali għadu kemm ħatar Assistent Direttur responsabbli mill-ħames Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'Diżabilita' li l-Ministeru għandu. Bħala wieħed mill-ewwel inkarigu li dan l-uffiċjali ngħata hu li jagħmel studju tas-servizzi li dawn iċ-ċentri qed joffru biex dak li hu tajjeb inkomplu niżviluppawh, dak li hu inqas tajjeb ntejbuh waqt li dak li mhux tajjeb jew li mhemmx bżonnu nwarbuh. Fil-preżent, il-Ministeru qiegħed f'dan l-istadju ta' studju u għadhom ma ttieħdu l-ebda deċiżjoni. Dan l-istudju jinkludi ukoll is-servizz ta' ikla żgħira li ċ-Ċentri jipprovdu lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fihom.

Għajnuna soċjali — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-persuni nkarigati biex jiffirmaw il-karti meta jidħol il-ħalib fiċ-ċentri tal-persuni b'diżabilita', ċentru ċentru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji bil-firem tal-persuni li ddikjaraw id-dħul tal-ħalib fiċ-ċentri, tax-xhur ta' Frar u Marzu kollu, ġurnata ġurnata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuni fiċ-Ċentri tat-Taħriġ għall-Adulti, li jiddikjaraw id-dħul tal-ħalib fiċ-Ċentri, matul ix-xhur ta' Frar u Marzu huma kif indikat fit-tabella hawn taħt: Ċentri ta' Fleur-de-Lys Is-Sur Emy Debono, Kap taċ-Ċentru Is-Sur Paul Scerri, Assistent Kap Ċentru ta' l-Imtarfa Is-Sinjorina Agatha Dimech, Ass. Careworker Is-Sinjorina Carmen Ebejer, Ass. Careworker Ċentru ta' Wied il-Għajn Is-Sur Frans Spiteri, Kap taċ-Ċentru Is-Sur Charles Pace, Assistent Kap Ċentru ta' Taħriġ għall- Is-Sinjura Maria Azzopardi, Kap taċ-Ċentru Persuni Neqsin mid-Dawl Is-Sinjura Antonia Chambers, Assistent Kap Sta Venera Is-Sinjura L Friggieri, Cleaner Ċentru ta' Ħal Far Ma kienux qed jiġu ffirmati karti ta' dħul ta' ħalib Ċentru ta' Għajnsielem, Is-Sur John Camilleri, Kap taċ-Ċentru Għawdex Dwar iċ-Ċentru ta' Ħal Far, l-Assistant Kap, is-Sur Godfrey Darmanin spjega li d-'delivery man' idaħħal il-ħalib fiċ-Ċentru fil-preżenza tiegħu, u kull meta kien bil-'leave' fil-preżenza tal-Kap taċ-Ċentru. Ma jidhirlix li hemm għalfejn inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji bil-firem ta' kull persuna. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant tixtieq tivverifika personalment dawn id-dokumenti, lest li nagħmel l-arranġamenti neċessarji.