Legislature:
Category:
Reset
Active:

Industrial and Employment Relations

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif, fiex u lil min se jibbenefikaw il-Lm50,000 Guarantee Fund li hemm imsemmija fil-Budget 2003 fl-Industrial and Employment Relations pg III?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37485 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Żebgħa ta' zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-dewmien biex jinżebgħu l-linji bojod fiż-zebra crossing ta' quddiem il-knisja tal-Fgura meta skond kif ġie mwiegħed dan ix-xogħol kollu jsir ġimgħat ilu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi fil-lokalita' indikata mill-Onor. Interpellant hu ppjanat li ssir pelican crossing u għalhekk ma jistgħux jinżebgħu l-linji bojod taż- zebra crossing . Ix-xogħol biex jitwaħħlu l-arbli tlesta l-ġimgħa l-oħra u kellu jibda' x-xogħol tad-dawl din il-ġimgħa. Dan ix-xogħol hu ppjanat li jibda' hekk kif jieqaf il-maltemp.
Leg 9 PQ #37472 Sitting 829 2002-12-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Films f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37239 u cioe' jgħid x'kien jisimhom il-films li nħadmu f'Malta u min kienu l-producers tagħhom sena b'sena mill-1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni b'Diżabilita`

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn jinsabu l-postijiet li kkwota fil-budget speech 2003 pg 35 taħt il-titlu 'Persuni b'Diżabilita`'

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġetti kkwotati fid-diskors tal-Budget għas-sena 2003 li għamlet referenza għalihom l-Onor. Interpellanti qiegħdin fil-kumpless Vajrita f'Wied il-Għajn., il Housing Estate ta' Tewma, Ħal-Kirkop u l-Housing Estate tad-Dejma fil-Fgura. Irrid inżid li minbarra dawn it-tlett proġetti hemm proġett ieħor biex jipprovdi servizz residenzjali fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita'. Dan il-proġett hu fl-Imtarfa u xogħol fuq dan il-proġett jinsab fi stadju avanzat ħafna.
Leg 9 PQ #37239 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Films f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien jisimhom il-films li nħadmu f'Malta u min kienu l-producers tagħhom sena b'sena mill-1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37264 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Traffic Service

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapport tal-ftehim kollettiv li sar mal-ħaddiema tal-Air Traffic Service hekk kif intqal fil-mistoqsija parlamentari nru. 37177?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li skond il-ftehim li sar f'April ta' l-1998, meta impjegati tal-Forzi Armati ta' Malta u tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ġew fir-responsabbilta' tal-kumpanija Malta International Airport, il-ftehim kollettiv eżistenti f'dak iż-żmien ġie japplika għalihom ukoll. Dan kien ftehim industrijali li kien sar bejn il-Malta International Airport u l-Union Ħaddiema Magħqudin. Il-Malta Air Traffic Services tat għarfien liż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema fl-azjenda għal skop ta' rappreżentanza tal-ħaddiema. Il-Malta Air Traffic Controllers Association tirrappreżenta lill-impjegati operattivi, jiġifieri kontrolluri u assistenti kontrolluri. Din l-Assoċjazzjoni tinsab fi stadju ta' negozjar ta' ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Air Traffic Services. Il-General Workers' Union tirrappreżenta l-kumplament tal-ħaddiema ta' l-azjenda, jiġifieri il-communicators, it-tekniċi u l-industrijali. Il-Kumpanija qed tistenna l-proposti ta' l-Union biex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati membri ta' din il-Union.
Leg 9 PQ #37265 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Karozza ta' l-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm għandna karozzi liċenzjati jaħdmu bl-elettriku? Kemm hu n-numru ta' dawk il-karozzi reġistrati li jaħdmu bil-batterija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-numru ta' karozzi liċenzjati li jaħdmu bl-elettriku hu : Elettriku / Petrol (Hybrid) : 11 Elettriku: 1.

Housing Authority

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-akbar u l-anqas ammont ta' flus li ngħata lill-familji wara li bbenefikaw mill-iskema ta' l-Awtorita` tad-Djar sena b'sena mill-1999 sal-lum? X'kienet l-iskema li taħtha ngħata l-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #37297 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Titnaddaf/Culvert

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf culvert li tinsab fi Triq il-Karmelitani Fgura ħdejn il-pjazza ta' ħdejn il-knisja?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha fil-fatt hija wahda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #37155 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Airtraffic Service — Finanzjament

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed joħroġ finanzi l-Gvern għall malta airtraffic service, MATS, f'dawn l-aħħar 11-il xahar minn mindu ffirmat il-kumpannija? Fxiex kienu dawn l-ispejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Malta Air Traffic Services Limited ġiet imwaqqfa f'Marzu tas-sena l-oħra u bdiet l-operat tagħha fl-1 ta' Jannar 2002. Fil-bidu ta' din is-sena il-Gvern ħareġ miljun lira Share Capital bħala parti mix-xiri tar-radar. Il-Gvern ma ħareġ l-ebda finanzi għall-operat tal-kumpanija.
Leg 9 PQ #37177 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Air Traffic Service — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Air Traffic Service? X'inhu x-xogħol tagħhom? Xi grad għandu kull ħaddiem? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-overtime li qed jingħata lil dawn il-ħaddiema huwiex qed jingħata skond il-grad tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Malta Air Traffic Services għandha mitejn u għaxar persuni fuq il-payroll tagħha. Sitt impjegati huma fi gradi maniġerjali, mitejn u wieħed huma persuni li qabel kienu mpjegati jew mal-Forzi Armati ta' Malta jew mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili u tlieta huma studenti kontrolluri li ġew impjegati din is-sena. Is-sahra tingħata skond il-ħtiġijiet tal-kumpanija u meta jingħata tittieħed in konsiderazzjoni is-servizz meħtieġ u t-termini tal-ftehim kollettiv attwali.

Djar — Skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar - Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-aktar ammont ta' finanzi li ngħataw il-familji li ħadu dar bl-iskema ta' l-Awtorita' tad-djar b'kull skema? X'kien l-anqas ammont? Jista' jagħti din l-informazzjoni mill-1999 sal-lum sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull familja li tibbenefika minn Dar/Appartament/maisonette minn għand l-Awtorita' tad-Djar ma tingħatax għotja finanzjarja iżda tingħata sussidju li jammonta għal 33 fil-mija tal-prezz kummerċjali tal-fond akkwistat. Dawn il-familji jingħataw ukoll sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax skond id-dħul tagħhom. Min ma jieħux self issussidjat jingħata 10% discount fuq il-prezz sussidjat. Mis-sena 1999 sallum, l-Awtorita' tad-Djar tagħat is-segwenti sussidji fuq il-prezz kummerċjali ta' fondi: 1999 Lm 1,233,064 2000 Lm 649,509 2001 Lm 623,526 2002 Lm 1,545,901 Barra mill-appartamenti li tibni l-Awtorita' tad-Djar sabiex jinbiegħu bi press sussidjat, mis-sena 1999 l-Awtorita' bniet appartamenti sabiex dawn jiġu trasferiti lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'titolu ta' kera lill-persuni fuq il-lista tad-Dipartiment li m'għandhomx il-meżżi neċessarji biex jixtru appartament/maisonette bi prezz sussidjat. S'issa l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 150 appartament biex jingħataw b'titolu ta' kera.
Leg 9 PQ #37050 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi Ċivili — Friża fuq l-arrettrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li ffriża l-arretrati ta' tlett snin tal-ħaddiema tal-Gvern? X'inhi r-raġuni ta' dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ffriża ebda arretrati tal-ħaddiema tal-Gvern.
Leg 9 PQ #37051 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Żabbar Road, Tiswija ta' bankina

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bankina quddiem familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li ħafna mill-pedestrian qed ikunu f'riskju li jweġġgħu, u qed iżomm ħafna ilma fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-bankina indikata mill-Onor. Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddiet l-informazzjoni lill-Kunsill.
Leg 9 PQ #37067 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Fgura — Triq il-Karmelitani - Tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l-aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #37069 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diploma Nursing — Trasport

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 36904 u cioe' li jara li jiġi pprovdut trasport għall-istudenti li l-eta tagħhom tibda minn 17-il sena u li qed jieħdu d-diploma nursing first year, u li parti mit-tagħlim se jkun prattika fl-isptar bħala nursing practice (jibda 2nd December) u jispiċċaw f'ħinijiet diffiċli ġieli tard f'nofs il-lejl, u oħrajn jibdew fis-6.00am fejn dak il-ħin it-trasport ma jkunx provdut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn din is-sena l-amministrazzjoni ta' l-IHC dehrilha illi għandu jiżdied shift ieħor meta jkun qed isir il-prattiku fil-wards sabiex l-istudenti jinqasmu fi gruppi żgħar, u dan għall-ġid ta' l-istudenti nfushom, tal-pazjenti u tal-lecturers. Qatt ma kienet il-prattika fl-Universita` in ġenerali, jew fl-IHC b'mod partikolari, illi tipprovdi trasport lill-istudenti. Meta nħasset il-ħtieġa li jkun organizzat it-trasport minħabba diffikulta` ta' ħinijiet, dan sar fuq inizjattiva ta' l-istudenti nfushom.
Leg 9 PQ #36904 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diploma nursing — Trasport

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi pprovdut trasport għall istudenti li l-eta tagħhom tibda minn 17-il sena u li qed jieħdu d-diploma nursing first year, u li parti mit-tagħlim se jkun prattika fl-isptar bħala nursing practice (jibda 2nd December) u jispiċċaw f'ħinijiet diffiċli ġieli tard f'nofs il-lejl, u oħrajn jibdew fis-6.00am fejn dak il-ħin it-trasport ma jkunx provdut?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm irġiel qed jieħdu pensjoni tal-mara, wara li din ġiet nieqsa (mejta), minn mindu daħlet fis-seħħ din il-liġi sal-lum sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li n-numru ta' rġiel li qed jieħdu pensjoni tar-romol bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet li kienu laħqu ħallsu n-nisa rispettivi tagħhom qabel ġew nieqsa huwa dan: 1997 10 1998 12 1999 14 2000 16 2001 16 2002 20
Leg 9 PQ #36944 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq il-Gardjola - Dawl

Question

Jista l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jara li ssir bozza fi triq il-Gardjola kantuniera ma' triq Pawlu Micallef, Fgura peress li hemm nuqqas kbir ta' dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-Talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.