Jista' l-Ministru jgħid, jekk issa li tħabbar ftehim bejn id-Ditta Campers and Nicholson u l-Cottonera Waterfront Group, dan il-ftehim hux suġġett għall-ħlas tat-taxxa tal-boll?
Jekk fl-affermattiv, il-gvern se jiġbor din it-taxxa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ma jidħolx fuq kuntratti bejn terzi persuni iżda kulħadd huwa obligat li jimxi mal-liġi.
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal it-Triq A.M. Valperga, Fgura speċjalment l-area ta' quddiem il-Mina ta' Bormla, peress li ftit li xejn jeżisti dawl u qed ikun suġġett għal abbużi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti?
Meta saru dawn l-applikazzjonijiet?
Meta se jiżdiedu fanali/bozoz ġodda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li ġew megħjuna mill-ETC jsibu xogħol wara li daħlet in vigore l-liġi opportunita' indaqs għal persuni b'diżabilita'? F'liema entita', dipartiment, għaqda jew oħrajn intbagħtu jaħdmu? Meta ġew offruti x-xogħol kull individwu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ligi dwar Opportunitajiet Indaqs ghall-Persuni b'Dizabilita' taghti rimedju lill-persuni b'dizabilita' f'kaz li jkun hemm diskriminazzjoni fl-oqsma imsemmija fl-istess Ligi.
L-ETC ila ghal snin twal toffri s-servizzi tal-Korporazzjoni biex tghin lil kull persuna li qed tfittex ix-xoghol, billi tharrgu u ssiblu opportunita' adattata.
Ghalhekk, tajjeb li l-Onor. Membru tinnota li l-ETC ma kienitx qeghda tistenna lill-Ligi biex tidhol fis-sehh biex toffri dawn is-servizzi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17130, jista' l-Ministru jagħti każ b'każ x'kienet ir-raġuni li ngħataw il-maħfra? Min kien il-ministru tal-ġustizzja f'kull każ? X'kienet il-pożizzjoni tal-pulizija u l-Avukat Ġenerali każ b'każ? Min huma ċ-ċittadini Maltin u barranin, fejn joqogħdu u meta li mill-1987 gawdew xi forma ta' maħfra presidenzjali, amnestiji jew proklama? X'gawdew minn dawn il-maħfriet, amnestiji jew proklama? X'raġuni kien hemm għal din id-direzzjoni u x'kienet il-pożizzjoni tal-pulizija u l-awditur ġenerali każ b'każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed nirrispondi d-domanda fl-istess ordni li tpoggew:(l) ir-ragunijiet ikunu specifiki ghal kull kaz (2) L-informazzjoni hi pubblika (3) Mhix prattika li jigu pubblikati pariri nterni jekk ikun hemm (4) il-lista annessa ma PQ 17130 tindika l-persuna u l-belt-rahal ta` residenza u hi hela ta` hin li jingabru l-indirizzi (5) l-informazzjoni hi diga moghtija ma PQ 17130 (6) ara r-risposta ghal (3).
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11387 u 17181, jista' l-Ministru jwieġeb min huma l-priġunieri li bejn l-1987 u llum gawdew xi forma ta' maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama? X'każ kellhom, sentenzi u pieni? Jista' jagħti t-tweġiba b'dati ta' meta ħareġ il-warrant tal-ħelsien u kemm kien baqagħlhom jiem il-ħabs? X'kienet ir-raġuni ta' kull maħfra li gawdew?
Issa li ġie ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu d-ditta Campers and Nicholsons għadha tiżviluppa l-Marina fil-Kottonera, jista' l-Ministru jgħid x'sejjer isir mit-Tug Boats li jirmiġġaw fix-Xatt tal-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi min jirmiġġa, fejn u kemm, hija responsabbilta' ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta iżda bħal ma jaf l-Onorevoli Membru dak il-post ġie issa allokat għall-marina proposta. Xorta waħda, se naraw x'arranġamenti huma meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid issa li tħabbar il-ftehim ta' l-iżvilupp tal-Marina fil-Kottonera mid-ditta Campers and Nicholsons, x'se jiġi pprovdut għal dawk is-sidien tad-dgħajjes li jsorgu f'dawn l-inħawi, ġaladarba il-kuntratt jipprovdi biss għal irmiġġ għal 150 dgħajsa biss?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-ftehim li sar mad-ditta Campers and Nicholsons ma biddel xejn mill-kuntratt oriġinali hekk kif kien approvat mill-Parlament u d-diskussjonijiet fuq il-materja mqajma mill-Onorevoli Interpellant kienu qegħdin isiru bejn il-Cottonera Waterfront Group u l-Kunsill Lokali ta' l-Isla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Alfa Club Com. għandhiex liċenzja biex topera f'Malta? Jekk le, għandux il-ħsieb li fil-futur din il-kumpannija u oħrajn tingħata il-liċenzja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat illi `l-Alfa Club Com.` ma għandhiex liċenzja taħt il-liġijiet finanzjarji. Infatti, ma jidhirx li dan il-Club jwettaq xi attivita` li jeħtieġu liċenzja taħt dawn il-liġijiet. L-MFSC tikkonsidra l-ħruġ ta` liċenzji wara li jsirulha applikazzjonijiet minn min hu nteressat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli biex persuni jkunu jistgħu jidħlu jgħumu fil-parti hekk imsejħa "Tat-Toqba" fil-Birgu, waqt li jkun għaddej ix-xogħol, u wara li jitlesta ix-xogħol tal-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi waqt ix-xogħol ta' kostruzzjoni ser jittieħdu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex il-pubbliku ma jkunx espost għall-periklu, biss, ebda parti mill-'foreshore' mhix ser tiġi preġudikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17496?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-applikanti għall-eżami tal-bennejja bejn l-1990 sa llum huwa hekk:
SENA APPLIKANTI APPLIKANTI LI GĦADDEW
----------------------------------------- -----------------
1990 - 1993 M'hemmx records
1994 230 101
1995 233 92
1996 193 56
1997 186 36
1998 53 10
1999 34 7
2000(Sa 28/6/00) 45 7
Applikant wieħed li applika fis-sena 1999 għad irid jagħmel l-eżami (dan qed jaħdem barra minn Malta).
33 applikant għas-sena 2000 għad iridu jagħmlu l-eżami.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17497?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-coin-box terminals jinbieghu minn diversi hwienet, peress li s-suq taghhom huwa liberizzat u ghalhekk persuna ma ghandhiex il-htiega li bilfors tirrikorri ghand il-Maltacom biex tikseb is-servizz ta` dan l-apparat.
Meta abbonat ma jhallasx kont tat-telefon tal-Maltacom sad-data stabbilita` fl-istess kont, jintbaghtu `reminder`. Jekk jinjora dan ir-reminder, il-linja tigi `ristretta`, jigifieri jkun jista` biss jircievi telefonati, pero` ma jkunx jista` jaghmilhom. Jekk jippersisti li ma jhallasx, il-linja ssir `temporary out of service` jew disconnected fejn allura s-servizz jinqata` ghal kollox.
Bejn Dicembru 1999 u Mejju 2000, in-numru ta` kazi xahar b`xahar kien hekk:
XAHAR SERVIZZ RISTRETT SERVIZZ MAQTUGH
Dicembru 1999 21 35
Jannar 2000 3,835 818
Frar 2000 59 6
Marzu 2000 3,429 777
April 2000 37 13
Mejju 2000 42 11
Ta` min jghid ukoll li filwaqt li l-Maltacom ma tiehux gost tirrestringi jew taqta` servizz, hija fid-dmir li tigbor flusha tas-servizz li tkun tat lill-abbonat taghha. Tant hu hekk li, biex ma tohloqx problemi socjali, min ma jkunx jista` jhallas il-kont jew kontijiet kollha f`daqqa, jinghata l-possibilta` li jhallas bin-nifs, skond programm ta` pagament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17489?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar inċidenti fil-ħabs ikkawżati minn priġunieri minn meta bdew jinżammu records uffiċċjali dwarhom, ċioe` mill-1992, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li l-biċċa l-kbira ta` dawn l-inċidenti kienu ta` ġlied bejn il-priġunieri u li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinari interni.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2000 'l hawn, kienx hemm xi uffiċċjali li ġew sospiżi? Kemm kien hemm? Fuq liema kriterji? X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar uffiċjali li mill-1 ta` Jannar 2000 l`hawn ġew sospiżi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru ta` l-Intern hu kif ġej : -
Dipartiment Numru Akkużi X`passi ttieħdu Data ta` meta
jew qed ġew
jittieħdu sospiżi
Pulizija 1 Falsifik- Għada għaddejja 03.02.2000
azzjoni ta` l-kumpilazzjoni
dokumenti
1 Serq Għada għaddejja 07.06.2000
l-kumpilazzjoni
1 Attakk fuq Għada għaddejja 16.06.2000
persuna l-kumpilazzjoni
oħra
Servizzi 2 Ksur tar- Pendenti quddiem 19.05.2000
Korrettivi regolamenti il-Kummissjoni dwar
tal-ħabs is-Servizz Pubbliku
2 Ksur tar- Pendenti quddiem 08.06.2000
regolamenti il-Kummissjoni dwar
tal-ħabs is-Servizz Pubbliku
1 Ksur tar- Pendenti quddiem 09.06.2000
regolamenti il-Kummissjoni dwar
tal-ħabs is-Servizz Pubbliku
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama ingħatat mill-1987 'l hawn? Met ingħataw u għal-liema raġuni? Minn fejn huma l-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Fir-rigward ta` maħfriet presidenzjali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dettalji li ngħataw bi tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 17130.
Fir-rigward ta` amnestiji - proklami, nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 11387 fis-seduta 187 (F`Novembru tal-1999) fis-sens li hu l-Ministeru ta` l-Intern li jista` jagħti informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-priġunieri kollha li gawdew minn xi amnestija mill-1987, għaliex kienu qegħdin jiskontaw sentenza ta' ħabs, u kemm-il jum jew snin ta' priġunerija tnaqqsitilhom? Minn fejn huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nru.17181.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-priġunieri jew ċittadini Maltin u barranin li gawdew minn xi maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama mill-1987 'l hawn? Fuq xiex kienu nstabu ħatja? X'akkużi kellhom u x'inħafrilhom? Minn fejn huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija minni għall-
Mistoqsija Nru. 17130 fejn tajt id-dettalji dwar maħfriet presidenzjali.
Dwar amnestiji - proklami, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 11387 fis-seduta 187 (f`Novembru 1999) fis-sens li hu l-Ministru ta` l-Intern li jista` jaghti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-ewwel fażi ta' l-istudju li kellu joħroġ sa l-aħħar ta' Ġunju mill-kumpannija Ingliża biex tiġi stabilita b'mod xjentifiku l-oriġini tat-trab iswed li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-Kottonera, Fgura u l-area ta' madwar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bil-għan li l-perjodu ta' l-istudju jinkludi parti mis-sajf, bi qbil mal-konsulent Ingliż, il-perjodu ta' l-istudju ġie kemmxejn estiż.
Dan ifisser li r-rapport hu mistenni li jkun jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sa l-aħħar ta' Settembru.