Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19485 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-membri tal-Forzi Armati li baqgħu fl-istess grad li daħlu bih tul dawn l-aħħar 25 sena li ilha topera l-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri W205 u 19068.
Leg 9 PQ #19141 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għeluq ta' Intrapriżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi li kellhom jagħlqu minn Settembru ta' l-1998 sal-lum? X'kienu jbiegħu dawn l-intrapriżi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19008 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Dual Citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għad-dual citizenship issa li daħlet in vigore l-liġi l-ġdida xahar b'xahar? X'kienet iċ-ċittadinanza ta' dawk li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Maltin li applikaw għaċ-ċittadinanza barranija? Kemm minnhom ġew approvati s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Dwar talbiet/applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18901. Fil-każ ta` Maltin li applikaw sabiex jakkwistaw ċittadinanza barranija, dawn mhux dovuti li jinfurmaw lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates, għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma teżistix fid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #19012 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Inspectors Ingliżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju ta' l-analisi ta' l-inspectors Ingliżi li qed jagħmlu fir-rigward it-trab iswed li qed joħloq inkonvenjent fis-south ta' Malta? Jekk tlesta x'kien r-rapport li ħarġu u jekk jistax jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra? X'se jsir issa min-naħa tal-gvern fuq dan ir-riżultat? Kemm sewa lill-gvern Malti biex dawn l-inspectors Ingliżi jitħallsu għal dan l-analisi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif issa il-Gvern diġa ħabbar diversi drabi dan ir-rapport se jitlesta sa l'aħħar ta' Settembru, u jsir pubbliku. Il-Gvern imbaġħad jieħu l'passi kollha possibbli skond ma' jirrizulta mill-istess rapport. Dan ir-rapport sewa Lm6600.
Leg 9 PQ #19014 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Old Navy Hospital

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamenari numru W198?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-restawr u r-refurbishment ta' l-East Wing Old Naval Hospital ta' Bighi sewa' mal-Lm120,000 fi ħlasijiet għal materjal u għall-overtime tal-ħaddiema, liema flus intnefqu fil-perijodu Lulju 1999 - Lulju 2000. Dan ix-xogħol jinkludi x-xogħol kollu ta' restawr ta' ġebla, kisi, dawl, ilma u aperturi f'bini kbir ta' 7,920 metru kwadrat fuq tliet sulari. Ix-xogħol ma sarx minn kuntrattur iżda sar kważi kollu minn ħaddiema tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni (ħlief għal-ċertu xogħol anċillari għal installazzjoni ta' air-conditioners li sar mill-ħaddiema tal-kuntrattur li wieġeb għal sejħa għall-offerti li xxandret fil-gazzetta tal-Gvern). Fejn kien hemm ħtieġa tas-servizzi ta' periti, dawn ingħataw mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Il-konsulent f'dak li hu restawr arkitettoniku ta' l-East Wing kien dott. Claude Busuttil.
Leg 9 PQ #19016 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Villa Bighi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W197?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda bini ġdid wara Villa Bighi fil-Kalkara.
Leg 9 PQ #19018 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Old Naval Hospital

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W202?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni li għandha l-Onor. Membru tidher li hi żbaljata. Ebda ħitan ta' l-East Wing Old Naval Hospital Bighi, il-Kalkara li nfetaħ fit-3 ta' Mejju 2000 ma nbarax mill-ġdid jew qiedħed jinbarax mill-ġdid, u wisq anqas "il-ħitan kollha" kif allegat fil-mistoqsija ta' l-Onor. Membru. Dan il-fatt ma jeskludix li fejn saru jew fejn għad iridu jsiru "test patches" bil-għan li jiġu ppruvati materjali differenti matul il-proċess tar-restawr tal-bini, ma jkunx hemm bżonn li jsir ċertu xogħol fuqhom, iżda dawn il-każijiet huma l-eċċezzjoni u mhux ir-regola .
Leg 9 PQ #19068 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 205?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 205 fejn hemm ir-risposta għall-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #199 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Toroq

Question

Wara laqgħa li kienet saret bejn il-Ministru u l-kunsill lokali tal-Fgura kien ġie mwiegħed li ħames toroq fil-Fgura kellhom isiru sa l-aħħar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew isiru dawn it-toroq, fosthom Dome Street, Hompesch Road, Triq il-Gardiola, St John Street, peress li diġa' wasalna f'nofs is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħolijiet din is-sena diġa nbdew mid-Dipartiment fi Triq il-Veleran u Triq Għarnuq, u f' dawn it-toroq issa wasal biex jingħata il-wiċċ. Ix-xogħol f'Dome Street u Triq San Ġwann , Triq l-Iskola u Triq Scicluna mistenni li jibda wara l-ġranet tas-Sajf peress li d-Dipartiment tat-Toroq diġa ħareġ letters of Acceptance għal dawn ix-xogħolijiet. Dwar ix-xogħolijiet ta' Triq Hompesch il-kuntrattur li tefa' t-tender qiegħed jirrevedi l-proposti tiegħu biex ikun konformi mal-bżonnijiet li ndika l-Kunsill, u x-xogħol f'din it-triq jibda hekk kif il-kuntratt ikun jista' jingħata. F'diskussjonijiet li saru bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill irriżulta li qed jistudja traffic management ġdid fi Triq il-Gardjola, u għalhekk ix-xogħol ikun jista' jitwettaq wara li dan il-pjan ikun ifinaliżżat.
Leg 9 PQ #200 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq l-Arnuq - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ttieħdet id-direzzjoni li jsir it-tarmac fi Triq l-Arnuq, Fgura, meta għad hemm parti kbira minnha li għadha lanqas biss inbniet? Min hu l-kuntrattur li ħa dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara l-għargħar li kien hemm fi propjeta privata s-sena l-oħra mit-triq instab li l-unika mezz biex dan ikun rimedjat, it-triq riedet bilfors tiġi iffurmata u asfaltata għall-livelli stabiliti.
Leg 9 PQ #201 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Veleran - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fi Triq Veleran fil-Fgura, waqaf u mhux qed jitkompla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 200.
Leg 9 PQ #203 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18266?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 18025.
Leg 9 PQ #204 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jiċċara meta ħiereġ l-analiżi ta' l-inspection fir-rigward tat-trab iswed li qed joħloq inkonvenjent kbir lin-naħa ta' isfel ta' Malta peress li ħafna ħadu l-impressjoni li dan se jkun lest fl-aħħar ta' Lulju, 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rapport imsemmi hu mistenni li jkun ippreżentat sa l-aħħar ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #205 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri ngaġġati fil-Forzi Armati? X'pożizzjoni għandhom fl-Armata? F'liema sena daħlu? Hemm xi membri li għadhom fl-istess pożizzjoni li oriġinarjament daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-Risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 191. Ninsab infurmat li l-ingaġ ġ tal-membri tal-Forzi Armati li sar f’dawn is-snin kienu: 1970 53 1986 98 1971 30 1987 329 1972 - 1988 3 1973 - 1989 155 1974 - 1990 37 1975 - 1991 59 1976 113 1992 57 1977 24 1993 133 1978 9 1994 114 1979 19 1995 126 1980 1 1996 73 1981 - 1997 10 1982 40 1998 2 1983 5 1999 9 1984 1 2000 77 1985 80 Total 1659 Jien infurmat ukoll li hemm 963 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li għ adhom fl-istess poż izzjoni li oriġ inarjament daħ lu fiha.
Leg 9 PQ #18895 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Traffic Control Board — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni u fuq liema kriterji ingħata permess lit-Traffic Control Board għal Reserved Parking quddiem ir-residenza 20 Triq l-Arcisqof Romero, San Ġiljan? Jaf jew le l-Ministru li r-residenti li joqogħdu f'dan il-fond m'għandhom l-ebda każ ta' wheelchair u oltre minhekk ta' mobilita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li permess ta` reserved parking quddiem ir-residenza 20, Triq l-Arċisqof Romero, San Ġiljan ġie mogħti mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.

Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' — Reserved parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni u fuq liema kriterji ingħatat, jekk ingħatat, approvazzjoni mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' għal Reserved Parking quddiem ir-residenza 20, Triq l-Arċisqof Romero, San Ġiljan? Jaf jew le l-Viċi Prim Ministru li r-residenti li joqogħdu f'dan il-fond m'għandhom l-ebda każ ta' wheelchair u oltre minhekk ta' mobilita'? Jekk jirriżulta li l-informazzjoni li qed ngħid hija valida, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex din titneħħa u b'hekk jinqata' kull abbuż b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq imsemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Permessi għal "reserved parking" quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħataw mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #18025 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-nies li ġew ingaġġati mal-gvern sena b'sena mill-1987 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi n-numru ta' persuni li ġew ingaġġati mal-Gvern, sena b'sena, mill-1987 sal-lum u wkoll tabelli li juru l-impieg tagħhom.
Leg 9 PQ #18607 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18432, cioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17832, jista' l-Ministru almenu jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid x'inhu l-għadd ta' kontijiet tad-dawl u ilma li għad iridu jitqassmu lill-konsumatur? Ta' liema perijodu huma u ta' liema lokalitajiet huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha kontijiet pendenti li jkopru żewġ perjodi. L-ewwel perjodu hu dak ta' Jannar - April 2000 u n-numru ta' kontijiet pendenti jammonta għal 190 elf. It-tieni perjodu hu dak ta' April - Awissu 2000 u peress li l-qari ta' l-arloġġi għal dan il-perjodu għadu għaddej, għadhom ma inħarġux kontijiet.
Leg 9 PQ #18609 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Xerrejja tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jittellgħu xerrejja l-qorti talli nqabdu fil-Pitkalija qabel il-ħin stipulat tal-ftuħ? Mil-liema lokal ġejjin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi dan l-aħħar ġew imħarrka ħames xerrejja. Xi wħud ġa tressqu il-Qorti filwaqt li oħrajn għad iridu jitressqu. Dawk imħarrka ġejjin minn: Għawdex 2Żejtun 1Rabat 1B'Kara 1
Leg 9 PQ #18634 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Old Naval Hospital - East Wing

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid għalfejn il-ħitan kollha ta' least wing Old Naval Hospital, Bighi, il-Kalkara, il-MCR li nfetaħ fit-3 ta' Mejju, 2000 qed jinbarax mill-ġdid? Min kien kesa l-ħitan qabel il-ftuħ? Min qed jagħmel ix-xogħol issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra