Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19716 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Servizz tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19622?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, it-tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #19717 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19623?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn April u Settembru 2000, in-numru ta' sospensjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku fi djar privati, stabbilimenti kummerċjali u industrijali kien kif ġej: April 69 Mejju 80 Ġunju 37 Lulju 31 Awissu 26 Settembru 36 Dawn is-sospensjonijiet saru madwar Malta kollha.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jafx li fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 9 residenti u 2 securities li jaħdmu hemm li għandhom virus fl-istonku li hemm possibilita' minn kontaminazzjoni mill-ikel tar-residenza? Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna/i li jsajru l-ikel tad-dar ta' Bormla? Qattx sar inspection fuq il-kċina? Jekk iva, meta u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li preżentament mhemm ebda resident jew security officer fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla li qed isofri minn xi virus fl-istonku. Ninsab infurmat ukoll li fis-26 u 27 ta' Settembru kien hemm xi residenti li kienu qed isofru minn dan is-sintomu iżda, skond it-tobba li rawhom, dan ma kienx kawżat minn xi kontaminazzjoni ta' l-ikel iżda minn virus komuni għal dawn iż-żminijiet tas-sena. Li kieku kien hemm kontaminazzjoni mill-ikel tar-residenza, wieħed kien jistenna li numru ħafna akbar ta' residenti jsofru minn dawn is-sintomi u li dawn is-sintomi jkunu iktar gravi. Ninsab infurmat li t-tisjir f'din id-Dar isir minn impjegati tal-Healthcare Services Ltd, il-kumpannija privata li tmexxi l-istess Dar. Il-kċina tiġi spezzjonata regolarment mit-Taqsima ta' l-Institutional Food Hygiene tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. L-aħħar li ġiet spezzjonata kien f'Ġunju 2000, u r-riżultat kien wieħed sodisfaċenti.
Leg 9 PQ #19655 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Giloromu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-ħaddiema ta' l-iskola Giloromu Cassar se jitħallsu għall-overtime tax-xogħol li għamlu fl-MCR Malta Centre for Restoration, li sar bejn it-2 ta' Jannar, sat-3 ta' Mejju, 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nara x'hemm bżonn isir.
Leg 9 PQ #19621 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin Telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti biex daħħlu l-coin telephone fid-djar tagħhom minn April sa Settembru 2000? Kemm kienu dawk l-abbonati li kellu jiġi sospiż is-servizz tagħhom għax ma ħallsux il-kont minn April sa Settembru 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19622 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telephone għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19623 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' April sa Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19623 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' April sa Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabaru tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19625 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Mount Carmel Hospital — Problemi Mentali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19348?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli n-numru ta` pazjenti li jużaw l-isptar huwa kif ġej: 1999 No. of Admissions No. of Discharges Bed Complement Average Daily Bed Occupancy Average daily No. of Patients on Leave 823 741 598 482 185 2000 (sat-28 ta` Settembru 2000) No. of Admissions No. of Discharges Bed Complement (as on 28.09.2000) Bed Occupancy No. of Patients on Leave 644 550 588 493 224 Pazjenti li jkollhom viżiti mill-qraba: 389. Fl-Ipstar Monte Carmeli ma hemmx pazjenti bħala out-patients. Dawn isiru fl-Isptar San Luqa u fil-Health Centres. Admissions sena b'sena mill-1990 sat-28 ta` Settembru 2000: 1990 - 767 1996 - 841 1991 - 758 1997 - 813 1992 - 790 1998 - 821 1993 - 742 1999 - 823 1994 - 742 2000 (sat-28.09.2000) - 644 1995 - 794 Admissions xahar b'xahar minn 1999 sat-28 ta` Settembru 2000: Jannar 1999 - 53 Frar 1999 - 63 Marzu - 89 April - 84 Mejju - 79 Ġunju - 68 Lulju - 63 Awissu - 69 Settembru - 67 Ottubru - 86 Novembru - 50 Diċembru - 52 Jannar 2000 - 53 Frar 2000 - 60 Marzu - 80 April - 71 Mejju - 59 Ġunju - 74 Lulju - 94 Awissu - 90 Settembru (sat-28/09/2000) - 63
Leg 9 PQ #19580 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Trab iswed — Spetturi Ingliżi

Question

Issa li wasalna fl-aħħar ta' Settembru u l-inspectors Ingliżi lestew ir-rapport ta' l-analisi fuq it-trab iswed fin-naħa tas-South ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-riżultat ta' l-analisi? Jista' r-riżultat jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Issa li huwa magħruf minn fejn ġej dan it-trab, x'beħsiebu jagħmel il-gverm biex jirrimedja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-rapport tal-Konsulenti Ngliżi hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta'Settembru 2000. Il-Gvern jimpenja ruħu li jqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-kamra kif ukoll jagħmel dak li hemm bzonn biex il-problema tittaffa jew tigi eliminata.
Leg 9 PQ #19581 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Birgu - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir preżentement fl-iskola sekondarja subien tal-Fortini f'Birgu? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li fl-iskola Sekondarja tas-Subien fil-Fortini ġewwa l-Birgu sar tkabbir fiż-żona ta' rikreazzjoni fuq wara. Qed isir ukoll tkabbir ta' l-iskola għal aktar akkomodazzjoni skolastika u biex jiżdiedu l-faċilitajiet ta' l-iskola. Dan jinkludi xogħolijiet ta' finitura u servizzi elettriċi u mekkaniċi kif ukoll ir-riabilitazzjoni tal-bini eżistenti. Hu previst li x-xogħol kollu jkun lest sa l-aħħar ta Awwissu 2001.
Leg 9 PQ #19582 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir preżentement fl-iskola Erin Serracino Inglott ta' Bormla? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċċata tal-blokk biswit is-sala ewlenija ta' l-iskola Sekondarja Erin Serracino Inglott, Bormla, kienet fi stat strutturali ħażin u għalhekk kienet saret perikoluża għal kull min juża l-iskola. Għaldaqstant id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nkarigat lill-kumpanija Kalaxlokk sabiex twaqqa' din il-faċċata u terġa tibniha. Dan hu xogħol li bilfors irid jieħu ċertu żmien sabiex isir bil-galbu. Għal din ir-raġuni nstabu klassijiet alternattivi temporanji għall-istudenti li kienu jitgħallmu f'dan il-blokk sakemm jintemm ix-xogħol.
Leg 9 PQ #19593 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jiftaħ applikazzjonijiet biex il-Maltin jingħaqdu fl-armata Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Unjoni Ewropea qiegħda fil-proċess li twaqqaf “Rapid Reaction Force” biex tieħu sehem f’inizjattivi ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u mmaniġġjar ta’ kriżijiet. Il-Gvern qed isegwi dan il-proċess biex fil-mument opportun jiddeċiedi jekk Malta għandhiex tipparteċipa f’xi inizjattivi ta’ natura umanitarja li tagħżel hi.
Leg 9 PQ #19521 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Drivers tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jivverifika li d-drivers tal-maġistrati li hemm bħalissa se jispiċċalhom ix-xogħol tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn id-drivers? Min se jieħu post id-drivers preżenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet ta' dawn id-drivers il-ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal issa l-Membri tal-Gudikatura ghandhom servizz ta` trasport minn kuntrattur li gie mqabbad ghal dan il-ghan mill-Qorti wara li saret sejha ghall-offerti. Ghaldaqstant l-ingagg ta` drivers ghal tali servizz hu r-risponsabbilta` tal-kuntrattur tul il-perjodu tal-kuntratt.
Leg 9 PQ #19514 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għeluq ta' intrapriżi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 19141?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li tinżamm statistika dwar il-produzzjoni, investiment u impjiegi għal kull settur ta' l-ekonomija, ma tinġabarx informazzjoni dwar intrapriżi individwali li jiftħu jew jagħlqu f'perjodu determinat.
Leg 9 PQ #19331 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-arretrati ta' bejn l-1990 u l-1997 lit-taxpayers tat-Tarzna?

Response (DALLI, JOHN)

Nippreżumi li l-Onor Interpellant qeghda tirreferi ghar-refunds ta’ taxxa. Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-diversi kategoriji ta’ taxpayers fil-hlas tar-refunds. Ir-refunds imsemmija fl-Interpellanza jkunu ikkunsidrati flimkien ma’ hlas iehor dovut lil taxpayers ohra fil-kuntest tal-flus ivvotati ghal dan l-iskop fl-Estimi Generali.

Diretturi tal-Welfare — Party

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sewa l-party li sar għad-direttur tal-welfare fit-13 ta' Settembru? Min għamlu l-catering?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-laqgħa li saret fl-okkażjoni tal-ħatra tad-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja l-ispiża kienet ta' Lm252.41. Il-catering kien f'idejn l-Adult Training Centre ta' Marsascala.
Leg 9 PQ #19348 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Mount Carmel Hospital — Problemi Mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jużaw l-Isptar Mount Carmel għax għandhom problemi mentali? Kemm huma l-pazjenti fl-isptar u kemm huma dawk li jkollhom l-viżiti jew out-patients? Kemm kien in-numru ta' dawk il-pazjenti, sena b'sena, mill-1990 s'issa? Kemm kien in-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn dan l-isptar xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sentejn jiġifieri mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #19481 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Xgħajra — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għassa tax-Xgħajra, Malta mhux qed ikun hemm pulizija fiha u spiss tkun magħluqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qiegħed ikun hemm kuntistabbli dettaljat duty regolarment fl-Għassa tal-Pulizija tax-Xagħjra.
Leg 9 PQ #19483 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Interim From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Karta igenika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li talbu lill-istudenti jieħdu magħhom l-karta igenika l-iskola għall-użu personali tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ebda skola ma għandha tagħmel talba simili bħal din. Dawk l-iskejjel li jista' jirriżulta li mxew b'dan il-mod għamlu hekk fuq l-inizjattiva personali tagħhom u mhux għax ħarġet xi policy mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Fil-każ ta l-iskola primarja ta' l-Imġarr inġibdet l-attenzjoni tas-surmast li ma kellux joħroġ ċirkolari f'dan is-sens lill-ġenituri