Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22048 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Ommijiet Xebbiet — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm kienu dawk iż-żgħażagħ ommijiet taħt l-eta' ta' 18-il sena li welldu trabi tul din is-sena mill-1 ta' Jannar sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa Settembru 2000 kien hemm 104 ommijiet (Maltin u Barranin) taħt l-eta' ta' 18-il sena li welldu trabi skond l-istatistika li nġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System - WHO-OBSQID Project.
Leg 9 PQ #21864 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Carrier

Question

Jista' l-Ministru jinformana jekk ħarġitx xi ordni mill-Ministeru biex it-tfal tal-Primarja ma jeħdux il-basket ta' l-iskola fuq il-carrier? Jekk le, jaf l-Ministru li hemm xi skejjel li mhux qed jippermettu tfal li jmorru l-iskola bil-carrier? Jista' l-head ta' l-iskola jżomm lit-tfal milli jagħmlu hekk meta dan jista' jevita problemi fid-dahar tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Dwar il-Basktijiet ta' l-Iskola ħareġ rapport fejn irrakkomanda li minħabba raġunijiet ta' saħħa, il-"carrier bags" m'għandhomx jintużaw mit-tfal. Għaldaqstant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bagħtet ċirkulari lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel fejn tat parir sabiex dawn il-carrier bags ma jintużawx. Madanakollu huwa fid-diskrezzjoni ta' l-istess kapijiet ta' l-iskejjel jekk jipprojbixxux immedjatament dawn il-basktijiet jew inkella, wara diskussjonijiet mal-Kunsilli Skolastiċi, jippermettux l-użu ta' dawn il-Basktijiet sa' l-aħħar ta' din is-sena skolastika.
Leg 9 PQ #21835 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Centre for Restoration

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Centre for Restoration?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Novembru 2000 kien hemm: 7 ħaddiema impjegati direttament b'kuntratt ma' l-MCR: 21 ħaddiem sekondati minn dipartimenti tal-Gvern: 16-il part time lecturer: u 7 restorers/lecturers Taljani (b'kuntratt ma' l-MCR).
Leg 9 PQ #21836 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Centre for Restoration

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-istaff Taljan li qed jaħdmu fil-Malta Centre for Restoration? X'inhu x-xogħol tagħhom? Kemm għandhom salarju kull persuna fix-xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istaff Taljan ta' restorers/lecturers li kienu jaħdmu fil-Malta Centre for Restoration fit-30 ta' Novembru 2000 fuq kuntratt ta' sena kienu 5 (Roberta de Angelis, Grazia de Cesare, Sabrina de Vanna, Claudia Kusch, u Ioanna Kakoulli). Kien hemm żewġ restorers/lecturers oħra (Antonella Amoruso u Wilma Basilissi) fuq kuntratt ta' ftit xhur. Ix-xogħol ta' dawn il-persuni jinkludi l-konservazzjoni u r-restawr ta' oġġetti fil-kuntest tal-proġetti ta' konservazzjoni u restawr li jkun qed iwettaq il-Malta Centre for Restoration: l-ippjanar u l-iżvilupp ta' degree programmes u xogħol akkademiku ieħor li jsir fiċ-Ċentru: xogħol konness ma' lectures, eżamijiet u tutorials fiċ-Ċentru: xogħol konness mat-twaqqif u t-tmexxija tal-laboratorji ta' l-MCR: it-tħejjija ta' budgets, rapporti u xogħol simili għad-dipartiment fejn kull restorer/lecturer tkun qed tagħti sehemha: xogħol amministrattiv li jinqala' minn żmien għal żmien: u involviment f'xogħol li jsir biex is-servizzi li toffri l-MCR jinfirxu aktar fil-gżejjer Maltin. Informat li s-salarju ta' l-istaff Taljan joħroġ mill-fondi li jagħti l-Gvern Taljan taħt ir-IV Protokoll bejn Malta u l-Italja.

Social Welfare Serice — Social Workers

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm hemm social workers fil-fondazzjoni tas-Social Welfare Service, agenzija agenzija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' social workers impjegati maż-żewġ aġenziji li jaqgħu taħt il-Fondazzjoni għas-Social Welfare Services hu kif ġej: Social Welfare Development Programme - 64 Sedqa - 12
Leg 9 PQ #21839 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — PSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna għalliema tal-PSE fl-iskejjel tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 120 għalliema tal-PSE li jinkludu wkoll 7 għalliema li jieħdu ħsieb is-Seminar Centre li jaħdem matul is-sena skolastika u 6 għalliema li qed jagħmlu programm pilota fl-iskejjel primarji.
Leg 9 PQ #21840 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Twelid

Question

Jista’ l-Ministru jinforma kemm kienu dawk iż-żgħażagħ li weldu ulied ta' eta' 'l isfel min 18-il sena mill-1 ta' Jannar sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Slum Clearance

Question

Wara ir-risposta li ta l-Ministru fir-risposta tiegħu fil-mistoqsiia parlamentari nru. 21428, jista' l-Ministru jidentifika t-toroq u n-numri ta' dawk il-units fejn se jsiru xogħlijiet ta' slum clearance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21424 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kienu dawk li għamlu użu minn kull kunsill lokali fuq l-aċċess tal-one stop shop?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kuncett tal-'one stop shop' hu relatt ma' diversi servizzi li qed jinghataw mill-Kunsilli Lokali. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellanti biex tispecifika liema servizz qed talludi ghalih sabiex tkun tista' tinghata risposta preciza.

Slum clearance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jiddentifika l-lokalitajiet fejn hemm postijiet fuq slum clearance li għamel il-kumitat ta' slum clearance group? Kemm ġew identifikati postijiet f'kull lokal? Jista' jgħid jekk dawn humiex tal-gvern jew tal-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdin isiru xogholijiet ta' Slum Clearance f'dawn il-lokalitajiet: Valletta: 34 unit (żewġ siti) Bormla: 30 unit (tliet siti) Tarxien: 7 units (sit wieħed) Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li hemm ippjanati xogħolijiet ta' Slum Clearance f'dawn il-lokalitajiet: Bormla: 112 unit (żewġ siti) Floriana: 36 unit (żewġ siti) Vittoriosa: 3 units (sit wieħed) Msida: 133 unit (erba' siti) Isla: 3 units (sit wieħed) Dawn il-postijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta' xi postijiet f'Bormla u l-Msida li huma ta' l-Uffiċċju Kongjunt huma kollha ta' sidien privati u qiegħdin jiġu esproprijati biex isir ix-xogħol.

Djar — Sussidji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk is-sussidju li bħalissa jingħata fir-rigward tad-djar tal-gvern hux se jibqa' jingħata jekk Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru hi mitluba tiċċara xi tfisser bil-kliem "sussidju li bħalissa jingħata fir-rigward ta' djar tal-Gvern". F'kull każ, pero', l-Onor. Membru taf li l-U.E. mhux biss tippermetti, imma tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jaddottaw politika mibnija fuq valur tas-solidarjeta'. Dan ifisser li pajjiżi membri jistgħu jkollhom miżuri ta' għajnuna diretta lil dawk il-familji jew persuni li jkunu jikkwalifikaw għal xi benefiċċji soċjali, nkluż, per eżempju sussidju fuq il-kera għal skop soċjali.

Djar — Research and Policy Development Unit

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'riżultati xjentifiċi u demografiċi ħarġu mir-riċerki li għamlet ir-Research and Policy Development Unit ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Annwali tar-Research and Policy Development Unit ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-perijodu 15 ta' Lulju 1999 sal-15 ta' Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #21529 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet id-diskussjoni bejn il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta fuq is-sussidju għal dawk li jarmaw it-toroq matul il-festi tal-Milied? Jaħseb se jingħata sussidju ieħor? Jekk iva, lil min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni, iddeċieda li din is-sena ma jingħata ebda sussudju lil dawk li matul il-festi tal-Milied jarmaw it-toroq.
Leg 9 PQ #21416 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Arja — Master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq il-kwalita' ta' l-arja? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma teżistix 'master plan' fuq il-kwalita' ta' l-arja.
Leg 9 PQ #21417 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq ir-rimi tad-drenaġġ fil-baħar? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jezisti 'master plan' fuq it-trattament tad-drenaġġ qabel dan jintrema fil-baħar. Mhux il-kaz li dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra izda jekk l-Onor. Interpellant jinteressaha jisgħtu isiru arranġamenti mat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex hi tkun tista tara dan il-pjan.
Leg 9 PQ #21418 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Skart — Master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx master plan fuq l-iskart? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghad-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 250.