Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22729 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin telephones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22400?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-suq tal-"coin box terminals" illum huwa liberalizzat u għaldaqstant kull min iħoss li jrid jibdel is-servizz tat-telefon għal "coin box" m'għandux għalfejn jinforma lill-Malatacom.

Djar — Imtarfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi biex saru d-diversi proġetti ta' l-Awtorita' tad-Djar fl-Imtarfa? Kemm kienet in-nefqa attwali s'issa fuq kull fażi tal-proġett? X'baqa' jsir f'kull fażi tal-proġett u x'inhi stmata li tkun in-nefqa biex il-proġett jitlesta skond il-pjanti oriġinali? Jista' jgħid jekk il-kuntrattur tħallasx tax-xogħol kollu, jiġifieri ta' l-embellishment li s'issa għadu ma sarx? Min kienu l-kuntratturi f'kull każ, u jistax jikkonferma li osservaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom fiż-żmien stipulat? Meta se jitlestew l-arbli u d-dawl ta' dħul mill-foot paths bejn id-djar u mgħoddijiet f'uħud mill-proġetti tad-djar li ppjanat l-istess Awtorita' tad-Djar fl-Imtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni dwar din il-Mistoqsija qiegħda tinġabar u tingħata risposta aktar tard.

Reġistrazzjoni — Seaman Book

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw li għandhom is-seaman book jew AB licence? X'inhi l-IC Card tagħhom jew il-lokalita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma għandiex informazzjoni dwar dawk li għandhom AB licence. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #22639 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti li raħsu

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22389?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena ċert li l-Onorevoli Interpellant tapprezza li prattikament mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba dwar tibdil li kien hemm fil-prezzijiet tal-prodotti li kienu qed jinbiegħu fis-suq Malti matul dawn l-aħħar sentejn. Tajjeb jingħad li kien hemm numru sostanzjali ta' prodotti li l-prezz tagħhom raħas b'riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT u t-tneħħija tal-levies.
Leg 9 PQ #22640 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22387?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant din tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22550 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22189 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid x'sar mill-proċess ta' l-ispeed cameras? Jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu u kemm ġew jiswew lill-gvern? Kemm ingħataw ċitazzjonijiet s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19982.
Leg 9 PQ #22560 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rascala of Malta Ltd — Grant Payments

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nagħtaw l-grant payments il-kumpanija Rascala of Malta Ltd u dan kif indikata fir-risposta fil-mistoqsija parlamentari nru. 22182 fuq fondi ta' taħriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-grant payments ingħataw lill-kumpanija li qed issir riferenza għaliha fis-26 ta' Lulju, 1999.
Leg 9 PQ #22399 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Casino Venezia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jiġi biex jiġu mpjegati n-nies għall-proġett ta' Casino Venezia fil-Kottonera humiex se jingħataw l-ewwel preferenza n-nies tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-nies tal-Kottonera għandhom vantaġġ awtomatiku għax huma l-aktar li joqogħdu viċin dan il-post.
Leg 9 PQ #22400 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin Telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li biddlu s-servizz tat-telephone tagħhom għal coin telephone bejn ix-xhur ta' April u Diċembru 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22401 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qtugħ tas-servizz ta' Telefon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma ħallsux il-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April u Diċembru 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22402 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qtugħ tas-servizz ta' Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April u Diċembru 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Isla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana kemm huwa n-numru ta' djar li jinsabu vojta fl-Isla? Jista' jgħid, jekk teżisti, kemm minnhom huma tal-privat u dawk tal-gvern? Jista' jagħti l-istess tagħrif għal lokalita' ta' Bormla u l-Birgu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #22538 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prison wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta dawk il-prison wardens li daħlu sitt xhur ilu bi probation se jiġu tal-post?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22273.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana kemm huma dawk li għandhom pensjoni barranija u joqogħdu f'Malta? Jista' jgħid wkoll kemm għandna pensjonanti li jibbenefikaw minn żewġ pensjonijiet, jiġifieri dik ta' barra u ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-istatistika kif mitlub minnha ma tinżammx minħabba li mhux kull pensjoni mħallsa minn barra taffettwa r-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Barra minn hekk, il-lokalita' minn fejn tkun ġejja l-pensjoni mhix kundizzjoni li biha pensjoni tkun meqjusa li hija pensjoni tas-servizz skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #22387 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm hu n-numru ta' dawk li għandhom aktar minn kont wieħed pendenti xi jħallsu lill-Water Services Corporation? Kemm hu l-ammont ta' flus li l-Gvern irid jiġbor minn kontijiet pendenti li għad iridu jitħallsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22389 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti li Raħsu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi prodott li raħas f'dawn l-aħħar sentejn? X'inhu kull item? Kemm roħos kull item?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #22390 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema partijiet qed isir ix-xogħol fil-proġett tal-Kottonera? Xi tlesta sa issa f'din is-sena u nofs?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant hija nfurmata illi x-xogħol li sar s'issa fuq il-proġett tal-Kottonera jikkonsisti f'sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp kollu, saru l-istudji fuq il-bini antik u tlestew ir-'Restoration Method Statements' relevanti, tlestew il-konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, qed isiru konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali, sar studju biex jiddetermina l-istat tal-mollijiet eżistenti, saru diskussjonijiet twal mal-korporazzjonijiet tas-servizzi u diġa' nbdew xi xogħlijiet fuq il-provvista ta' l-istess servizzi, qiegħed isir Traffic Impact Assessment li mistenni jitlesta x-xahar d-dieħel, qed isir Environmental Impact Assessment u dan mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin, twaqqa' bini illi kien jinstab fi stat perikoluż u twaqqgħu ukoll bini oħrajn kif stipulat fil-permess ta' l-iżvilupp. Ta' min wieħed isemmi illi xogħol fiżiku kien wieqaf għal xi żmien minħabba funzjoni importanti tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann illi saret fil-Forti ta' Sant'Anġlu.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' dawk li kienu jibbenifikaw minn dawn il-benefiċċji soċjali mill-1996 sal-lum 2001 sena b'sena? Children's Allowance Allowance ta' l-ltim Pensjoni għal Invalidita' Pensjoni Minima għal Invalidita' Nazzjonali Pensjoni Miżjuda Pensjoni Minima għar-Romol Pensjoni tar-Romol Pensjoni Minima Nazzjonali Mnaqqsa Pensjoni taż-Żewġ Terżi Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda Pensjoni Minima Nazzjonali Pensjoni għall-Irtir Pensjoni tas-supersiti Allowance speċjali ta' armla Gratifikazzjoni taż-żwieġ (ta' armla) Benefiċċji Soċjali - Għalija taż-Żwieġ Benefiċċji Speċjali għad-disimpjieg Benefiċċji tal-Mard Benefiċċji għall-korriment Bonus - Benefiċċji Kontributorji Benefiċċji għall-Maternita' Benefiċċji għal Disimpjieg Benefiċċji Soċjali - Bonus mhux kontributorju Pensjoni ta' l-Eta' Benefiċċji Soċjali Persuni għal Diżabilita Benefiċċji Soċjali - Għajnuna Soċjali Benefiċċji Soċjali - Allowance Supplimentari Benefiċċji Soċjali - Għajnuna għal Mard

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-istatistika dwar in-numru ta' benefiċċjari li kienu qiegħdin jirċievu l-benefiċċji soċjali kif indikat mill-1996 sallum 2001, u sena b'sena jidhru kull sena fir-rapport annwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Bħal ma taf l-Onor. Interpellanti dan ir-rapport jiġi ppubblikat kull sena.
Leg 9 PQ #22398 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kostruzzjoni ta' Skola

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar il-wiegħda li saret fil-budget 2000 fir-rigward ta' xogħol ta' kostruzzjoni fl-iskola primarja fil-Fgura? Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-Iskola Primarja tal-Fgura ilu lest sa minn Marzu 2000. Fil-preżent kull ma qiegħed isir hu xogħol ta' servizzi u finitura fuq l-iskola eżistenti.
Leg 9 PQ #22189 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Speed Cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proċess ta' l-ispeed cameras? Jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu u kemm ġew jiswew lill-gvern? Kemm ingħataw ċitazzjonijiet s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat, għaliex l-uniku nvolviment tal-Ministeru għat-Trasport jolqot ir-regoli li jridu jinħarġu skond l-Awtorita` tat-Trasport.