Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23285 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid Triq tax-Xemx u l-Qamar, li qabel kienet New Street in St. Simon Street, fil-Fgura, hemmx il-ħsieb li jsirilha l-ewwel fażi tat-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta diġa mogħtija f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 23249 li tapplika wkoll f`dan il-każ.
Leg 9 PQ #23233 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fortizza Sant Anġlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Bieb tal-Main Gate li kien hemm fid-daħla tal-fortizza ta' Sant Anġlu, inqala' u minfloku twaħħal rixtellu tal-ħadid? Jista' l-Ministru jinfurmana fejn jinsab dan il-bieb li għandu valur għall-antikita' tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress illi l-imsemmi bieb ta' l-injam tas-'Sea Gate' ta' Sant'Anġlu ġarrab ħafna ħsara matul dawn l-aħħar snin minħabba diversi atti vandali, ittieħdet deċiżjoni biex dan jinqala' minn postu u jittieħed fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi biex jissewwa. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li peress illi dan l-aċċess għall-Forti ta' Sant'Anġlu qiegħed jintuża mill-Ordni tal-Kavallieri, twaħħlet il-grada tal-ħadid minħabba raġunijiet ta' sigurta'.
Leg 9 PQ #23236 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Zabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-first phase tal-parti minn Triq il-Baħrija eżatt li tinsab bejn it-toroq, Triq il-Kapuċċini u Triq l-Għasel, Żabbar peress li tinsab fi stat ħażin ħafna.

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22719.
Leg 9 PQ #23246 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana dwar min jieħu ħsieb il-ħasil tat-toilets u maintenance ieħor simili fis-Sala M3 fl-isptar San Luqa? Peress li f'din is-sala qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti dwar nuqqas ta' iġene, jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ħasil u maintenance fl-isptar kollu u mhux fis-sala M3 biss isir fuq bażi regolari u skond il-ħtieġa. Ma naf bl-ebda ilmenti speċifiċi dwar il-ward M3 u fuq spezzjoni għall għarrieda, ma rriżultax li hemm xi ħaġa differenti minn swali oħrajn.
Leg 9 PQ #23249 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Carmel Street - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-ewwel kisja ta' tarmac fi New Street in Carmel Street fil-Fgura, peress li din tinsab perikoluża ħafna għal min joqgħod fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat mid-Dipartiment tat-Toroq li bħalissa qed isir xogħol f'Dome Street wara li għadhom kif tlestew xogħolijiet oħra fi Triq San Gwann, Triq l-Iskola u Triq Scicluna. Ix-xogħol fi New Street in Carmel Street isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #23252 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi tal-Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-permessi għal hawkers ġodda ta' fuq il-Monti? Jista' jgħid ukoll jekk il-permess tal-hawkers tat-triq hux tajjeb biżżejjed biex dawn jarmaw fuq il-monti, sakemm joħorġu l-permessi ġodda tal-monti? Jaf il-Ministru li hemm min għandu tliet persuni jarmaw fi tlett postijiet differenti b'permess wieħed u hemm oħrajn li ilhom jistennew il-permess tal-monti għal dawn l-aħħar tlett snin?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22871. Infurmat ukoll illi permess ta` bejjiegħ fit-triq huwa distint minn dak ta` bejjiegħ fis-swieq. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi permess ta` bejjiegħ fis-suq huwa wieħed ġenerali u japplika għas-swieq kollha mingħajr ma jindika f`liema suq.
Leg 9 PQ #22975 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sant'Anġlu — Site Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħtina kopja ta' pjanti (sight plan) tal-bini ta' Sant' Anġlu li hemm il-ħsieb li jingħata lill-Ordni ta' San Ġwann

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Pjanta tas-sit in kwestjoni ġiet ippublikata flimkien ma’ l-Abbozz ta’ Liġi Numru 77 f’Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Lulju 2000.
Leg 9 PQ #23021 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Maltin miżżewġin ma' Franċiżi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 22908 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe': jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika ta' persuni Franċiżi miżżewġin Maltin? Jekk iva, liema snin għandna l-istatistika dwarhom u x'inhu n-numru tagħhom sena b'sena sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni (li tkopri Malta u Għawdex) mitluba mill-Onor. Interpellanti, li l-istatistika dwarha bdiet tinżamm mill-1995, hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Sena Irġiel Franċiżi ma` nisa Maltin Nisa Franċiżi ma` rġiel Maltin 1995 0 0 1996 2 2 1997 2 4 1998 0 3 1999 1 3 2000 0 4
Leg 9 PQ #23188 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22803?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara li nħarġet l-aħħar "cycle" ta' kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, li kienet tkopri konsum għall-perjodu bejn April/Mejju u Awissu/Settembru 2000, minn total ta' 262,440 kont kien hemm 77,488 li kellhom arretrati ġejjin minn kontijiet pendenti. Sad-19 ta' Jannar 2001, l-ammont dovut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta minn kontijiet pendneti kien jammonta għal Lm35,252,315. Dan l-ammont jinqasam f'Lm7,050,463 konsum ta' ilma u Lm28,201,852 konsum ta' dawl.
Leg 9 PQ #23198 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22725?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22725 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #23199 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Qtugh fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22726?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22726 weġibtha waqt is-Seduta numru 472 tal-Ġimgħa 19 ta' Jannar 2001.
Leg 9 PQ #22908 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltin miżżewġin ma' Franċiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika ta' persuni Franċiżi miżżewġin Maltin? Jekk iva, liema snin għandna l-istatistika dwarhom u x'inhu n-numru tagħhom sena b'sena sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jżommx it-tip ta' statistika li qed tintalab. Nassumi li tali informazzjoni tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #22827 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni, li għalliem fil-klassi year 5 fl-iskola Primarja tal-Fgura qiegħed ikun ta' spiss assenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda wieħed mill-għalliema tal-klassijiet tal-Year 5 ma jirriżulta li kien assenti ta' spiss.
Leg 9 PQ #22828 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li rritornaw il-ktieb tal-VAT lill-VAT Department xahar b'xahar mill-1997 'l hawn? Jista' wkoll jgħid kemm kienu dawk li rritornaw il-cash register tagħhom lura lejn id-dipartiment tal-VAT, xahar b'xahar mill-1997 'il hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni reġistrati li talbu biex jinqatgħu mir-reġistru tal-VAT bejn Jannar 1997 u Diċembru 2000 hu kif ġej: Talbiet għ al-De-reġ istrazzjoni Xahar 1997 1998 1999 2000 Jannar 176 300 249 421 Frar 179 216 193 297 Marzu 122 320 172 223 April 123 316 238 208 Mejju 128 300 230 167 Ġunju 113 196 170 157 Lulju 146 137 198 102 Awissu 198 222 174 226 Settembru 436 263 203 210 Ottubru 400 185 283 189 Novembru 362 268 311 187 Diċembru 407 273 298 154 Total 2,790 2,996 2,719 2,541 Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, persuni reġistrati mhumiex obbligati li jirritornaw il-cash register tagħhom lura fid-Dipartiment peress li dan huwa propjeta’ tagħhom.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk il-persuni li ġew impjegati mill-ETC fix-xhur ta' Novembru, Diċembru 2000 u sal-lum Jannar 2001? Jista' jagħti n-numru ta' l-I.D. card ta' dawk li ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f'Novembru u Diċembru 2000 ma ġie mpjegat ħadd mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. F'Jannar 2001 ġew impjegati tmien persuni. Ma narax għaliex għandi nagħti n-numru tal-karta ta' l-identita' ta' dawn il-persuni.
Leg 9 PQ #22855 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Valletta — Triq l-Ifran

Question

Jista' l-Ministru jara biex il-ġbir ta' l-iskart li jinġabar f'Old Bakery Street, Valletta mis-7.00 pm 'il quddiem, jinbidillu l-ħin, peress li joħloq obstruction u aħna l-membri parlamentari jkollna neħlu ħafna ħin nistennew it-tul tat-triq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #22725 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarinumru 22402?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn April u Diċembru tas-sena l-oħra, il-Korporazzjoni Enemalta issospendiet il-provvista ta' l-elettriku fi 375 household.
Leg 9 PQ #22726 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Qtugħ fis-servizz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 22401?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn April u Diċembru tas-sena li għaddiet il-Maltacom qatgħet 1217-il servizz tat-telefon minħabba nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet relattivi. Ta' min ifakkar li l-Maltacom twaqqaf għal kollox is-servizzwara li qabel ikunu ittieħdu diversi miżuri biex l-abbonat jirregolarizza ruħu. Tajjeb jingħad ukoll li l-Maltacom, biex ma toħloqx problemi soċjali, tagħti l-opportunita' lill-abbonat li ma jkunx jista' tħallas il-kontijiet kollha f'daqqa, li jħallas bin-nifs skond "payment programme" miftiehem minn qabel bejn iż-żewġ partijiet.