Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38209 Sitting 855 2003-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Latrina pubblika

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38070 li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx post alternattiv għall-public convenience li kien hemm fejn qabel kien hemm id-DOI u llum hemm l-Aċċess fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'public convenience' msemmija twaqqgħet. Minflok ġiet mibnija oħra ġdida xi 60 metri 'l bogħod.

ETC — Spetturi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37949, jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb b'referenza għall-Korporazzjoni dwar ix-Xogħol u Taħriġ, l-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm tmien persuni li preżentement qed jagħmlu xogħol ta' spetturi mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Leg 9 PQ #38194 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li kien hemm fil qorti ma għadux jiffunzjona?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #38195 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Ftehim kollettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu fuq it-tiġdid tal-ftehim kollettiv tal-Medigrain li suppost diġa' sar? Jekk ser jiġġedded, meta se jiġġedded?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena infurmat li sa llum il-kumpanija ma irċeviet ebda talba għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv.
Leg 9 PQ #38070 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Birgu — Latrina pubblika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37843 li riċentement saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid jekk hemmx post alternattiv għall-public convenience li kien hemm fejn qabel kien hemm id-DOI u llum hemm l-Aċċess fil-Birgu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura.
Leg 9 PQ #38094 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għad-dewmien biex jerġa' jiġġedded il-ftehim kollettiv fuq il-ħaddiema tal-MEPA, peress li minħabba f'hekk dawn għaddejjin bi strajk?

Response (BORG, TONIO)

Minkejja d-diskussjonijiet li saru, għal issa għad ma hemmx ftehim fuq żidiet fil-pagi mitluba mill-Union.
Leg 9 PQ #38095 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Servizz tat-telephone bil-phone card

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk li huma abbonati mal-Maltacom bis-servizz tat-telephone tad-dar tagħhom bil-phone card?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li s-servizz tat-telefonija qed jiġi progressivament liberalizzat, ma jkunx fl-interess kummerċjali tal-kumpanija li tali nformazzjoni ssir pubblika.
Leg 9 PQ #38113 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Korsijiet ta' facilitators

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37974?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-taħriġ kontemplat fil-qasam tal-facilitators huma korsijiet li ser torganizza l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni bi ftehim mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, sabiex persuni li jippossedu ċ-ċertifikat fl-Inklużjoni jkunu jistgħu jaslu sad-Diploma tal-Facilitators. L-Universita` qed taħdem sabiex l-ewwel fażi ta' dan il-kors tibda fix-xhur qrib.

Reġistrar — Finger prints

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jibda l-proċess tar-reġistrar bis-sistema tal-finger prints u x' kienet ir-raġuni għad- dewmien meta din is-sistema suppost li nbdiet xhur ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni bdiet tuża s-sistema tat-tiġdid tar-reġistrar b'apparat biometriku mill-bidu t'Awissu 2002. Minn dakinhar l'hawn ġew introdotti b'din is-sistema 12 il-post. Dawn jkopru 35 il-lokalita'. Fil-fatt illum il-ġurnata hemm madwar 3,000 persuna li għandhom il-kard u li qed jirreġistraw b'din is-sistema.
Leg 9 PQ #37974 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jerġa jkun hemm courses tal-facilitators?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tweġiba ma laħqitx waslet, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37975 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dual citizenship

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li ħadu d-dual citizenship u mil-liema pajjiżi huma fiż-żmien ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u l-aħħar ta' Diċembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Anzjani — Day Care Centres

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li tammonta għal ksur tal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżalilita', fejn anzjani li jixtiequ jattendu d-Day Care Centre ta' Bormla qed jiġu esklużi għax trasport ma jeżisitx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li peress li t-trasport għad-Day Centres hu nkarigu tal-Kunsill Lokali, s'issa d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' għadu ma laħaqx ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Kottonera u tal-Fgura biex it-trasport ikun ipprovdut. It-taħdidiet għadhom sejrin.

Industrial And Employment Relations

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37691?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Fond ta' Garanzija li rreferiet għaliħ l-Onor. Interpellanti hu dak li ser jitwaqqaf meta jinġieb fis-seħħ artikolu 21 ta' l-Att dwar l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali ta' l-2002. Dan il-Fond hu maħsub biex jiggarantixxi l-ħlas ta' pagi mhux imħallsa li jkunu dovuti mill-prinċipal lil dawk l-impjegati li jkun intemmilhom l-impieg kawża tal-falliment ippruvat tal-prinċipal. Ir-regolamenti, meħtieġa skond artikolu 21 (2) ta' l-imsemmi Att, bid-dettalji dwar kif għandu jkun amministrat u regolat dan il-Fond, diġa ġew abbozzati u referuti għall-konsiderazzjoni u l-kummenti tal-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi.
Leg 9 PQ #37944 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Akkademja tal-pulizija — Tul u piż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu it-tul u l-piż ta' kull wieħed u waħda li bħalissa qed jattendu fl-akkademja tal-pulizija u li l-course inbeda fit-2 ta' Jannar 203, fi statistika separata għal dawk ta' Għawdex u ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-applikazzjonijiet sottomessi, it-tul u l-piż tat-trainees li qed jattendu course fl-Akkademja tal-Pulizija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37945 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Trattat

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni fuq Għawdex biex il-gżira titqies separatament minn Malta li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-EU fis-summit ta' Copnehagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, dikjarazzjoni fuq Ghawdex li ser tkun parti mit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.
Leg 9 PQ #37946 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Protokoll fuq l-abort

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll fuq l-abort li sar fit-trattat għas-sħubija fl-EU fis-summit ta' Copenhagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tad-“draft” tal-protokol fuq l-abort, li sar fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fis-“Summit” ta’ Copenhagen
Leg 9 PQ #37947 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Dikjarazzjoni dwar in-newtralita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni dwar in-newtralita' li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-UE fis-summit ta' Copenhagen?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra dikjarazzjoni fuq in-newtralità, li ser tidhol fit-trattat ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-“Summit” ta’ Copenhagen.

European year for Disabled Persons

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex se jintefqu l-Lm100,000, għall-European year for Disabled Persons bħal ma ntqal fil-Budget 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern fl-aħħar baġit iddeċieda li għas-sena d-dieħla, li hi s-Sena Ewropea tal-Persuni b'Diżabilita' jivvota Lm100,000 biex ikunu jistgħu jitwettqu proġetti li joffru opportunitajiet indaqs lill-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom. Dawn ser jintużaw primarjament għall-proġetti li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' identifikat bħala prijorita' u li għalihom hi għamlet talba għal aktar fondi. Dawn jinkludu: a) Għajxien Issapportjat li jinkludi djar żgħar fil-komunita' u l-iskema ta' assistenti personali; b) Servizzi ta' Matul il-Jum; c) Skema ta' Sapport Permanenti għall-Impjieg; d) Servizz Għajnuniet Speċjali - għajnuna finanzjarja biex persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jixtru apparat li għandhom bżonn; e) Eżenzjoni mill-VAT fuq lifts.