Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24578 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe: Jista' jgħid kemm persuni qed igawdu mill-personal injuries emergency provisions li kellha tidħol mill-1 ta' Jannar ta' l-1999?
Response (DALLI, JOHN)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qeda tirreferi għall-emenda ta' Artiklu 11 tar-Regolamenti fl-"Iskim ta' l-1941 għal Malta dwar il-Korrimenti fil-persuna li jiġru lil pajżani"(P.I.S.) u li saret permezz ta' l-Avviż Legali Nru. 194 ta' l-1999.
F'Marzu 2001, l-għadd ta' dawn il-benefiċċjarji - li kulma jmur qed jonqos - kien ta' 51 persuna.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijia parlamentari nru. 24579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinfurmana x'sar mill-flus ivutati fil-budget speech tal-2000 biex titkompla Hompesch Road, fil-Fgura? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li din il-wegħda tittwettaq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-flus ivvutati għall-kostruzzjoni ta' Hompesch Road ma ġewx utiliżżati peress li t-tender ma laħqitx ġiet aġġudikata fis-sena 2000 u allura sar proviżjon ġdid fil-vot tas-sena 2001.
Ix-xogħol biex l-offerti jiġu aċċettati għadu għaddej sabiex ikun jista' jitqabbad kuntrattur biex iwettaq il-proġett.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalitajiet li jrid ikollha koppja biex isirilha home study report għal adozzjoni ta' tarbija minn pajjiż barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Home Study Report isir wara li tiġi sottomessa applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja minn koppja li tkun trid tadotta.
Koppja li tapplika għal adozzjoni trid tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-liġi, jiġifieri, trid tkun ilha miżżewġa għal aktar minn ħames snin u waħda mill-partijiet trid tkun għalqet 30 sena iżda ma jkollix aktar minn 60 sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-home study report tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex ikunu jistgħu jadottaw tfal mir-Rumanija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Home Study Report li qiegħda tirreferi għaliħ l-Onor. Interpellanti tlesta f'Novembru 1997.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija minħaba klieb perikolużi li jinsabu jiġġerrew fit-toroq tal-Fgura?
Jekk iva, x'passi qed jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-ewwel tas-sena l` hawn il-Pulizija ma kelliex rapporti dwar xi klieb perikolużi jiġġerrew fit-toroq tal-Fgura.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm inqabdu klieb li kienu qed jiġġerrew mat-toroq tagħna? Kemm kien l-ammont fis-snin 1999/2000 u fil-2000 s'issa?
Kemm minhom ġew imraqda biex imutu u x'sar mill-bqija tal-klieb l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika ta` dawn il-każijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'isir wara li jkun hemm rapporti ta' klieb jiġġerrew mat-toroq li jkunu perikolużi għall-pubbliku?
Kemm għandna persuni available li jmorru jagħmlu dan ix-xogħol u kemm għandna vetturi addattati biex jaqbdu dawn il-klieb?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi meta l-Pulizija jkollha rapporti ta` klieb jiġġerrew barra, tkun infurmata l-S.P.C.A. peress li bis-saħħa ta` l-artikolu 12 ta` Kapitlu 312, l-S.P.C.A. kienet ġiet awtorizzata li tieħu ħsieb il-qbid ta` klieb li jkunu jiġġerrew barra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-eżamijiet tal-1st class u 2nd class education tal-Forzi Armati? Jista' jgħid wkoll hux se jkun hemm intervall bejn eżami u ieħor?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ezamijiet bil-miktubn li jwasslu ghall-“Army Certificate of Education” fl-ewwel u t-tieni klassi sejrin jinzammu fid-dati kif jidher hawn that:
Malti 21 ta’ Mejju 2001
Ingliz 23 ta’ Mejju 2001
Matematika 25 ta’ Mejju 2001
“Map Reading” (bil-miktub) 28 ta’ Mejju 2001
L-eżami prattiku fil-“Map Reading” sejjer jinżamm f’Ġunju li ġej f’data li għad trid titħabbar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lectures għall-eżami li sar fit-31 ta' Jannar sal-23 ta' Frar 2000 tal-B1 Radio Operators tal-Forzi Armati kienux saru kollha?
Jista' jgħid ukoll x'kien il-grad ta' l-eżaminaturi li raw ir-riżultati finali ta' dan l-eżami? Jista' jgħid min kienu dawk li kienu qed iħarsu lejn ix-xogħol tekniku tal-course? Kemm minn dawk li attendew għall-courses għaddew mill-eżami?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-lezzjonijiet kollha li kellhom isiru b’konnessjoni mal-kors tal-“BI Radio Operator” saru skond il-programm. Il-Bord ta’ l-eżaminatur kien magħmul minn Maġġur, Logutenent u “Warrant Officer II”, filwaqt li l-kors sar minn bord differenti. B’kollox għaddew 14-il kandidat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24489?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li billi l-għalliem tal-Physics fl-Iskola Paolino Vassalli, Kordin, telaq ftit ġranet ilu, f'nofs sena skolastika, id-Dipartiment qed isibha diffiċli ħafna li jinstab malajr għalliem ieħor biex jieħu postu. Qed isir kull sforz possibli biex dan l-għalliem jinstab.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'kienet ir-raġuni ta' l-għeluq ta' l-uffiċċji tas-sanita? Kemm se jkunu in-numru ta' dawn l-uffiċċini? Jista' jgħid f'idejn min se taqa r-responsabilita' ta' dan is-servizz? Dawn ġew infurmati bid-dmirijiet il-ġodda li issa se jkunu qiegħdin jagħmlu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-għeluq ta' numru ta' uffiċini tas-Sanita', ġie kkunsidrat wara studju li sar dwar l-istruttura ta' xogħol, ta' l-istess taqsima. Ġie stabbilit li bħala medja kull uffiċċju kien qiegħed jirċievi anqas minn complaint waħda kull jumejn. Ġie deċiż, li tali riforma hija neċessarja biex riżorsi umani jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza u jogħla l-livell tas-servizz offrut. Tmintax-il uffiċċju distrettwati madwar Malta ser jingħalqu, madankollu l-istess servizz ser jingħata minn ħames uffiċini Reġjonali u ħames uffiċini sussidjari tagħhom. Il-pubbliku, bħal ma kien isir qabel, ser ikun jista' jinforma b'kull ilment lill-Kunsilli lokali tiegħu. Inħolqot 'Complaints Administration Unit' fi ħdan dan id-Dipartiment li ser tkun lesta biex tilqa' direttament kull ilment mill-pubbliku fuq Tel. No. 337333. Nixtieq ninforma li tali riforma hija strutturali biss, u r-responsabbilta' ta' l-istess xogħol u servizzi offruti mill-Ispettorat ser jibqgħu bla mittiefsa. Laqgħat ma' l-Ispetturi tas-Saħħa kollha saru qabel ma bdiet din ir-riforma, kemm fuq bażi globali, kif ukoll fuq bażi reġjonali sabiex kull ħaddiem ikun jaf eżatt id-dmirijiet tiegħu.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Press Release dwar is-suġġett.
Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni li l-Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li x-xiri ta` skimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlobha tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'sar mill-flus ivutati fil-budget speech tal-2000 biex titkompla Hompesch Road, fil-Fgura? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li din il-wegħda tittwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda fil-Fgura mill-ewwel tas-sena sal-lum u fejn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-bidu tas-sena 'l hawn, ma twaħħlux lampi ġodda fil-Fgura direttament mill-Korporazzjoni Enemalta, iżda ġew imqabbda lampi ornamentali li kien installa l-Kunsill Lokali mas-sistema ta' "street lighting" fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma' Triq San Tumas. Tajjeb jingħad li s-sena li għaddiet twaħħlu b'kollox 24 lampi ġodda fil-Fgura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-requirement for promotions li qed jintalbu bħalissa għall-bumbardiera u staff sergeants japplikawx għat-tliet reġimenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tweġiba hija fl-affermattiv. Iżda ir-Revenue Security Corps huma eżentati mill-ħtieġa li jkollhom ċerti gradi fis-snajjà (“trades”) li huma applikabbli għall-membri l-oħra ta’ l-Armata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'requirement for promotions irid ikollu lance bumbardier għal bumbardier fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jgħid wkoll x'requirements for promotion irid ikollu xi ħadd biex minn surgent jilħaq għal sargeant?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għall-promozzjoni minn “Lance Bombardier” għall-“Bombardier” fl-Armata huma ta’ Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Armata Klassi III (ACE III) u livell ta’ sengħa ta’ B II jew A II.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nassumi li l-informazzjoni mitluba hija dwar il-kwalifiki għall-promozzjoni min “Sergeant” għal “Staff Sergeant”. F’dan il-każ dan jeħtieġ Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Armata Klassi II kif ukoll livell ta’ sengħa A I jew B I.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bini tal-Gvern li qed jinbena fi Triq St John kantuniera ma St Frances Street, Bormla twaqqaf?
Jista' jgħid wkoll xi drittijiet għandha l-familja li ġratilha ħsara fid-dar tagħha meta kien qed isir it-tħaffir tal-pedamenti ma' l-appoġġ ta' din id-dar u minħabba x-xogħol li qed isir ma' l-istess dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni li x-xogħol fuq dan il-proġett waqaf għax il-kuntrattur kien qiegħed jagħmel xogħol ħażin. Għal din ir-raġuni il-kuntratt ġie terminat u sejħa ġdida ħierġa fil-futur immedjat.
Ma jirriżulta li sar ebda rapport lid-Dipartiment dwar hsara kawżata mix-xogħolijiet tat-twaqqiegħ. Għalhekk qiegħed nirreferi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.
Jista' l-Ministru jinfurmana x'xogħol tlesta s'issa fil-proġett tal-Cottonera u fuq liema parti qed isir ix-xogħol preżentament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-'Cottonera Waterfront Group' s'issa sar ix-xogħol fuq it-twaqqiegħ tar-'Royal Navy Cooperage Stores' ħdejn il-menqa, il-blokk magħruf bħala 'Starkey Building' u l-bini illi kien jintuża bħala store mill-Maltacom. Twaqqa' wkoll il-pont illi kien jagħti minn Triq il-Ħabs l-Antik għall-Forti ta' Sant'Anġlu peress illi dan kien ikkunsidrat bħala 'accretion' b'impatt negattiv fuq monument storiku. Bħalissa qed isiru xogħlijiet ta' tħejjija biex jinbeda l-bini tal-parti tal-proġett ta' madwar il-menqa u fil-parti magħrufa bħala 't-Toqba' (naħa tal-Kalkara) u nbdew ukoll diversi xogħlijiet ta' tindif u restawr fuq 'Caraffa Stores' u ġewwa s-'Sea Gate Vaults'.
Min-naħa tal-'Port Cottonera Consortium' saru xogħlijiet ta' tindif fil-bini magħruf bħala 'Scamp's Palace', tneħħew l-'accretions' li kienu fuq il-bejt u qed isiru wkoll xogħlijiet ta' restawr strutturali fuq dan l-istess bini. Qed isir ukoll xogħol ta' tħejjija biex jinbeda l-bini tal-lukanda fis-sit ta' fejn kien jinstab il-'White Building' illi kien ġie mwaqqa' xi żmien ilu.