Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26178 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal-dewmien biex jinbidel arblu tad-dawl antik li jinsab fi Triq il-Kapuċċini b'kantuniera ma Triq il-Ġir, meta dan kellu diversi nterventi biex jinqala u jinbidel min għand il-kunsilli Lokali u anke residenti t'hemm stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja. Dwar data ta' meta jsir ix-xogħol, dejjem jekk jirriżulta li jkun il-każ li tittieħed azzjoni, dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom l-urġenza tal-każ.
Leg 9 PQ #26015 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Holding Wall

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-risponsabbilta' biex isir ħajt holding wall fit-toroq ta' L-Awrat u Triq Kolu Vella fix-Xgħajra, Zabbar

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-respobsabbilta' li jinbena ħajt biex tiġi ffurmata Triq l-Awrat hija ta' l-iżviluppaturi li bnew il-bini tagħhom iħares fuq din it-triq li jħarsu fuq green area. L-iżviluppaturi li bnew fi Triq Kolu Vella huma responsabbli li jiffurmaw it-triq san-nofs tagħha, filwaqt li l-ħajt li jisseppara l-ground mit-triq irid jinbena akkariku tal-Gvern.
Leg 9 PQ #26026 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Local Wardens

Question

Wara t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru. 25915, jikkonferma l-Ministru li hemm warden ta' 17-il sena taħdem bi 85c fis-siegħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m`hemm l-ebda Gwardjan Lokali li ghandu jew ghandha 17 il-sena b`85c fil-siegha.
Leg 9 PQ #26009 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz ta' l-ilma għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom maqsuma xahar b'xahar bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kienu f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn Jannar s'issa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet azzjoni fuq tmien każijiet ta' sospensjoni tas-servizz ta' l-ilma minħabba li l-kontijiet relattivi ma tħallsux. Tajjeb jingħad li ġeneralment, meta l-kontijiet ma jitħallsux, il-politika tal-Korporazzjoni hija li toħroġ sospensjoni fuq il-provvista tad-dawl peress li huwa iżjed faċli li tissospendi din il-provvista milli dik ta' l-ilma.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu opportunitajiet tax-xogħol part-time fuq in-notice boards ta' l-ETC f'Malta u Għawdex għal dan is-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ETC ma żżommx vacancies għal xi perijodu partikolari tas-sena. Madankollu fl-aħħar ta' April, 2001, l-ETC kellha 156 opportunita' għal xogħol fuq bażi part-time.
Leg 9 PQ #26012 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-ewwel fażi tat-tarmac tat-Triq Merħba, l-parti ż-żgħira li fadal issir ta' bejn it-toroq, Triq is-Sur sa Triq is-Summiena fil-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi l-programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #26013 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon, għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kien hemm f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Maltacom, qabel tissospendi għal kollox is-servizz, tagħmel restrizzjoni fuqu għar-raġuni li l-abbonat ikun waqa' lura fil-ħlas tal-kontijiet. L-informazzjoni mitluba, li tinkludi restrizzjoni kif ukoll sospensjoni tas-servizz, hija kif ġej: XAHAR MALTA GĦAWDEX Restrizzjoni Sospensjoni Restrizzjoni Sospensjoni Jannar 997 413 29 9 Marzu 1,081 360 76 19 Mejju 820 165 - -
Leg 9 PQ #26014 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar ta' bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kienu f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, in-numru ta' "households" li kellhom is-servizz ta' l-elettriku sospiż minħabba nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet relattivi kien hekk: Jannar 23 Frar 23 Marzu 26 April 41 Mejju 21 (sal-21 tax-xahar)
Leg 9 PQ #25914 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Holding Wall

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-risponsabbilta' biex isir ħajt holding wall fit-toroq ta' L-Awrat u Triq Kolu Vella fix-Xgħajra, Zabbar

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Local Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba saru courses għal lokal wardens u f'liema data> Kemm kien in-numru ta' dawk l-applikanti nisa w rġiel u kemm minnhom għaddew? X'kienet l-eta' ta' kull applikant li qagħad għal course tal-local wardens u kemm min dawn qed jistennew il-warrant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji dwar in-numru ta' korsijiet u parteċipanti li attendew għall-programmi ta' taħriġ għall-gwardjani lokali. Dawn iċ-ċifri huma dawk li jirrigwardjaw biss Malta. L-informazzjoni li tirrigwardja dawk li qed jistennew il-warrant ma tistax tingħata mill-Korporazzjoni peress li dan ma joħroġx mill-ETC.
Leg 9 PQ #25714 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Local Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba saru courses għal lokal wardens u f'liema data> Kemm kien in-numru ta' dawk l-applikanti nisa w rġiel u kemm minnhom għaddew? X'kienet l-eta' ta' kull applikant li qagħad għal course tal-local wardens u kemm min dawn qed jistennew il-warrant? B'liema rata fis-siegħa qed jitħallsu dawk li deġa qed jaħdmu ta' local wardens u li qed jistennew il-warrant u dawk il għandhom il-warrant?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li korsijiet ta` tahrig lill-Gwardjani Lokali jsiru mill-Korporazzjoni ta` l-Impjieg u Tahrig kif ukoll minn kull min ghandu licenza ghal dan il-ghan, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija ninfurmak li l-gwardjani lokali mhumiex impjegati tal-Ministeru jew tal-Kunsilli Lokali imma ta` agenziji privati li ghandhom licenza biex jipprovdu dan it-tip ta` servizz.
Leg 9 PQ #25624 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 25294?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed isir kull sforz biex f'din iz-zona s-siti konċernati ma jarmux materjal solidu. B'danakollu ma jistax jiġi eskluż l-fatt li dan l-inkonvenjent qed jiġi kkawżat minn rimi llegali ta' skart fis-sistema tad-drenaġġ minn bowser/djar privati, eċċ. Kienu identifikati siti fejn id-Dipartiment tad-Drenaġġ jista' jilqa' dan it-tip ta' skart f'Temporary Discharge Point. Ninsab infurmat ukoll illu fuq dan il-'main' qed isir tindif u 'maintenance' regolari, u li fuqu m'hemmx bżonn l-ebda tiswija.
Leg 9 PQ #25292 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Animal Welfare Groups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Animal Welfare Groups li qed jirċievi flus mingħand il-gvern? Għalxiex qed jintużaw il-flus?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Budget ta' din is-sena, hemm ivvutati Lm6,000 taħt id-Dipartiment għal Ħarsien għall-Ambjent u Lm11,000 taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura bħala assistenza lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb l-annimali. Barra minnhekk, taħt il-fond tal-Lotteriji, l-Gvern jgħin assoċċjazzjonijiet bħal 'Cage Bird, King Fisheries, Bird Breeding u Island Sactuary'. Il-'Birdlife Malta' għandha ftehim mal-Ministeru għall-Ambjent għat-tmexxijia tar-Riservi Naturali fejn isiru proġetti ta' trobbija u osservazzjoni ta' l-għasafar.
Leg 9 PQ #25293 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilita ta' l-ispazju li jkun hemm bejn sign li turi li jibda l-lokal tal-Fgura fi Triq Wied Blandun u sign li turi li jibda Raħal Ġdid peress li f'dan l-ispazju qed jinġabar skart domestiku u donnu ż-żewġ lokalitajiet ma żridux jieħdu responsabilita' għalih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirrefei l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.
Leg 9 PQ #25294 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min xhiex qed jiġi kkawżat żbruff tad-drenaġġ li hemm ħiereġ f'Hompesch Road quddiem il-knisja tal-Fgura? X'hinu qed isir għal dan l-inkonvenjent u meta hemm il-ħsieb li jissewwa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ta' spiss qiegħda tinstadt din il-medda tad-drenaġġ minhabba kwantita kbira ta' tiben u rix li jakkumula. Dan barra xi ħmieġ ta' annimali li qieghed jintrema minn xi individwi fil-sistema tad-drenaġġ abbusivament.
Leg 9 PQ #25056 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Forzi Armati ta' Malta li għandhom iċ-ċertifikat tas-subaqua? Jista' jgħid wkoll kemm hemm ċilindri ta' l-oxygen ippreparati fuq il-boats tal-Forzi Armati għal dak li jista' jinqala?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fl-‘Explosive Ordnance Disposal Section’ tal-Forzi Armati hemm b’kollox 20 għaddas kwalifikat u li fil-fatt jagħmlu xogħol ta’ għaddas. Mhux proċedura normali li l-‘partol boats’ tal-Forzi Armati jġorru fuqhom ċilindri ta’ l-ossiġnu jew apparat ieħor ta’ l-għaddasa. Dawn jinġarru biss f’każ li l-għaddasa u l-apparat tagħhom ikun jeħtieġ jitwasslu f’xi post fejn ikun sar xi inċident li jkun jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ mezzi tal-baħar.

Home Study Report

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Home Study Report li tlesta f'Novembru ta' l-1997?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li hu xieraq li rapport kunfidenzjali, bħal ma' hu Home Study Report dwar koppja li trid taddotta, għandu jiġi ppubblikat. Iżda ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-persuni li dwarhom sar ir-rapport jistgħu jitolbu kopja tiegħu, u tar-rakkomandazzjonijiet relattivi ta' l-Adoption and Fostering Panel, lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja.
Leg 9 PQ #24757 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Żjara tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk nagħtax permess mill-awtorita' ta' l-ippjanar għax-xogħol li qed isir bħala preparazzjoni għall-attivita' li se ssir mill-Papa fuq il-fosos tal-Furjana?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu, 2001, l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar kienet aċċettat notifika għall-bini ta’ Padiljun temporanju, għal mhux aktar minn tliet xhur, kif stipulat fi Klassi 12 ta’ l-Avviż Legali 137 ta’ l-1997. F`ittra lill-Perit responsabbli kien hemm indikat ċar li x-xogħol kollu jeħtieġ ikun reversibbli u s-sit għandu jerġa` jiġi f`istat oriġinali tiegħu immedjatament wara d-9 ta` Mejju 2001.
Leg 9 PQ #24802 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Skimmed Milk

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24577 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni li l-Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.