Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28245 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hompesh Road — Qlugħ ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizzjoni u x'sar mis-siġar li nqalgħu minn Hompesh Road fit-tieni fażi f'dik il-parti fejn bdiet il-kostruzzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-talba biex jinqalgħu s-siġar saret mid-Dipartiment tat-Toroq. Dawn is-sġar tħawlu mill-ġdid fi Triq is-Sur, fil-Fgura stess.
Leg 9 PQ #28246 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hompesh Road — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom is-siġar li nqalgħu Hompesh Road fil-Fgura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28245.
Leg 9 PQ #28248 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Hompesh Road — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid bl-liema mod u x'appartat ġie użat biex inqalgħu s-siġar li hemm fil-parti li diġa bdiet l-kostruzzjoni fuqha ta' Hompesh Road fil-Fgura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li s-siġar inżabru minn nies tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura permezz ta' high-up u chainsaws, is-siġar inqalgħu minn kuntrattur b'gaffa u ktajjen, u ġew protetti bi xkejjer biex il-ħsara titrażżan.
Leg 9 PQ #28353 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Il-Mina ta' Fuq Verdala

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewwew ż-żewġ bożoż li jinsabu taħt il-mina ta' 'Fuq Verdala, Bormla'

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #28364 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sigurta ta' Pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna nies speċjalizzati li jaħdmu fuq is-sigurta ta' pajjiżna? Fejn huma il-postijiet tas-sigurta fil-pajjiż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirliex li l-informazzjoni mitluba għandha tkun pubblikata.
Leg 9 PQ #28068 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tower Ladders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Enemalta għandha tower ladders biex il-ħaddiema tal-Gvern ikunu jistu jagħmlu x-xogħol tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma għandha l-ebda tower ladders sabiex jiġu utilizzati mill-ħaddiema tal-Gvern. It-tower ladders li għandha l-Korporazzjoni huma għall-użu tal-ħaddiema tagħha.
Leg 9 PQ #28071 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Dual Cittizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru ta' l-applikanti minn kull pajjiż barrani li applikaw għad Dual Cittizenship fix-xahar ta' Ġunju sa l-Aħħar ta' Awissu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellanti. Meta każ ta` ċittadinanza doppja jiġi ikkonfermat, tinżamm statistika mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-pajjiż l-ieħor involut. Ninsab infurmat ukoll illi bejn Ġunju u Awissu 2001, id-Dipartiment ħareġ 178 konferma lil ċittadini Maltin li huma wkoll ċittadini tal-pajjiżi li jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-biċċa l-kbira tat-talbiet għal dawn il-konfermi saru ħafna qabel il-perijodu Ġunju – Awissu 2001.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 27994?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ġiet infurmata mill-Malta Football Association li, wara bdil fl-isponsors, ma setghetx tkompli tagħti l-istess konċessjonijiet li kienet tagħti qabel lill-persuni b'diżabilita' li għandhom il-karta ta' l-identita' speċjali maħruġa mill-Kummissjoni. L-MFA iddeċidiet li tagħti dawn il-konċessjonijiet: 1. għall-logħob internazzjonali il-prezz għal post wara l-lasta jkun ridott għal Lm1, ghal postijiet oħra l-prezz ikun dak regolari; 2. għall-logħob tal-premier league il-prezz ikun ridott għal Lm1.50; 3. għall-logħob ta' diviżjonijiet oħra il-prezz ikun ridott għal Lm1; 4. persuni li jużaw siġġu tar-roti u persuna li takkumpanjhom ma jħallsu xejn għall-logħob kollu organiżżat mill-MFA.
Leg 9 PQ #28092 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27988?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 27988 f'seduta 596.
Leg 9 PQ #28123 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Vaċċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-vaċċina kontra l-influenza għadha mihiex available fil-polikliniċi, meta din suppost li diġa qed jingħata sa l-aħħar ta' Settembru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-vaccin ta` l-Influwenza dejjem ingħatat fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-bidu ta` Ottubru. Id-Dipartiment iqis li fiċ-ċirkostanzi ta` Malta dan huwa żmien adattat sabiex il-vaccin ikun effettiv. Ma hemm l-ebda raġuni li tiddetta li dan suppost isir f'Settembru, jew li jekk isir f'Settembru din tkun aktar effettiva.
Leg 9 PQ #27999 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tad-dipartiment tas-servizzi kollha, bħal dawk ta' street furniture, telecom, storm water, cables tad-dawl, drainage system u oħrajn? Meta nħarġet bid-data ta' l-approvazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument li ħareġ mas-sejħa għall-offerti u li jinkludi l-proposti kollha għal xogħol meħtieġ mill-entitajiet konċernati.
Leg 9 PQ #28000 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Traffic Control Board

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjani ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tat-traffic control board? U meta nħareġ 'id-data' ta' din l-approvazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellanta. Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien tal-parir li din il-pjanta tiġi addottata b'ittra li ġġib id-data 6 ta' Lulju 2001 li kopja tagħha hi ukoll annessa.
Leg 9 PQ #28001 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod intagħżel il-perit li ismu qiegħed jinbagħat separatament biex iħejji l-pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanti tal-proġett ta' Żabbar Road saru mid-Dipartiment tat-Toroq b' konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali. Il-perit li qiegħed jieħu ħsieb it-twettieq tal-proġett ġie nominat mill-kuntrattur li tefa' t-tender bħala parti mill-proċess ta' tendering, u għalhekk ġie appuntat awtomatikament hekk kif il-kuntratt ingħata.
Leg 9 PQ #27993 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

New Street Lightning

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir in-new street lightning fi Triq il-Ġojjin fil-Fgura, peress li issa għadda żmien mhux ħażin min meta saru l-applikazzjonijiet meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Naturalment dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni Enemalta għandha diversi talbiet simili pendenti.

Persuni b'Diżabilita — Karta s-Safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni b'diżabilita għadhomx permessi li jidħlu jaraw logħob tal-football f' Ta' Qali b'xejn bil-karta tad-diżabilita s-safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27995 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Hompesh Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema laqgħa kienet meta d-dipartiment informa l-kunsilli lokali tal-Fgura bil-pjanti approvati ta' kif ippjanat li se ssir Hompesh Rd, fil-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq, permezz ta' ittra bid-data 27/07/2001 informa lill-Kunsill Lokali, Fgura li d-Dipartiment tat-Toroq kien ser jibda x-xogħol fuq Hompesch Road, Fgura, b'mod li t-traffiku jibqa two way kif inhu llum. Sadanittant l-istess Dipartiment informa lill-Kunsill li jekk irid seta jkompli jiddiskuti dan il-proġett, peress li l-ewwel fażi tiegħu ma kienitx ser ittellef dak li kien qed jippretendi l-Kunsill. Ir-risposta tal-Kunsill kienet kuntrarju għal aktar laqgħat, u għalhekk ma kienx hemm alternattiva ħlief li x-xogħol jinbeda kif propost.
Leg 9 PQ #27996 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħadd interessat li jkollu parti mill-Maltapost meta din tiġi privatizzata? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru ta' dawk interessati? Min huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju għadu kmieni u għaldaqstant ma jkunx prudenti li tingħata nformazzjoni dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #27997 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' komunikazzjoni bejn id-dipartiment u l-kunsill tal-Fgura bejn l-20 ta' Novembru 2001 u s-16 ta' Mejju 2001 dwar id-disinn ta' Triq Hompesch, Fgura? Jista' jgħati kopja tal-minuti ta' kull laqgħa li saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalkemm mhux fil-perjodu msemmi, saru diversi laqgħat bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq, kemm qabel kif ukoll wara d-dati msemmija.
Leg 9 PQ #27998 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

PA — Fgura - Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew approvati l-pjanti ta' Hompesch Rd tal-Fgura mill-Awtorita ta' l-Ippjanar? X'inhu n-numru tal-P.A. għal dan l-approval? Kemm ittieħet żmien biex il-pjanti ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proġett ta` titjieb ta` Żabbar Road u Hompesh Road huwa proġett ta` reconstruction u realignment tal-bankini. Dawn it-tip ta proġetti ma jinħtieġux permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk minn l-1997 'l hawn qatt ma ġew sottomessi pjanti lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar inkonnessjoni mat-titjieb ta` Żabbar Road u Hompesh Road.
Leg 9 PQ #27987 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

M'Skala — First Phase

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fit-Triq l-Aħdar u Triq il-Munxar, M'Skala peress li issa jidher li f'dawn it-toroq ma fadalx plots x'jinbnew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi l-programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.