Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom joqgħodu Malta / Għawdex dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Settembru sal-lum, persuna b'persuna
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lpersuna konċernata kienet minn dejjem residenti f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Settembru sal-illum persuna b'persuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lpersuna konċernata ma kenitx qed tirreġistra għaxxogħol imma daħlet skond ilpermess mogħti millETC.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol tal-ħaddiema l-ġodda kollha li daħlu mill-1 ta' Settembru sal-lum fuq il-Gozo Channel persuna b 'persuna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lpersuna li daħlet taħdem malKumpanija Gozo Channel filperijodu msemmi qiegħda taħdem bħala First Officer fuq ilvapuri talKumpanija.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex ineħħi periklu li nħoloq meta ċeda ħajt wara xogħol li kien qiegħed isir f'kostruzzjoni privata f'passaġġ ħdejn id-djar tal-Gvern f'kantuniera ma Dar No. 1 wara dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-imsemmi ħajt huwa "hoarding" tas-sit li kien parti mill-kundizzjonijiet tal-permess tal-bini li kien qiegħed jinbena li pero` kien ġie mwaqqaf mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għax ix-xogħol li kien qiegħed isir ma kienx skond il-permess u l-pjanti approvati.
Jidher li parti żgħira minn dan il-ħajt, ċediet jew ġiet imwaqqa. Is-sid ser jiġi avżat sabiex jerġa` jtella` il-ħajt minnufuh.
Infurmat ukoll illi l-Pulizija infurmat lis-sid sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, agenda u minuti ta' laqgħat kollha tal-konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road, li saru bejn is-17 ta' Novembru 2000 u l-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsill lokali tal-Fgura mad-dipartiment tat-toroq, awtoritajiet u NGO's?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28638.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown fl-istima ta' l-infieq ta' sitt mitt elf lira (Lm600,000) fil-proġett tat-Triq Hompesch fil-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-valur tax-xogħol li hu propost li jsir fit-Triq Ħompesch huwa mqassam kif ġej:
1. Xogħol ta` bini mill-ġdid mit-triq, ta` asfalt u bankini Lm506,720
2. Xogħol ta` servizzi nkluż il-bini tal-water culverts Lm128,419
3. Xogħol ta` tabelli u street furniture Lm 2,618
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, Aġenda u Minuti ta' laqgħat kollha ta' konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn iż-17 ta' Novembru 2000, u t-3 ta' Settembru 2001 mal-Kunsilli Lokali Fgura u d-Dipartiment tat-Toroq, jew mal-Ministeru tat-Trasport?
Jista' l-Ministru jgħid x' kienet ir-raġuni li nbidlet ir-rotta tat-traffiku alternativa waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol fuq Hompesch road min dik li kienet miftehma fl-laqgħa tat-18 ta' Lulju 2001 ma' l-Entitajiet konċernati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma sar l-ebda tibdil fir-rotta tat-traffiku minn dak li kien miftiehem fil-laqgħa ta` Lulju 2001.
Ta` min isemmi iżda li l-karozzi ż-żgħar setgħu sabu toroq alternattivi waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol u dan ukoll kien previst li seta` jsir fil-laqgħa msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lockers fl-iskola ta' Marija Goretti Tarxien, meta s-sena l-oħra l-istudenti ta' form 4 ħallsu l-Lm10 u sal-lum għadhom bla lockers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola ma talbet lil ebda studenta biex tħallas Lm10.00 għal-locker kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari. Il-Kunsill iddeċieda li t-88 locker li ser jintużaw din is-sena jinkrew Lm1.00 kull term u din il-policy ġiet spjegata lill-ġenituri f'laqgħa li saret għalihom fil-5 ta' Settembru.
Informat ukoll li l-Kunsill ta' l-Iskola Sekondarja tal-Bniet Maria Goretti adottapolicy biex jiġu evitati basktijiet tqal u daħlet l-idea li jinxtraw lockers. Dan hu proġett li mistenni jieħu ħames snin sakemm jinfirex ma' l-iskola kollha.
Is-sena l-oħra saret Fun Run biex jinġabru flus għal dan il-għan u l-iskola rnexxiela tidħol għall-ispiża ta' 88 locker li 68 minnhom inkrew minn tfal tal-Form 2 u 20 minn fost it-tfal tal-From 3 li ttellgħu bix-xorti.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lockers fl-iskola ta' Maria Reġina Ħamrun, meta l-istudenti tal-form 5 f' din l-iskola ilhom sentejn li ħallsu Lm10 u sal-lum għadhom bla lockers, meta fil-fatt dalwaqt se joħorġu mill-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lockers fil-Junior Lyceum Maria Reġina ilhom jeżistu u jintużaw għal xi snin. Fil-bidu ta' kull sena skolastika l-istudenti jiġu assenjati locker fil-klassi jew fil-kuridur l-aktar viċin tal-klassi li jkunu qegħdin jużaw fis-sena kurrenti. Sad-9 ta' Ottubru 2001, l-istudenti kollha tal-Form 5 ġew assenjati l-lockers li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom din is-sena skolastika.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, agenda u minuti ta' laqgħat kollha tal-konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn is-17 ta' November 2000, u l-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsilli lokali, Fgura u d-dipartiment tat-toroq, korporazzjonijiet u dipartimenti oħra dwar aspetti tekniċi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28638.
Jista' l-Ministru jgħid x' azzjoni qed tittieħed fir-rigward ta' gallarija li qed tittfarrak u hi ta' periklu għat-tfal ta' l-iskola fi Victory Flats, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Isla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultax li l-post indikat mill-Onor. Interpellanti huwa tal-Gvern u għalhekk din it-talba ma tikkonċernax lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li t-tankijiet li jformu l-ilma kollu lill-households tar-residenti li joqogħdu 'Fuq Verdala, Bormla, tnaddfu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanti li r-responsabbilita' ta' żamma ta' ndafa ta' partijiet komuni nkluż tat-tankijiet ta' l-ilma hija tar-residenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta t-tfajliet ta' l-iskola Erin Seracino Inglott, klassi 3D se jkollhom għalliema tal-Physics, peress li qed jingħad li m' hemmx min jgħallem lil dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed jittieħdu l-passi biex jinstab għalliem tal-fiżika għal dawn l-istudenti f'din l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li t-tankijiet li jformu l-ilma kollu lill-households tar-residenti li joqogħdu 'Fuq Verdala, Bormla, tnaddfu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-tindif tat-tankijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhux fir-responsabbilta' ta' xi entita' li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi. Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsir spezzjoni ta' l-ilma lill-households ta' Fuq Verdala, Bormla peress li l-ilma ta' dawn ir-residenti għandu rieħa stramba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li nvestigazzjonijiet neċessarji fuq l-ilma ta` l-area ndikata saru fit-28 ta` Settembru 2001.
Infurmat li ma` kien hemm l-ebda lment irrapurtat lil dan id-Dipartiment dwar riħa ġol-ilma fl-area ndikata. Ninforma ukoll li l-kampjuni 'rutina' ta` l-ilma li jittieħdu minn uffiċjali ta` l-istess Dipartiment minn dan id-distrett, ħarġu tajbin.
Id-Dipartiment ikun grat jekk l-onorevoli Interpellant tista` tagħti aktar informazzjoni fuq l-indirizzi tad-djar speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għad-dewmien ta' ħlas lill-kummissjonarji li ħadmu fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Marzu 2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li minbarra li, l-Uffiċċju Elettorali kellu jingħata aktar fondi biex jitħallsu kollha f’daqqa l-“Assistant Electoral Commissioners”, “Supervisors” u dawk kollha li ħadmu fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, żviluppaw problemi fis-sistema kompjuterizzata ġdida li permezz tagħha jinħadmu l-pagamenti. Ninsab infurmat li l-pagamenti ser isiru fi ftit ġranet oħra.