Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kindergarden ta' Bormla ilhomx żmien bla ilma?
Jekk iva għalfejn u kemm ilhom b' din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond tagħrif mill-awtoritajiet ta' l-Iskola Primarja ta' Bormla ma jirriżultax li s-sezzjoni tal-Kindergarten ilha għal xi żmien bla provista ta' ilma.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema ħin studenti tal-primarja ta' Bormla qed jaraw videos tat-tfal?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-videos hux qed jintwerew kulljum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskop ta' l-apparat tal-video qiegħed fil-klassijiet biex jintwera materjal li jkun ta' appoġġ edukattiv waqt il-lezzjonijiet li jsiru waqt il-ħin ta' l-iskola. Waqt il-ħin tal-lezzjonijiet ma jintwerewx videos lit-tfal meta dawn ma jkunux relatati mas-suġġett.
Informat ukoll li, temporanjament, minħabba xi xogħlijiet pendenti u perikolużi fl-ground ta' quddiem l-iskola (liema ground hu porpjeta` ta' Dipartiment ieħor), it-tfal fil-klassijiet iż-żgħar qed jiġu murija videos addattati għalihom minflok joħorġu barra. Dawn il-videos huma pprovduti mill-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid min fejn hu ġej ilma tad-dranaġġ li nieżel min Triq Alessandru Bormla għal quddiem l-iskola tal-primarja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn spezzjoni li saret mid-Dipartiment irriżulta li la quddiem Triq Alessandru u l-anqas quddiem l-iskola primarja ma nstab li kien nieżel xi ilma tad-dranaġġ.
Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill irċieva l-istess ilment u d-Dipartiment tad-Dranaġġ għamel spezzjoni wkoll u ma sab l-ebda ilma tad-dranaġġ nieżel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-course tal-yacht master offshore tal-MCAST li se jsir fil-Maritime Institute nhar it-Tnejn 12 ta' Novembru 2001 hux bil-ħlas jew le?
Jekk iva kemm qed jintalbu jħallsu dawn iż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Course ta' Filgħaxija għal lYachtmasters beda fit-12 ta' Novembru 2001 u jibqa' sejjer għal tlett xhur sħaħ b'sagħterjn lecturers kull ġimgħa.
Il-ħlas għal dan il-Course, li huwa leisure-oriented u mhux career oriented, huwa ta' Lm125.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' rdim ta' medda sħiħa bil-katusi ġodda tad-drenaġġ li kienu għadhom kemm saru mil-kuntrattur li qed jaħdem fi Triq Hompesch Fgura, biex dan reġa għamel oħrajn ħdejhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-lokalita` saret estenzjoni ta' main f'parti mit-triq taħt il-bankina li saret biċċa main oħra ġdida f`nofs it-triq biex titkabbar dik li kienet eżistenti.
Barra minn hekk inbidlet medda żgħira tal-main eżistenti fejn dan kien fil-linja tal-medda l-ġdida tal-storm water system li kellha titpoġġa mal-ġenb għax ma kienx hemm spazju fiżiku bejn il-main tad-dranaġġ u l-optic fibre cable tal-Maltacom u l-main tal-Enemalta biex jippermetti it-tqegħid tal-pipe tal-storm water system.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm purtinara jaħdmu full-time waqt il-ħinijiet ta' l-iskola fl-iskejjel primarji (skala A u skala B)?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, skola skola?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-iskejjel primarji ta' Għawdex mhux inklużi billi dawn il-ħaddiema jitħallsu minn Ministeru ieħor, u records tagħhom jinżammu mid-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bozza imkissra ta' viċin il-fond indikat under separate cover għadha ma ssewietx għalkemm saru diversi rapporti biex din tissewwa?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li qed jiġu mgħallma fil-Junior College fis-sena skolastika 2001/2002?
Kemm hemm studenti li qed jattendu għal kull suġġett, bħala first years u bħala second years?
Kemm hemm tfajliet u kemm hemm ġuvintur?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-suġġetti li qed jiġu mgħallma fil-Junior College fis-sena skolastika 2001/02 huma dawn:
Accounts, Applied Mathematics, Arabic, Art, Biology, Chemistry, Computing, Engineering Drawing/Graphical Communication, English, Economics, Environmental Science, French, Geography, German, History, Home Economics and Human Ecology, Information Technology, Italian, Maltese, Marketing, Music, Philosophy, Physics, Pure Mathematics, Religious Knowledge, Sociology, Spanish u Systems of Knowledge.
Statistika ta' kemm hemm studenti li qed jattendu għal kull suġġett, bħala First Years u bħala Second Years, kemm tfajliet u kemm ġuvintur, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat li x-xogħol ġewwa Triq id-Dejma, Ħal Tarxien ġie mwaqqaf temporanjament peress li l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tistenna l-cables mingħand l-aġenti. F'din it-triq qed jiġu nstallati ġewwa trinka tlitt cables tal-High Tension, tnejn minnhom ta' 5MVA u ieħor ta' 8MVA.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol tal-ħaddiema l-ġodda kollha li daħlu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum fuq il-Gozo Channel persuna b 'persuna, xahar b' xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-ewwel ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru 2001 il-Kumpanija Gozo Channel impjegat persuni f’dawn il-gradi:
Grad
Xahar
Numru
Information Technology
Lulju
Wieħed
First Officers fuq il-vapuri
Lulju
Tnejn
Clerks
Lulju
Tlieta
Inginerija
Lulju
Tnejn
Inginerija
Awissu
Wieħed
First Officer fuq il-vapuri
Ottubru
Waħda
Customer Care
Ottubru
Waħda
L-apprentisti li daħlu mal-kumpanija jaqgħu taħt l-Iskema TAS tal-ETC, filwaqt li t-tlett clerks ġew impjegati għas-sajf biss bħala ‘Student Workers’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema li daħlu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum mal-Gozo Channel xahar b' xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel impjegat persuni magħha kif hu mniżżel hawn taħt:
Lulju - Tmienja
Awissu - Wieħed
Settembru - Xejn
Ottubru - Tnejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum persuna b' persuna xahar b' xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel m’għandiex informazzjoni kemm ilhom jirreġistraw il-ħaddiema li daħlu magħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom joqgħodu Malta / Għawdex dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum, persuna b'persuna xahar b' xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-persuni impjegati mill-Kumpanija Gozo Channel mill-1 ta’ Lulju 2001 sallum għandhom residenza skond il-Karta’ ta’ l-Identita’ kif hu mniżżel hawn taħt:
· Dawk impjegati f’Lulju: 4 f’Għawdex u 4 f’Malta
· Dak impjegat f’Awissu: 1 f’Għawdex
· Dawk impjegati f’Ottubru: 2 f’Malta
Madankollu l-Kumpanija m’għandiex informazzjoni dwar kemm dawn il-persuni ilhom joqogħdu Malta jew Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum huma Għawdxin u kemm huma Maltin xahar b' xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li skond il-karta’ ta’ l-Identita, il-persuni mpjegati mill-Kumpanija Gozo Channel mill-1 ta’ Lulju 2001 sallum twieldu kif murija hawn taħt:
· Dawk impjegati f’Lulju: 3 f’Għawdex u 5 f’Malta
· Dak impjegat f’Awissu: 1 f’Għawdex
· Dawk impjegati f’Ottubru: 2 f’Malta
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet u ġuvintur li rreġistraw għall-eżami tal-Matrikola tal-Matematika f' Mejju 2000 u f' Mejju 2001, għal paper 2A u paper 2B?
X' kienu l-grades tar-riżultati li ġabu l-istudenti f' dawn iż-żewġ eżamijiet?
Kemm kien hemm tfajliet u kemm kien hemm ġuvintur li ġabu dawn il-grades għaż-żewġ eżamijiet separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħallew il-katusi tad-drenaġġ li kien hemm qabel quddiem id-djar sweet hearth u dar No. 11 f'Hompesh Rd, Fgura meta f'mistoqsija parlamentari nru. 25294, diġa kien hemm indikazzjoni li f'din il-parti partikolari teżisti problema għax il-katusi dojoq u ma jlaħħqux mad-domanda u l-kwantita tad-drenaġġ li jinżel minnhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25294.
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq f`dan ir-rigward jagħmel ix-xogħol kif ikun ordnat mid-Dipartiment tad-Drenaġġ li f`dan il-każ ma ħasx illi kien hemm il-bżonn li jinbidlu l-katusi fil-lokalita` quddiem il-postijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fi Triq id-Dejma, Tarxien waqaf? Jista' jinfurmana wkoll x'inhi l-qawwa tal-cables li kienu qed isiru f'din it-triq?
Jista' l-Ministru jara li l-file ta' pażjent ta' 4 snin ibati mill-meningite jinstab peress li dan il-pazjent għadu qed jieħu l-kura u qed ikun difiċli għat-tobba li jikkurawħ? Id-dettalji tal-pazjent qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.