Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30818 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar minn Mejju sa l-aħħar ta' Diċembru? Kemm kienu dawk f'Malta u dawk f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #30566 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — Grades

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet u guventur tal-Matematika f'Mejju 2000 u f'Mejju 2001? X'kienu l-gradi tar-riżultati li ġiebu l-istudenti f'dawn iż-żewġ eżamijiet? Kemm kien hemm tfajliet u kemm kien hemm ġuventur li ġabu dawn il-grades għaż-żewġ eżamijiet separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika mitluba, flimkien ma' ħafna tagħrif ieħor, ser tkun ippubblikata f'Newsletter Nru 42 u fir-Rapport dwar l-Eżamijiet taċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja, li l-Bord tal-MATSEC ser joħroġ f'nofs Jannar. Kopja ta' dawn ser titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta wara l-pubblikazzjoni ta' dawn ir-rapporti.
Leg 9 PQ #30808 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Louise Schickluna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħsarat li hemm taħt l-art fi Triq San Ġwann, St Elia kantuniera ma' Triq Louise Schickluna, Fgura hiex fil-pjan għall din is-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezjona l-lokalita' indikata mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #30809 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiswija tad-drenaġġ ta' Triq St. Thomas Street, kantuniera ma' Liedna Street, Fgura hiex fil-pjan għall din is-sena 2002?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li hemm xi ħsara fis-sistema tad-drenaġġ fil-post imsemmi.
Leg 9 PQ #30810 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti tal-MCAST Targa Cap 3rd year se jieħdu l-istipendju ta' Novembru u Diċembru 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti tal-korsijiet tal-Ġojjellerija u tad-Disinn Grafiku huma mistennija li jieħdu l-manteniment lejn l-aħħar ta' Jannar 2002.
Leg 9 PQ #30811 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Kummissjonant tal-Funerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kummissjonant tal-funerali partikolari qed ikun fis-swali ta' l-isptar San Luqa meta persuna tkun ġiet nieqsa? Kif dan il-kummissjonant tal-funerali qed ikun infurmat qabel kulħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi l-pulizija lestiet l-investigazzjonijiet tagħha wara li ġewwa din il-kamra kienet tpoġġiet petizzjoni f'Ġunju ta` 2001. Ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra dawk li nstabu ħatja.
Leg 9 PQ #30812 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq San Xmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti minn Triq San Xmun (kantuniera ma' Triq id-Dejma) fil-Fgura ser titwessa' meta m'hemmx bżonn ta' esproprjazzjoni u qed toffri periklu kbir kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pedestrians?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jikkorispondi ma' l-Uffiċċju Konġunt biex l-art meħtieġa tgħaddi għand id-Dipartiment sabiex it-twessiegħ imsemmi jkun jista' jsir.
Leg 9 PQ #30558 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Scanner

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-scanner tar-Red Tower taz-zona tal-Mellieħa jaħdimx? Jekk le, minn meta ilu bil-ħsara?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata.

Inspection

Question

Jista' l-Ministru jagħmel inspection fuq il-fond bl-indirizz li qed jintbagħat separatament peress li hemm informazzjoni li dawn qiegħdin bħala squatters ? Jekk jirriżulta fil-pożittiv x'se jagħmel id-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt il-każ lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jinvestiga.
Leg 9 PQ #30514 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operation Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm radars jaħdmu u dawk out of order fl-operation room fil-barracks ta' Ħal Luqa

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun pubblikata. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-“operations room” qed tkun “upgraded” b’apparat li jiswa mat-Lm800,000. Aktar informazzjoni tinsab fit-tweġiba li tajt f’Seduta Parlamentari 663 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30227.

Dipartiment tal-Housing — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar il-kuntratt għad-Dipartiment tal-Housing tal-fond bl-indirizz li qed jintbagħat separatament, biex ġiet allokata f'dan il-flat? Meta ingħataw lilhom iċ-ċwievet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika l-isem tal-persuna li qed tirreferi għaliha u ġġib il-kunsens tal-persuna biex tingħata l-informazzjoni

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħix x'courses qed isiru bħalissa fl-ETC għall-persuni b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-courses organiżżati mill-ETC jista' japplika għalihom kulħadd inkluż persuni b'diżabilita'. Barra minn hekk l-ETC għamlet ftehim mal-Fondazzjonijiet Eden, Richmond u Arka (Ghawdex) biex tagħmel użu minn servizzi speċjaliżżati ta' taħriġ li joffru dawn l-organizzazzjonijiet.

Opportunitajiet Indaqs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-persuni b'diżabilita li bbenefikaw għax ġew ippreferuti taħt bil-persentaġġ ta' 2% skond il-liġi l-ġdida ta' Opportunitajiet Indaqs għal persuni b'diżabilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-perċentwali tat-2% hi stabbilita bil-liġi tal-1969 u mhux bl-Att Numru 1 tas-sena 2000 (jiġifieri l-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita')).
Leg 9 PQ #30058 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Negozju — VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PA 29995?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29995 f'seduta 651.
Leg 9 PQ #29995 Sitting 651 2001-11-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Negozju — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għalqu n-negozju tagħhom u rritornaw il-kotba tal-VAT lid-dipartiment bejn is-snin tal-1997 sal-lum xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nru. 22828 f'seduta 473 u W312 f'seduta 596.
Leg 9 PQ #29924 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kont tad-dawl u ilma tas-sinjura li l-indirizz u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ġie Lm130.58c, meta l-kont ta' qabel kien Lm6.30?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ġlment ta' l-Onorevolġ ġnterpellant ġġe rġferut lġll-Korporazzjonġ għas-Servġzzġ ta' l-ġlma sabġex ġssġr ġl-verġfġka relattġva. Naturlament, jekk jġrrġżulta lġ hemm xġ żball mġn-naħa tal-Korporazzjonġ, ġsġr l-aġġustament meħtġeġ
Leg 9 PQ #29936 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Building & Construction Institute

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kotba għandhom bżonn l-istudenti li qed jattendu għal course ta' draftsman fil-MCAST Building & Construction Institute Naxxar first year? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li dawn l-istudenti għandhom bla kotba sal-ġurnata tal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li filwaqt li l-Kors ta' Draughtsmanship qiegħed isir għall-ewwel darba fl-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni, fl-MCAST in-Naxxar, qatt fil-passat ma ingħataw kotba bħala textbooks lill-istudenti għal dan il-Kors. L-Asst. Lecturers f'dan il-kors huma l-istess li kienu jgħallmu fil-passat u qegħdin jużaw ħafna mill-istess kotba li kienu jintużaw fil-passat. L-għalliema għandhom bank ta' kotba ta' riferenza li jużaw kontinwament ma' l-istudenti. Kemm il-darba huma jridu jgħaddu kopji ta' materjal importanti minn dawn il-kotba, dan isir permezz ta' kopji bis-servizzi mogħtija mill-istess Istitut. Dan jiffranka ħafna spejjeż lill-istudenti. Qiegħed isir eżerċizzju sabiex jitkabbar dan il-bank ta' kotba mill-għalliem lill-istudent issir biss fuq bażi tal-bżonnijiet tal-kurrikulu. It-tagħlim f'dan il-kors beda u miexi b'ritmu tajjeb. L-MCAST qed jikkonsidra wkoll titjib u aġġornament tal-korsijiet f'dan l-Istitut.
Leg 9 PQ #29995 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Interim From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Negozju — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għalqu n-negozju tagħhom u rritornaw il-kotba tal-VAT lid-dipartiment bejn is-snin tal-1997 sal-lum xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29729 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-koppji li applikaw quddiem il-qrati Maltin biex jisseparaw fis-snin 1999/2000/2001? Kemm kienu dawk li applikaw quddiem il-qrati għal separazzjoni bonaria fis-snin 1999/2000/2001 s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Se impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #29730 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bighi — Sally Port

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir is-slipway fis-Sally Port Bighi (quddiem il-club tar-Regatta) Birgu, peress li s-slip li kien hemm tkaxkret bil-maltemp u l-club ma għandhomx aċċess ieħor min fejn jinżlu jvaraw id-dagħjes tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għall-slipway li tintuża mir-Regatta Club tal-Birgu, nixtieq ngħarrafha li diġa' saret stima tax-xogħol mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u bħalissa qed nikkunsidraw kif ser jiġu mħallsa dawn ix-xogħlijiet li huma ta' ammont konsiderevoli.