Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31140 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiżdiedu d-dawl - bozoz ġodda - fi Triq is-Sur Fgura n-naħa t'isfel jiġifieri cioe minn kantuniera ta' Hompesch Road sa Triq Valperga, peress li t-talba ilha ssir għal dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija preċedenti.
Leg 9 PQ #31146 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir street lighting ġdid kantuniera ta' Triq San Gwann ma' Triq l-Iskola l-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31137 waqt is-Seduta numru 685.
Leg 9 PQ #31019 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Public Converience

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir public convenience fl-akwati fejn isir il-monti fil-Birgu? Jekk le, jista' joffri mqar mobile toilets għal dawk li jkunu l-Monti mqar kull nhar ta' Tlieta meta jsir is-suq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #31020 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-Enemalta ġewx infurmati minn qabel li l-paga tagħhom kellha tingħata lilhom kull 4 ġimgħat u mhux kull ġimatejn kif kien isir qabel? X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta kienu nfurmati minn qabel li l-paga kellha tingħatalhom fix-xahar. Għall-ewwel, l-impjegati li huma fi skala ta' pagi 14 jew aktar 'l fuq, bdew jitħallsu bix-xahar b'seħħ mit-28 ta' Settembru tas-sena l-oħra. L-impjegati li huma fi skali ta' paga bejn 15 u 20, ser jibdew jitħallsu fix-xahar b'seħħ mill-aħħar ta' dan ix-xahar. Iċ-ċirkulari numru 84 f'dan ir-rigward kienet inħarġet fis-26 ta' Novembru 2001. Dan it-tibdil sar għal raġunijiet amministrattivi.
Leg 9 PQ #31021 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex dejn mal-pajjiżi Għarab? Jekk iva, kemm għandha tagħti u mill-liema snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uniku self li ħadet il-Korporazzjoni Enemalta minn pajjiżi Għarab u li għadu qed jitħallas, kien dak li ttieħed mill-Kuwait fl-1990 sabiex jiġi jinanzjat parti mill-proġett tal-Power Station ta' Delimara. L-ammont imsellef kien ta' 3,708,141 dinar tal-Kuwait. Sa llum tħallas lura l-ammont ta' 2,965,641 dinar. Il-bilanċ ta' 742,500 dinar jitħallas fl-1 ta' Lulju 2004, id-data ta' meta huwa dovut l-aħħar pagament.
Leg 9 PQ #31135 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu fil-programm ta' din is-sena 2002 għall-estenzjoni ġodda tal-bozoz fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li twaħħal lampi ġodda f'dawn it-toroq fil-Fgura żewġ lampi fi Triq Sant'Antnin tlettax-il lampa fi Triq Ħaż-Żabbar, minn Triq San Tumas sa Triq il-Karmnu. Fil-fatt 7 lampi diġa' ġew installati ħdax-il lampa fi Triq Ħaż-Żabbar, minn Triq il-Karmnu sa Triq iż-Żejtun tlitt lampi fi Triq il-Ġojjin, u erba' lampi fi Triq l-Iskola.
Leg 9 PQ #31136 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Foss

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Toroq se jagħti r-reconstruction ta' Triq il-Foss kif kien miftiehem mal-kunsill lokali Fgura waqt diskussjoni fuq il-proġett ta' Hompesch Road Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq iddiskuta l-possibilita' li Triq il-Foss tiġi resurfaced bil-ħsieb li jkun jista' jgħaddi t-traffiku minnha waqt li x-xogħol ta' Hompesch Road ikun għaddej. Irriżulta li diversi utilities għad iridu jgħaddu servizzi ġodda f'din it-triq u għalhekk dan ir-resurfacing ma setax jitwettaq.
Leg 9 PQ #31137 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Skala — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru new lightning fi Triq l-Aħdar u Triq il-Munxar M'Skala meta l-applikazzjoni għalihom ilha li saret snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitwaħħlu lampi ġodda fit-toroq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra. Kif kelli okkażjoni ngħid drabi oħra, minħabba diversi fatturi, mhux possibbli tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.

Inspection

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment qed jippermetti lill-familja li qiegħda toqgħod fil-flat imsemmi fil-PQ 30813 u 30511 meta dan suppost hu okkupat mill-istess tifla tal-kerreja llum mejta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza ghall-Mistoqsija Numru 30813 jien infurmat illi d-Dipartiment kellu talba mit-tifla tal-kerreja li mietet għal rikonoxximent u laqgħa din it-talba. Jekk it-tifla għandha xi nkwiet ma membri oħra tal-familja għandha titlob l-għajnuna tal-pulizija.
Leg 9 PQ #30891 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Espropjazzjoni ta' Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali, Fgura u ż-żewġ site inspections li saru fl-aħħar sena mill-periti tad-dipartiment tat-toroq fuq Triq ix-Xemx u Triq il-Qamar fil-Fgura, li ma għandhomx bżonn espropjazzjoni ta' art biex tiġi ffurmata u tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'kull inspection instab li fit-triq għad hemm ħafna żvilupp xi jsir fiha u fil-partijiet mhux żviluppati l-privat għadu ma fetaħx it-triq. Għalhekk ix-xogħol f'din it-triq ikollu bilfors jistenna sakemm isir aktar żvilupp.
Leg 9 PQ #30928 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fgura — Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d-Dipartiment tal-Mużewijiet wara li nstabu xi shelters tal-gwerra fi Triq Hompesch fil-Fgura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara spezzjoni tas-sit, id-Dipartiment tal-Mużewijiet għarraf lill-Kunsill u lid-Dipartiment tat-Toroq li dan ix-xelter huwa protett mil-liġi ta' l-Antikitajiet. Għaddejjin laqgħat mal-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq biex il-protezzjoni tax-xelter issir bl-aħjar mod.
Leg 9 PQ #30929 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat id-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar is-sejba ta' shelters fi Triq Hompesch il-Fgura? Jekk iva, kien hemm xi żviluppi dwar din is-sejba?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtoritajiet tal-Mużew huma nfurmati bix-xelters.
Leg 9 PQ #30932 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Railing tal-Ħadid

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir railing tal-ħadid fit-taraġ ta' Sqaq il-Mitħna, Bormla biex ikun ta' għajnuna għal nies anzjani u persuni b'diżabilita li hemm jgħixu f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xi żmien ilu l-Kunsill Lokali nstalla hand railing, iżda dan kellu jerġa jinqala peress li kien beda xi xogħol ta' kostruzzjoni u dan seta isirlu ħsara. Ir-railing ser jerġa jiġi nstallat hekk kif titlesta' l-kostruzzjoni. Għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellanta hi mitluba tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30933 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 30818?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' households li kellhom is-servizz tad-dawl sospiż minħabba nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet, xahar b'xahar, matul l-aħħar tmien xhur tas-sena li għaddiet kien kif ġej: Mejju 38 Ġunju 27 Lulju 27 Awissu 33 Settembru 29 Ottubru 31 Novembru 43 Diċembru 23 Din l-informazzjoni tinkludi kemm households Maltin kif ukoll Għawdxin, peress li tali statistika ma tinżammx għaż-żewġ gżejjer separatament.
Leg 9 PQ #30934 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Dopja

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ-Ċittadinanza Doppja li rreġistraw ruhom bejn ix-xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ-ċittadinanza doppja li rreġistraw ruħhom bejn Settembru u Diċembru 2001, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inspection

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'irriżulta wara l-investigazzjoni li saret b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30511? X'passi għamel jew se jagħmel issa d-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment qed jirrikonoxxi bħala inkwilina lit-tifla tal-kerreja li mietet għax din għandha kull dritt li tibqa tgħix hemm.
Leg 9 PQ #30814 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Merħba/Triq is-Sunnara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara wara diversi laqgħat mal-kunsill lokali tal-Fgura u żewġ site inspections mill-periti tad-dipartiment tat-toroq, b'referenza għall-meta partijiet mhux iffurmati ta' Triq Merħba u Triq is-Sunnara Fgura, li issa humma żviluppati totalment? Meta sejrin jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'hemm xejn xi nżid mal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26012.
Leg 9 PQ #30815 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Misk

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti minn Triq il-Misk, bejn Triq tal-Gallu u Triq San Gwann, Fgura, sejra tinfetaħ wara li ilu ħafna snin li l-art ġiet esproprjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jekk din it-triq tista' tinfetaħ jittieħdu passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir.
Leg 9 PQ #30816 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Expatriates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' l-applikanti li għaddejjin mill-proċess, jew għamlu l-proċeduri kollha biex jieħdu d-dual citizenship mix-xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001? Jista' jinfurmana kemm kienu dawk li applikaw għad-dual citizenship mid-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta' l-expatriates f'Malta fix-xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru u Diċembru 2001, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates ikkonferma li 474 persuna ikkwalifikaw awtomatikament biex iżommu żewġ ċittadinanzi. Matul l-istess perijodu, 269 persuna ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta. Dawn il-persuni wkoll jikkwalifikaw għal ċittadinanza doppja. In-numru ta` talbiet li għadhom qed jiġu pproċessati huwa ta` 396 fil-każ ta` dawk li jikkwalifikaw awtomatikament, u 264 fil-każ ta` dawk li għamlu talba għal reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni.
Leg 9 PQ #30817 Sitting 676 2002-01-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Gardjola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara d-diversi laqgħat li saru mal-kunsill lokali Fgura fejn anke saru żewġ site inspections fl-aħħar sena mill-periti tad-dipartiment tat-toroq fuq Triq il-Gardjola u parti minn Triq William Lasall Fgura, li għandhom is-servizzi kollha mgħoddija biex jinagħaw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li biex dawn it-toroq ikunu jistgħu jiġu asfaltati, għad trid tittieħed art mhix żviluppata fil-kantuniera bejn Triq William Russell u Triq il-Gardjola u d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu ħsieb biex il-parti mhix żviluppata tgħaddi għand il-Gvern biex ix-xogħol ikun jista' jsir.