Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32273 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bozza fi Triq 194/196 Alessio Arardi, Żabbar kantuniera ma' Triq il-Qalb Mqaddsa, Żabbar peress li f'din il-parti hemm ħafna dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 9 PQ #31924 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

BOV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-clerks temporanji li qed jaħdmu fil-Head Office tal-BOV, Gzira jinqalbux full-time peress li l-kuntratt tagħhom ilu jiġġedded għall din l-aħħar sena, 3 xhur bi 3 xhur meta dawn anke diġa għandhom l-uniformi? Jekk hemm il-ħsieb li jidħlu permanenti, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-bank li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru huma kumpanija privata ikkwotata fil-Borża ta' Malta, il-materja in kwistjoni hija fil-kompitu esklussiv tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess bank.
Leg 9 PQ #31925 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir telephone box fl-akkwata tal-Ħofra taż-Żabbar peress li issa kiber ħafna n-numru tal-bini f'dik l-arja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #31926 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitpoġġa letter box fl-akkwata tal-Ħofra Ħaż-Żabbar peress li issa kiber ħafna n-numru tal-bini f' din l-arja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' talbiet għal kaxxi ġodda, il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjoni ta' l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident. Skond il-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' April, 1996, Ħaż-Żabbar għandu popolazzjoni ta' 14,251. Dawn l-abitanti huma moqdija b'xejn anqas minn għaxar kaxxi ta' l-ittri, figura wisq ogħla minn dik rakkomandata mill-UPU. Għalhekk din it-talba ma tistax tintlaqa. Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali biex isir ċaqlieq ta' xi kaxxa jew aktar minn dawk eżistenti b'mod li jitjieb is-servizz fil-lokalita' msemmija.
Leg 9 PQ #32006 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta din l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li tbati min Dyslexia u ilha tistenna aktar minn sena għall-għajnuna, se tieħu l-għajnuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla konċernata ġiet referuta lill-SpLd Unit fl-1 ta' April 2001 u qegħda fuq il-lista li minnha l-SpLd Unit qed issejjaħ studenti biex ikunu assessjati. Meta ssejjaħ student/a għall-assessjar, l-SpLd Unit tidħol ukoll biex tipprovdi l-programm ta' għajnuna li jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #32011 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fgura Primarja School

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn għalliema mill-Fgura Primarja School, Year 6 E, qed tagħmel 2 lessons biss meta dawn waslu għall-eżami tal-Junior Lyceum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jirriżulta li l-għalliema fil-Klassi 6E qegħda taħdem fuq timetable sħiħa.

BOV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-clerks temporanji li qed jaħdmu fil-Head Office tal-BOV, Gzira jinqalbux full-time peress li l-kuntratt tagħhom ilu jiġġedded għall din l-aħħar sena, 3 xhur bi 3 xhur meta dawn anke diġa għandhom l-uniformi? Jekk hemm il-ħsieb li jidħlu permanenti, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ażjenda li għamlet referenza għaliha l-Onor. Interpellanti ma taqgħax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #31480 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija wara l-PQ 30811 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kif kummissjonant tal-funerali partikolari qed ikun fis-swali ta' l-isptar San Luqa meta persuna tkun ġiet nieqsa? Kif dan il-kummissjonant tal-funerali qed ikun infurmat qabel kulħadd?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien hemm lok li jinbdew proċeduri kriminali. Infurmat ukoll illi l-eżitu' ta' l-investigazzjoni tal-Pulizija kien ġie ikkomunikat lill Ministeru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #31519 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn hi l-kumpanija li ħadet it-Tender għall-provista ta' tiġieġ lill-pazjenti fl-isptar San Luqa? Min huma s-shareholders tal-kumpanija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Kumpanija li rebħet l-offerta għall-provvista ta` tiġieġ fl-Isptar San Luqa hija C & K Ciappara Ltd. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, d-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandiex din l-informazzjoni.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti anzjani qed titnaqqsilhom somma mill-pensjoni, li qed jingħad li qed titnaqqas minn ras il-għajn? Jista' l-Ministru jgħid ukoll b'liema mod dawn l-anzjani qed jintgħażlu biex jitnaqqsulhom dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li ż-żamma ta' taxxa minn ras il-għajn sar bis-saħħa ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Iż-żamma tat-taxxa minn ras il-għajn qed issir taħt is-sistema tal-Final Settlement System tad-Dipartiment tat-Taxxi. Taħt din is-sistema, jingħaddu il-pensjoni tas-sigurta' soċjali dovuta għal dak ix-xahar partikolari kif ukoll, fejn applikabbli, xi pensjoni oħra mit-Teżor jew tas-Servizzi Ingliżi. Issir stima tat-taxxa dovuta u din titnaqqas mill-pagament tal-pensjoni. B'hekk il-pensjonant jevita li jirċievi kont għall-arretrati ta' taxxa fl-aħħar tas sena. Dan juri biċ-ċar li t-tnaqqis isir fejn hu dovut u skond il-provedimenti legali li semmejt u mhux b'xi għażla kif qed tallega l-Onor. Interpellanti. Ta' min isemmi li l-pensjonanti li qed titnaqqsilhom it-taxxa minn ras il-għajn qed ikunu nfurmati kemm bit-tnaqqis kif ukoll bl-ammont miġbur sa l-aħħar pagament tal-pensjoni.
Leg 9 PQ #31563 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew studju mill-konsulenti ta' l-ambjent f'dan l-aħħar tliet snin? Jekk iva, jista l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport ta' dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema settur ta' l-ambjent qiegħda tirreferi.
Leg 9 PQ #31565 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerta lokalitajiet f'Malta ntalbu jimlew skema msejħa volontarja ta' l-artijiet fuq dettalji tad-djar ta' l-irħula? Liema huma dawn il-lokalitajiet? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li qed jiġu mitluba jħallsu wara li jkunu mlew il-formola?

Response (BORG, TONIO)

F`Novembru 2001, ir-Reġistru ta` l-Artijiet (Ministeru ta` l-Intern) u l-Uffiċċju tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni (Ministeru ta` l-Ambjent) b`kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali nedew skema ta` reġistrazzjoni volontarja fir-rigward tal-proprjeta` li tinsab fil-konfini tal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Floriana, Birgu, Bormla u l-Isla. Permezz ta` din l-iskema, apparti li qegħda titħaddem il-liġi dwar ir-Reġistrazzjoni ta` l-Artijiet, qed isir ukoll eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-problemi li hemm marbuta ma` proprjeta` f`dawn il-lokalitajiet. Fil-fatt, parti minn din l-iskema tipprovdi li min jirreġistra l-proprjeta` tiegħu taħt din l-iskema purament volontarja, jkun intitolat li jipparteċipa fi kwalunkwe skema ta` inċentivi li l-Gvern jista` jniedi `l quddiem, biex jiffaċilita n-negozju u/jew riġenerazzjoni ta` proprjeta` li tinsab fil-Kunsilli li għalihom tapplika l-iskema. Tajjeb jingħad, li ma` l-applikazzjoni qed titħallas is-somma ta` Lm10. B`dan il-pagament l-applikant ikun intitolat li l-pjanti jsiru minn uffiċjali Governattivi minflok ma jqabbad lill-perit tiegħu. Din is-somma tkopri l-ispejjeż amministrattivi, inkluż l-akkwist tal-pjanta għall-iskop ta` reġistrazzjoni fir-Reġistru ta` l-Artijiet. Huwa biss f`każ ta` proprjeta` kundannabbli li l-pjanti jridu jiġu mħejjija minn perit imqabbad mill-applikant u li d-drittijiet tal-perit jitħallsu mill-istess applikant. L-applikanti jibbenefikaw ukoll minn sussidju ta` nofs l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni tal-proprjeta` fir-Reġistru ta` l-Artijiet. Dan ifisser li meta eventwalment tkun ser issir ir-reġistrazzjoni, l-applikant ikun mitlub iħallas Lm10 flok Lm20. Sidien ta` proprjeta` rekwiżizzjonata li japplikaw taħt din l-iskema ma jħallsu xejn.

CSA — Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bdil fir-regoli tac-CSA's on sick leave fuq il-qasam ta' certification of sick u fuq ir-resignation from work mill-home help section? Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda dan it-tibdil u meta sar? Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni għal dawn ir-regali ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li d-Dipartiment inforza l-linja gwida diġa' eżistenti ħalli b'hekk ikun hemm iktar accountability fil-Home-Help Section.
Leg 9 PQ #31386 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li se jieħdu l-license wara li attandew għal course tas-security guard? Meta se jieħdu l-license?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 64 applikazzjoni għall-liċenzja ta` Gwardjani Privati li qed ikunu proċessati mill-Pulizija skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Leg 9 PQ #31409 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Bowsers

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt ta' l-estensjoni li ġie mogħti lill-kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħol għad-dipartiment tad-drenaġġ permezz tal-jetting bowsers ? Jista' jgħid jekk din l-estensjoni tammontax għal drect order lill-kuntratturi? Kemm hu t-tul ta' mains li ġew imnaddfa kull sena din is-sistema, sena b'sena mill-1996 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-estensjoni ta' kuntratt ta' kwalunkwe ġeneru ma tirrikjedix il-formalita' ndikata mill-Onorevoli Interpellant, imma billi ittra li tinħareġ mid-Dipartiment wara li jkun irċieva l-approvazzjoni meħtieġa u wkoll wara li l-kuntrattur konċernat jaċċetta li jżomm bla mibdula assolutament ir-rati u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali. Estensjoni ta' kuntratt ma tistax titqies bħala direct order minħabba l-fatt li ordni diretta minnha nnifisha timplika l-għoti ta' kuntratt kompletament ġdid mingħajr qatt ma tkun seħħet kompetizzjoni. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #31211 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Public Convenience

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir public convenience fl-akwati fejn isir il-monti fil-Birgu? Jekk le, jista' joffri mqar mobile toilets għal dawk li jkunu l-Monti mqar kull nhar ta' Tlieta meta jsir is-suq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed tinbena latrina fuq il-Fortini, ftit il-bogħod mis-suq tal-Birgu.

SAB

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Bord ta' l-SAB sena b'sena matul l-1998/1999/2000/2001? Jista l-Ministru jgħid kemm telgħu każi f'kull meeting xahar b'xahar, u kemm minnhom ħadu l-priority?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' laqgħat mill-1998 tal-Bord għall-Għajnna Soċjali, magħruf bħala l-SAB, kien kif ġej: Sena Numru 1998 8 1999 10 2000 16 2001 21 Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat ukoll li ebda membru tal-Bord, li l-Onor. Interpellant ilha membru fuqhu mill-1998, ma talab li tinżamm din l-istatistika.

NEA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa l-Bord ta' l-NEA, sena b'sena matul is-snin 1998/1999/2000/2001? Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu każi f'kull meeting xahar b'xahar, u kemm minnhom ħadu l-priority?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31226 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li se jieħdu l-license wara li attandew għal course tas-security guard? Meta se jieħdu l-license?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31139 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiżdiedu l-bozoz ġodda fi Triq A. M. Valperga Fgura, kantuniera ma Triq is-Sur u Triq George Stevens perss li t-talba ilha ssir għal ħafna snin u r-riżultat kien dejjem fin-negattiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li t-talba li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ilha ssir għal ħafna snin. Madanakollu, din it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Rigward data, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31137 waqt is-Seduta numru 685.