Jista' il-Ministru jara li ssir mera biex is-sewwieqa li jkunu ġejjin minn Triq Merħba Fgura (minn naħa ta' Tarxien) jkunu jistgħu jaraw min ser ikun ġej minn Triq is-Sur peress li hi xi ftit blind corner?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ma għamel l-ebda talba għal mera biex is-sewwieqa li jkunu ġejjin minn Triq Merħba Fgura (minn naħa ta' Tarxien) jkunu jistgħu jaraw min ikun ġej minn Triq is-Sur.
Wara t-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 38606, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed jintnefaq għal dan ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?
Response (BORG, TONIO)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38606, tagħmel referenza għal infrankar ta` flus u għalhekk ma nistax nifhem għalfejn l-Onor. Membru qed tistaqsi fuq infieq ta` flus.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38592 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed jintefaq għall dan ix-xogħol ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah jiġifieri jekk Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38591 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed iqum dan ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser iddum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 38590, jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ser ikun qed iqum ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum biex jitwettaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38589 jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li se jkun qed iqum ix-xogħol? Min ser jiffinanzjah, jiġifieri jekk hux Malta jew l-UE? Kemm ser idum it-twettieq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-impjant tan-Nofsinhar ta' Malta ser iqum madwar Lm30 miljun, li magħhom iridu jiżdiedu madwar Lm4.5 miljun għat-'transmission main' mill-Marsa sa l-impjant.
L-impjant tat-Tramuntana ta' Malta ser iqum madwar Lm5 miljun, filwaqt li l-impjant ta' Għawdex mistenni jqum madwar Lm3 miljuni.
Ix-xogħol fuq dawn l-impjanti mistenni jitwettaq sas-sena 2007.
Ma' dawn iridu jiżdiedu madwar Lm4 miljuni oħra fuq xogħlijiet relatati bħalma huma 'retention basins' u 'galleries', xogħol ta' disinn u konsulenza u titjib ieħor fis-sistema.
Il-finanzjament għall-impjant ta' Għawdex huwa diġa' assigurat in parti mill-Unjoni Ewropea minn fondi ta' qabel is-sħubija ma' l-istess Unjoni, l-impjant tat-Tramuntana ta' Malta ser jiġi ffinanzjat mill-Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja u dak tan-Nofsinhar qiegħed fuq lista ta' proġetti li jistgħu, in parti, jkunu finanzjati wara li Malta ssir Membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex titwettaq il-wegħda No. 71 tal-ktejjeb Unjoni Ewropea "Il-pakkett tas-Sħubija'' fejn ġie mwiegħed li sa Marzu, 2007 id-drenaġġ u s-sustanzi perikolużi ma jibqgħux jintremew fil-baħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-pjan hu li jsiru tlett impjanti tat-trattament, wieħed f'Għawdex u tnejn f'Malta, kif ukoll titjib fl-infrastruttura fix-Xlokk ta' Malta kif ukoll f'Għawdex. Dan isir sabiex id-drenaġġ kollu ta' Malta u Għawdex jiġi msoffi qabel ma jintrema l-baħar u b'hekk il-gvern ikun qiegħed iwettaq il-wegħda tiegħu kif jgħid il-ktejjeb "Il-Pakkett tas-Sħubija". Iktar dettalji jinsabu fil-"justification document" għad-direttivi 76/464/EEC u 91/271/EEC li qegħdin fuq il-web-site tal-MIC.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex il-power station ta' Delimara tkun konformi ma' standards ta' l-UE sa l-aħħar ta' l-2005 u biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Enemalta qed tħares lejn diversi possibiltajiet biex tnaqqas it-tniġġiż tat-trab fin mill-Power Station ta' Delimara u tiġi konformi ma' l-emission limit values stipulati mill-Unjoni Ewropea dwar impjanti ġodda (new plants). Dawn jistgħu jiġu kkontrollati kemm at combustion level (bil-kwalita' ta' fuel (low ash content of fuel oil), additivi li jiżdiedu mal-fuel u l-burners li jintużaw), kif ukoll billi tikkontrolla fil-livell taċ-ċumnija billi wieħed jibni dust removal plant (Electrostatic precipitator) biex ineħħi t-trab fin li jkun se joħroġ miċ-ċumnija. Infurmat ukoll li diġa' qed isiru testijiet fil-livell ta' combustion.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun qed jikkontrolla d-dħaħen perikolużi li joħorġu mill-petrol (VOC's) sa l-aħħar ta' l-2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kontroll tad-dħaħen perikolużi (volatile organic compounds) li joħorġu mill-petrol jiġi effetwat billi s-sistema tal-ħażna, mili ta' bowsers, ġarr u 'filling' fil-petrol stations tkun waħda magħluqa u li tkun armata b'vapour recovery units.
Jista' l-Ministru jinformani fejn se jinbena impjant ġdid tal-gass bħalma ntqal fil-ktejjeb ta' l-informazzjoni mill-MIC ''il-Pakkett tas-Sħubija'', f'paġna 43, No. 82?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-sit fejn l-Enemalta qed tippjana li tibni l-impjant il-ġdid tal-gass huwa f'Bengħajsa ħdejn l-Oil Tanking Depot.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma dawk l-obbligi li ser jaddotta l-Gvern biex jiffranka Lm3 miljuni u Lm 16.6 miljuni fis-sena dwar il-kwalita' ta' l-arja kif hemm fil-ktejjeb tal-MIC msejjaħ 'Il-Pakkett tas-Sħubija' pg 37 no 68?
Response (BORG, TONIO)
F`paġna 37, nota 68 tal-publikazzjoni imsemmija hemm miktub li "Malta tista` tiffranka bejn Lm3 miljuni u Lm16.6 miljuni fis-sena jekk tapplika l-istandards ta` l-UE dwar il-kwalita` ta` l-arja".
Dan joħroġ minn studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropeja dwar il-benefiċċji finanzjarji li l-pajjiżi kandidati jkollhom jekk japplikaw l-istandards ta` l-UE. Dan l-istudju jinsab fil-website - http://europa.eu.int/com/environment/enlarg/benefit.htm.
Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq li huma fuq l-agenda biex jiġu rranġati matul din is-sena,2003 fil-bliet tal-Fgura, Xgħajra, Kalkara, Isla, Birgu, Bormla u l-parti ta' Ħaż Żabbar li tagħmel mat-II Distrett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti biex jiġu asfaltati Triq Carmelo Ritchie u Triq Carmelo Penza fix-Xgħajra, u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti sabiex tiġi asfaltata l-aħħar parti ta' Triq Merħba u Triq is-Summien fil-Fgura. Għandu wkoll jibda xogħol fi Triq ix-Xatt f'Bormla u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara.
Dan wara li fil-ftit xhur li għaddew tlesta x-xogħol li kien qed isir fi Triq il-Mitħna, Triq Polverista u Triq San Ġwann f'Bormla, Triq Alof De Wignacourt fix-Xgħajra u Triq Vitorja fl-Isla. Saret ukoll Triq Rinella fil-Kalkara, Triq Hompesch fil-Fgura u Labour Road f'Ħaż-Żabbar, fejn twaħħlu wkoll it-Traffic lights.
Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta ' titjib fit-toroq kollha tal-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq li huma fuq l-agenda biex isirulhom dwal ġodda matul din is-sena, 2003 fil-bliet tal-Fgura, Xgħajra, Kalkara, Isla, Birgu, Bormla u l-parti ta' Ħaż Żabbar li tifforma parti mit-II Distrett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ippjanat li tinstalla dwal ġodda fit-toroq li ġejjin.
Birgu - Triq San Dwardu
Fgura - Triq Sant'Antnin, Triq ir-Riħan kantuniera ma' Triq il-Kampanella, Triq il-Merġba, Triq Vinċenzo Maculano u Triq ix-Xemx u l-Qamar
Żabbar - Triq San Franġisk u Triq il-Magħsar.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru dwal ġodda fi Triq is-Sur Fgura peress li f'din it-triq mindu ġiet żviluppata bil-bini ħafna snin ilu qatt ma saru dwal, speċjalment bejn l-HSBC u l-kantuniera ta' H.M. Valpenza Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
B'referenza għall mistoqsija parlamentari numru 38306, jista' il-Ministru jerġa jara l-mistoqsija parlamentari numru 33737 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-retaining wall fi Triq Karlu Vella bħal ma sar fi Triq l-Awrat Xgħajra fejn dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, wieħed fuq ground u l-ieħor fuq playing field, peress li t-tweġiba li ngħatajt ma għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ħajt fi Triq Alwetta x-Xagħjra għandu jinbena bħala parti mix-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar li jrid isir f'din it-triq u li dan ix-xogħol irid jitwettaq skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq l-aħħar parti ta' Triq is-Summiena li tmiss ma Triq Merħba Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u aktar 'il quddiem mistennija tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir l-first phase fuq parti minn Triq Merħba Fgura ta' bejn kantuniera fi Triq is-Sur u Triq is-Summiena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 38442.
Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol wara il-konferma fit-tweġiba parlamentari numru 33737?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport qiegħda tħejji programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.