Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – allokazzjonijiet ta’ djar tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm prijorità għal allokazzjonitad-djar tal-Gvern lil dawk il-persuni ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali b’mod speċjali dawk li qed jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli għax m’għandhomx post fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-applikazzjonijiet li jkunu ġejjin minn applikanti residenti ġewwa Monte Carmeli jiġu trattati bl-istess mod bħal applikanti oħrajn li jgħixu f’diversi istituzzjonijiet.

Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29963, jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 individwu li għandhom problemi ta’ saħħa mentali? X’għajnuna konkreta qed joffri ċ-ċentru LEAP lil dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29959 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri ta' Matul il-Jum — ftuħ ta' ċentri għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar aktar pjanijiet sabiex tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bzonn ta’ kura psikjatrika.
Leg 12 PQ #29960 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — servizz tal-outreach

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-klijenti/pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli li jixtiequ s-servizz tal-outreach? Fiex jikkonsisti dan is-servizz u min huma dawk il-professjonisti li huma responsabbli ta' dan is-servizz importanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il pazjenti li jiġu rilaxxati minn faċilitajiet residenzjali psikjatriċi li jkollhom bżonn assistenza kontinwa fil-komunita’ tal-Outreach, jistaw jiġu referuti mill-Psikjatri Konsulenti tagħhom . Is-servizz tal-Outreach jopera fuq mudell biopsikosoċjali u għalhekk iqis l-aspetti kollha tal-ħajja tal-persuna sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kura psikjatrika biex jgħinu l-individwu b`mard mentali jerġa jintegra u jgħix ħajja aċċettabbli fil-komunita’. Permezz tas-servizz tal-Outreach, kull pazjent jiġi allokat membru mit-tim, li jkun jissejjaħ keyworker b’hekk tkun tista titjieb l-kontinwita’ tal-kura. Ir-rwol tal-keyworker huwa li jaħdem fi sħubija mal-pazjent sabiex joħolqu pjan ta` kura li tkun magħmula apposta għall-bżonnijiet ta` kull individwu. It-tim jikkonsisti f`dixxiplini differenti inklużi nfermiera psikjatriċi, ħaddiema soċjali, assistenti psikologi, nursing aides u care workers.
Leg 12 PQ #29961 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — spiża għal kull pazjent

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 23156 u 28814, jista' issa l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata fuq pazjent li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għal kull ġurnata għal kull pazjent li jkun qed jieħu l-kura fl-Isptar Monte Carmeli tvarja minn €121 għas-swali ta' Riabilitazzjoni għal €261 għas-swali Akuti.

Ċentru LEAP — Għajnuna ta' ikel mogħti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji f'kull lokalità li sarilhom il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP rigward għajnuna ta' ikel mogħti mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? X'qed jitwettaq fil-prattika ma' dawn il-familji biex jiġu megħjuna biex joħorġu mill-faqar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra jindikaw il-profili li saru mill-impjegati tal-LEAP lokalita’ b’lokalita’. S’issa saru 8,293 profil komplessivament. Apparti li jitqassam l-ikel ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, qed isiru żjajjar fid-djar sabiex dawn il-profili tal-membri fi ħdan il-familji jiġu miġbura. Waqt l-istess żjara qed jiġu offruti u referuti servizzi varji skont il-ħtieġa partikolari tal-istess familji. Diġa’ qed tingħata għajnuna lil dawn il-familji taħt l-istruttura tal-LEAP fuq temi relatati mat-trobbija aħjar tat-tfal; budgeting; tisjir b’ikel bnin; u użu għaqli tal-enerġija fid-djar. Dawn il-familji jiġu wkoll infurmati dwar korsijiet oħra fil-kommunita’ fosthom il-kors ‘Għaqal id-Dar’. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, waqt iż-żjajjar, jekk jiġi identifikat li hemm bżonn xi għajnuna oħra materjali li ċ-Ċentru tal-LEAP jista’ jiffaċilita, dejjem jekk ikun possibli li jiġi ffaċilitat, nippruvaw naraw kif nistgħu nwettqu dan, bħal per eżempju ġarr ta’ sodod u għamara oħra li tiġi regalata Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fejn hemm persuni li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, il- mentor tal-LEAP, jirreferi lill-entitajiet ikkonċernati u jakkumpanja lill-membru tal-familja sabiex nassiguraw li jinstab ix-xogħol addattat.

Ċentru LEAP — għajnuna ta' ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea għall-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara li sar il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP, kemm hemm familji u/jew individwi li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li qed jirċievu ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, hemm 186 individwu li għandhom problemi ta’ saħħa mentali u li qed jirċievu ikel mogħti mill-Unjoni Ewropea; informazzjoni li nġabret waqt li sar il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentri LEAP.
Leg 12 PQ #29964 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi ta' support għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' support qed joffri lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi ta`sapport lill-persuni b`nuqqas ta`saħħa mentali huma diversi u qed jiġu offruti kemm mill-isptar Monte Karmeli, mis-Psychiatric Unit fl -isptar Mater Dei u kif ukoll mill-komunita’. Dan is-sapport qed jiġi provdut minn timijiet multidixxiplinari fis-swali kollha ta’ l-isptar, kliniki tas-saħħa mentali , permezz tas-servizzi tal- Outreach u fiċ-ċentri ta`matul il-jum.
Leg 11 PQ #18754 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — investigazzjonijiet interni/monitoring

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema kunsilli lokali qed issiru investigazzjonijiet interni/monitoring? Jista' jagħti d-data meta dawn se jkunu konklużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jimmoniterja lill-Kunsilli kollha b’mod regolari permezz tal-Monitoring Unit. Fost affarijiet oħra, dan il-moniteraġġ jikkonsisti fl-iskrutinju ta’ (a) l-Iskedi tal-Pagamenti (b) id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsilli Lokali u (ċ) l-operat finanzjarju tal-Kunsilli Lokali. Id-Dipartiment jistħarreġ ukoll l-ilment u allegazzjonijiet kollha li jirċievi minn żmien għal żmien.