Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32322 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru ta' Matul il-Jum — persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm saru sessions individwali mas-social workers, occupational therapists u psikologi mal-klijenti ta' dawn iċ-Ċentri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċentri ta Matul il-Jum jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata ivarjaw sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. L-attivitajiet jistaw jingħataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi. . Xi individwi jistaw isibu diffikulta’ biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif u qadi domestiku minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġaw jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet ikunu addattati skont il- bżonnijiet tal-persuni. Isiru ukoll sessjonijiet sabiex tingħata l-opportunita ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abbiltajiet kollha fil-komunikazzjoni u kif ukoll ħajja soċjali b`saħħitha. L-attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, kif ukoll ħarġiet soċjali. Isir ukoll taħrig pre-vokazzjonali u professjonali eżempju kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax- xogħol eċċ. In-numru ta’ sessjonijiet individwali li saru mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien 6, 414 li jinkludu ukoll visti fid-djar mill-istess professjonisti. In-numru ta’ sessjonijiet fi gruppi flimkien mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien ta’ 3,354.
Leg 12 PQ #32323 Sitting 501 2017-04-03 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Crisis Intervention Team — servizz mogħti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1872, jista' l-Ministru jgħid meta s-servizz tal-Crisis Intervention Team hux se jibda joffri servizz ta' 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd? Meta se jibdew isiru home visits mis-social workers u mill-infermiera li huma parti minn dan it-team speċjalment f'każijiet ta' emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26864.
Leg 12 PQ #32316 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — programm ta' anger management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix organizzat programm ta' anger management għal dawk il-persuni li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali minħabba l-imġieba tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tas-saħħa mentali joffru kura kemm psikoloġika u kif ukoll medika b'mod individwali għal dawk il-persuni li jkollhom issues ta' anger management.

European Social Fund – Jobsplus — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-proġetti indikati fil-mistoqsija parlamentari 27285? Kemm hemm persuni li jieħdu sehem f'dawn il-proġetti? X'għandu wieħed jagħmel biex jieħu sehem f'dawn il-proġetti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-proġetti msemmija fil-mistoqsija parlamentari 27285 u kif ukoll informazzjoni dwar l-eliġibbiltà ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fl-imsemmija proġetti, tinsab imniżżla b’dettal fis-sit elettroniku tal-Jobsplus (www.jobsplus.gov.mt) fis-sezzjoni tal-iskemi. Fir-rigward ta’ kemm kien hemm persuni li ħadu sehem f’dawn il-proġetti matul is-sena 2016, it-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ parteċipanti jew applikazzjonijiet milqugħa taħt kull skema msemmija: Skema Numru ta’ Parteċipanti jew Applikazzjonijiet milqugħa Training for Employment Work Exposure 352 Traineeship 382 Work Placement Scheme 49 Access to Employment 399 Work Programme Initiative 984 Youth Guarantee 2.0 NEET 48 SEC Revision Classes 770 Remedial Classes 83 Alternative Learning Programme 81 L-iskema “VASTE Programme” għadha ma ġietx varata u għaldaqstant m’hemmx informazzjoni f’dan l-istadju. L-iskema “Investing in Skills” ġiet varata fis-27 ta’ Marzu u għaldaqstant l-applikazzjonijiet għadhom se jibdew jiġu milqugħa.
Leg 12 PQ #32318 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Statistika ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex? X'tip ta' problemi ta' saħħa mentali għandhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 kien hemm 13,558 persuna li użat is-servizzi tas-saħħa mentali ġewwa Malta u Għawdex. L-aktar żewg każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
Leg 12 PQ #32319 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista dettaljata ta' kuntatti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' kuntratti tal-entitajiet, dipartimenti, awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema kuntratti qed jirreferi.
Leg 12 PQ #32320 Sitting 500 2017-03-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom — care plan mit-tabib

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26867, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti li jgħixu fil-komunità kollha qed ikollhom care plan magħmula mit-tabib li jarahom bl-input ta' membri oħra tat-team multidixxiplinarju u jekk dan id-dokument tal-pjan għall-kura tagħhom huwiex qed jingħata lilhom biex josservawh?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti kollha li jgħixu fil-komunita’ wara li jkunu in-patients isirilhom care plan b' input mill-membri kollha tat-tim multdixxiplinarju. Dan ikun miktub fid-discharge letter li jingħata lill-pazjent. Il-pazjenti kollha li qegħdin fuq Community Treatment Order ikollhom dan il-pjan ippreżentat u approvat mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali.

Aġenzija Żgħażagħ — programmi ta' empowerment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Żgħażagħ organizzawx programmi ta' empowerment speċifikament għaż-żgħażagħ li għandhom nuqas ta' saħħa mentali jew diżabilità intelletwali? jekk iva, meta saru dawn il-programmi u fejn saru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li Aġenzija Żgħażagħ ma organizzatx programmi ta' empowerment kif speċifikat mill-Onor. Interpellant.

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — xogħol full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jaħdmu fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? Kemm minnhom għandhom impjieg mal-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ottubru 2016 in-numru ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li kienu qed jaħdmu fuq bażi full-time kien ta’ 79 persuna filwaqt li dak part-time kien ta’ 47 persuna. Minn dawn kien hemm 34 persuna li kienu impjegati mal-gvern u mal-entitajiet pubbliċi.

Ċentru LEAP — Profiling ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li sarilhom il-profiling mill-impjegati tal-LEAP? F'liema lokalitajiet jgħixu dawn il-persuni? X'għajnuniet konkreti dawn il-persuni u l-carers tagħhom qed jirċievu mis-social mentors?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward ta’ x’tip ta’ għajnuna jingħataw dawn il-presuni, l-familji u carers tagħhom, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rwol tas-social mentors ma huwiex li jipprovdu dan is-servizz professjonali huma stess imma li jassisstu u jidderiġu lil dawn il-persuni lejn servizzi professjonali relattivi kif ukoll għal professjonisti kompetenti biex jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jiehdu is-servizz huwa kif gej: Snin Persuni 0 -3 6 4-16 82 17-62 89 62 + 9 Total 186
Leg 12 PQ #32312 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Djar Residenzjali/Hostels — standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tfasslux standards għad-Djar Residenzjali/Hostels fejn jgħixu l-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali? Jekk iva, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istandards?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-ewwel darba għaddej proċess sabiex jinħolqu standards għad-Djar Residenzjali/Hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Leg 12 PQ #32313 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Għajnuna ta' assisteni personali — persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema li permezz tagħha l-persuna b'diżabilità jkollha l-għajnuna ta' assistent personali hux se tiġi mnedija ukoll għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali severa? Jekk le, għaliex mhux se tiġi introdotta ukoll bħal ma hija introdotta għall-persuni b'diżabilità intellettwali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32314 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Proġett Soċjetà Ġusta — persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Proġett Soċjetà Ġusta li semma ta' spiss il-Prim Ministru u li l-għan tiegħu huwa li jinħoloq għaxart idjar żgħar fil-komunità matul din is-sena hijiex indirizzata ukoll għall-persuni li għandhom diżabilità severa minħabba nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #32315 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — servizzi ta' respite

Question

Jista' l-ministru jindika s-servizzi kollha ta' respite għall-persuni li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta' Respite għal persuni li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali jiġi pprovdut billi l-gvern jaħdem id f’id mar-Richmond Foundation sabiex b’hekk il-pazjenti li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jkunu jistaw ikomplu jieħdu l-kura meħtieġa anki fl-assistenza ta’ xi familjari li għal xi jiem jistaw ikunu indisposti.
Leg 12 PQ #31493 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31241, jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur għas-snin 2015, 2016 u 2017 (s’issa) b’mod rispettiv għal kull sena u mhux kif ġiet imwieġba bħala numru medja għal dawk it-tliet snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31241.
Leg 12 PQ #31247 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni Richmond – servizzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern u kemm hija l-allokazzjoni għal kull wieħed u waħda minn dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid. Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn Carers speċjalizzati fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dan igħin biex il-pazjenti jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità.
Leg 12 PQ #31241 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur fis-snin 2015, 2016 u issa fl-2017, rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ haddiema li jahdmu fl-isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur, ghas-snin 2015 u 2016 kienet 308.
Leg 12 PQ #31242 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm hemm minnhom li ilhom f’dan il-post aktar minn ħames snin, 10 snin u 20 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’ 518 pazjent fl-isptar Monte Carmeli li minnhom hemm 65 pazjenti li ilhom aktar minn 20 sena rikoverati fl-imsemmi sptar.
Leg 12 PQ #31243 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi ta' sapport għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29964, jista’ l-Ministru jkun aktar speċifiku u jindika s-servizzi kollha ta’ sapport lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom fl-Isptar Monte Carmeli, fil-Psychiatric Unit kif ukoll dawk is-servizzi fil-komunità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-Carers tagħhom jingħataw l-istess servizzi ta’ sapport kemm jekk il-pazjent qed jirċievi kura fl-Isptar Monte Karmeli, kemm fis-Psychiatric Unit (MDH) kif ukoll dawk il-pazjenti li qed jibbenefikaw mis-servizzi għas-Saħħa Mentali fil-Komunita’. Fit-tliet dipartimenti msemmija hawn fuq, il-pazjenti tagħna jingħataw servizzi ta’ sapport minn Psikologi mħarrġa f’dan il-qasam. Għajnuna psikoloġika tingħata wkoll lill-Carers tal-pazjenti. Fil-fatt isir appuntament bejn il-Carer tal-pazjent u il-Psikologu biex tingħata għajnuna psikoloġika hekk kif il-pazjent jiġi ammess fl-isptar jew f’xi wieħed mid-dipartimenti l-oħra. Is-saħħa psikoloġika tal-Carer tibqa’ tiġi segwita biex jiġi assigurat li l-Carer ikun kapaċi jieħu ħsieb il-pazjent ladarba il-pazjent jiġi rilaxxat. Il-pazjent jirċievi wkoll servizz ħolistiku minn Occupational Therapists fejn jiġi mħarreġ f’ħiliet bażiċi biex ikun jista’ igħix ħajja indipendenti. Is-Social Workers ukoll joffru għajnuna kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-Carers tagħhom. Is-Social Workers joffru wkoll sapport fil-qasam ta’ għajnuna soċjali kif ukoll sapport u gwida biex igħinu lill-pazjent jitħarreġ fid-dinja tax-xogħol. Ta’ min igħid li l-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli u fis-Psychiatric Unit tingħatalhom kull għajnuna u kura meħtieġa biex dawn jiġu integrati fil-komunita’. Ladarba jiġri dan, il-pazjent jibqa’ jiġi segwit permezz tas-servizzi multidixxiplinarji offruti mill-Outreach, mill-kliniċi tas-Saħħa Mentali u Ċentri ta’ Matul il-Jum mifruxa ma’ Malta u Għawdex. Sakemm il-pazjent qiegħed igħix fil-komunita’, jingħatalu wkoll servizz ta’ moniteraġġ ta’ mediċini filwaqt li l-progress tal-pazjent jibqa’ jiġi segwit mill-qrib permezz ta’ homevisits fuq bażi regolari minn tim multidixxiplinarju.
Leg 12 PQ #31244 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza — psikjatra

Question

B’referenza għad-Drittijiet u Responsabilitajiet imniżżla fil-Patient Charter, jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-Emerġenza jkunx hemm psikjatra l-ħin kollu għat-trattament xieraq għall-persuni ta’ nuqqas ta’ saħħa mentali li jmorru jagħmlu użu minn dan il-post?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Emerġenza joffri servizz ta' Psikjatra għall-emerġenzi 24 siegħa kuljum.