Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Ħamrun matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalità tal-Ħamrun kien hemm erbgħin talba għall- parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta’ talbiet li ġew milqugħa flimkien mal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tal-Pietà –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Pietà matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalita’ tal-Pietà kien hemm wieħed u għoxrin talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. It-talbiet li ġew approvati huma kif ġej; Isem tat-Triq Data tal-Approvazzjoni Triq Qtejten 10/09/2012 Our Lady of Sorrow Street 05/06/2013 St Luke's Road 10/02/2013 Triq Pietru Xuereb 10/02/2013 Triq Qrejten 10/02/2013 Triq l-Orsulili 01/07/2014 Telgħet Gwardamangia 01/07/2014 Marina Street 19/09/2014

Il-Marsa –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Marsa matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalità tal-Marsa kien hemm dsatax-il talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk li t-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej: ISEM TAT-TRIQ DATA TAL-APPROVAZZJONI Triq Stiefnu Żerafa 18/06/2012 Triq San Franġisk 08/05/2013 Triq it-Tiġrija 29/07/2013 Isourad Street 02/09/2013 Triq Balbi 02/09/2013 Triq Isouard 28/02/2014 Triq Għabex 25/07/2014 Isuard Street 27/08/2014 Victory Street 27/08/2014

Santa Venera –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità ta’ Santa Venera matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalità ta’ Santa Venera kien hemm erbgħa u għoxrin talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk it-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej: ISEM TAT-TRIQ DATA TAL-APPROVAZZJONI Triq Soll 18/06/2012 Triq il-Kanun 16/10/2012 Triq il-Kbira San Gużepp 24/01/2013 Triq Pietru Dacoutros 24/01/2013 Triq Parilja 16/05/2013 Triq il-Kbira 08/05/2013 Triq Abela 05/06/2013 Vivion Street 29/07/2013 Fleur De Lys Junction 02/09/2013 Triq il-Palazz l-Aħmar 02/09/2013 Triq Soll 02/09/2013 Triq Emm Attard 02/10/2013 Triq iż-Żonqor 02/10/2013 St. Georges Street 01/07/2014 Triq Palazz l-Aħmar 23/05/2014

MCCAA – Membri fuq il-Board of Governors

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-membru fuq il-Board of Governors tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) appuntat skont l-artikolu 9(1)(b)(vii) tal-Kap. 510 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (DALLI, HELENA)

L-Onor. Interpellanta għandha tkun informata li l-Gvernatur fuq il-bord msemmi minnha mistenni jkun appuntat.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-membru fuq il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur appuntat skont l-artikolu 4(3) tal-Kap. 378 liema artiklu jitlob li wieħed mill-membri għandu jiġi appuntat wara konsultazzjoni mal-għaqdiet tal-konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li saret konsultazzjoni mal-għaqdiet konċernati u se toħroġ l-ittra tal-ħatra.

MCCAA – business plan

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9406, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta l-business planjitlesta, jiġi ppreżentat.

Laboratorji — amalgamazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9076, tista’ l-Ministru tgħid jekk id-diskussjonijiet li bdew iktar min-sena ilu dwar l-amalgamazzjoni ta’ laboratorji ġewx konklużi u jekk fl-affermattiv tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan ir-rapport?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif informajtha fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija li qed tirreferi għaliha, aktar informazzjoni tingħata mill-Ministeru meta jkun il-waqt.
Leg 12 PQ #11243 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – siti ta’ żvilupp fi stat ta’ abbandun

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’azzjonijiet qed tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) rigward siti ta’ żvilupp li jitħallew fi stat ta’ abbandun għal snin twal? Jista’ għid jekk il-MEPA tiħux azzjonijiet kontra s-sidien ta’ binjiet li tħallew fi stat ta’ abbandun waqt il-fażi ta’ kostruzzjoni liema binjiet bdew jiġu żviluppati qabel ma ġiet fis-seħħ l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi, meta jkun hemm sit fi stat ta' abbandun, l-Awtorità tista` taġixxi skont il-provvedimenti tal-Artiklu 88(1) tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2010). Jiġifieri, skont l-imsemmi Artiklu, l-Awtorità trid tara illi "l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra jew kondizzjoni ta’ xi bini … jew bid-dehra ta’ xi sit fejn ikun qed isir jew saru żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi xogħlijiet oħra". Dan ifisser illi mhux kull sit ta' żvilupp li jitħalla fi stat ta’ abbandun jikkostitwixxi ħsara liż-żona tal-madwar. Iżda, jekk jirrizulta lil-Awtorità illi l-istat ta' abbandun jikkostitwixxi ħsara, l-Awtorità tista' toħrog avviż, fuq is-sid jew l-okkupant tal-art, "li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tiġi speċifikata fl-avviż." L-Artiklu 88 ma jispeċifikax illi tali azzjoni ma tistax tittieħed fuq siti li kienu bdew jiġu żviluppati qabel ma ġie fis-seħħ l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2010).
Leg 12 PQ #11244 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi ta’ żvilupp skaduti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li huma skaduti u li ma kienx hemm talba mill-applikant għal estensjoni tal-permess? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-binjiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Peress li d-data ta' skadenza ta' permess hija mniżżla biss fil-permess u qatt ma kienet miżmuma bħala field separata fid-database tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, din l-informazzjoni ma tistax tiġi miġbura mis-sistema ezistenti tal-informatika tal-istess Awtorità.

MCCAA – trasferiment ta’ responsabilitajiet mingħand il-MEPA

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-responsabilitajiet li dan l-aħħar għaddew mingħand il-MEPA għall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid jekk kienx hemm trasferiment ta’ uffiċjali mill-MEPA għal mal-MCCAA u jekk fl-affermattiv kemm kien in-numru ta’ dawn l-uffiċjali? Tista’ tgħid ukoll ma’ liema entità fl-MCCAA ngħaqdu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-setturi li għaddew mingħand il-MEPA għall-MCCAA huma: · Regulation 850/2004 on Persistent Organic Pollutants; · Stockholm Convention on Persistent Organic Pollutants; · Regulation 842/2006 on certain fluorinated greenhouse gases and relevant implementing acts; · Regulation 689/2008 concerning the export and import of dangerous chemicals; · Rotterdam Convention on the Prior Informed Consent Procedure for Certain Hazardous Chemicals and Pesticides in International Trade and its amendments; · Regulation 1005/2009 on substances that deplete the ozone layer; · Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer and its amendments; · Shared Responsibility for the Minamata Convention on Merury; · Part of the Directive 2000/53 on End-of-Life of Vehicles; · Part of the Directive 94/62 on packaging and packaging waste; Filwaqt li ma kien hemm ebda trasferiment ta’ uffiċċjali mill-MEPA, għaddej il-process ta’ ngaġġjar ta’ numru ta’ uffiċċjali għal mad-diviżjoni għar-regolamenti tekniċi.

MCCAA – trasferiment ta’ responsabilitajiet mingħand il-MEPA – tibdil fil-liġi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm bżonn ta’ emendi fil-liġi tal-MEPA u dik tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) meta għaddew responsabilitajiet mingħand il-MEPA għall-MCCAA? Tista’ tgħid jekk kienx hemm trasferiment ta’ fondi mill-baġit tal-MEPA għal dak tal-MCCAA meta seħħ dan it-trasferiment?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kien hemm ebda bzonn ta’ emendi fl-Atti li jistabbilixxu lill-MEPA u lill-MCCAA sabiex jiġu trasferiti dawn ir-responsabilitajiet. L-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur żdiedula l-fondi b’100,000 ewro sabiex tkun tista’ tassumi dawn ir-responsabilitajiet ġodda.

Uffiċċju taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li parti mill-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament issa qiegħda takkomoda wkoll liċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta? Tista’ tgħid min ħa din id-deċiżjoni u għal-liema perijodu ċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta se jkun qed jokkupa din il-binja? Tista’ tassigura lill-impjegati li l-Uffiċċju taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta se jkun qed jintuża biss sabiex ikun jista’ jaqdi r-rwol tiegħu bħala chairman tal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinnhar ta’ Malta u għall-ebda skop ieħor? Tista’ tassigura lill-impjegati li jekk jirriżultalha bil-kontra hija għandha s-setgħa li tordna li din il-parti tal-binja terġa’ tirritorna għand l-Awtorità?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Konsultattiv imsemmi se jimxi għal uffiċċini adekwati sakemm jitlesta il-post indikat minn fejn għandu jopera. Dan huwa arranġament temporanju u se nkunu qed nagħmlu użu minn spazju li qed inħallsu prezz ogħli għalih (skond il-kuntratt li għamel il-Gvern preċedenti) u li ma kienx qed jintuża.Nitlob lil Onor Interpellanta tgħid għal xhiex qed tallega meta tgħid “u għall-ebda skop ieħor”.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni – Direttur Ġenerali u Direttur – riżenja mill-MCCAA

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-persuni li kienu jokkupaw il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali u Direttur fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni rriżenjaw minn mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk huwa l-każ, tista’ tgħid meta rriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Il-persuna li kienet tokkupa il-post ta’ Direttur Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni nnotifikat lill-Awtoritá bir-riżenja tagħha fid-29 ta’ Lulju 2014 waqt li l-persuna li kienet tokkupa il-pożizzjoni ta’ Direttur fl-istess uffiċċju għamlet dan fl-1 ta’ Lulju 2014.

MCCAA – emendi fil-liġi

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li bħalissa qed isir eżerċizzju għall-emendi fil-liġi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tikkonferma jekk dawn l-emendi humiex se joħorġu għall-konsultazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta li għaddejjin diskussjonijiet interni dwar tisħiħ fl-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Fejn ikun hemm bzonn ta’ emendi legali dawn jitpoġġew għall-konsultazzjoni.

Għaqdiet tal-Konsumatur – għajnuna mill-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent x’tip ta’ għajnuna kemm finanzjarjament, materjalment jew mod ieħor qed tingħata mill-Gvern lill-għaqdiet tal-konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Għaqda tal-Konsumaturi – Malta qed tagħmel użu ta’ Uffiċċju, servizz ta’ l-internet u linja tat-telefon imħallsa mill-gvern. Filwaqt ukoll li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur m’għandu l-ebda talba pendenti għall-għajnuna mingħand xi Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi.

Skemi tal-Unjoni Ewropea — applikazzjonijiet minn kunsilli lokali li ġew miċħuda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm applikazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Pietà/Gwardamangia, Santa Venera u l-Marsa għall-iskemi tal-Unjoni Ewropea li ma ġewx aċċettati? Jista' jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet u x'kienu jirrigwardaw dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għall-skemi tal-Unjoni Ewropea li ma ġewx aċċettati mill-Kunsilli Lokali konċernati.

National Centre for Quality and Scientific Affairs

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6058, tista’ l-Ministru tgħid xi progress sar fit-twaqqif tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA) minn dakinhar sal-lum.

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol preparatorju biex jitwettaq dan il-proġett għadu għaddej.

Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi — kawżi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru kawżi a tenur tal-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta) mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll minn dawn kemm ġew deċiżi u kemm minnhom kienu jittrattaw xi allegat ksur ta’ liġi relatata mal-ħarsien tal-konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm kawża waħda a tenur tal-Att dwar il-Proċeduri Kollettivi mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-lum. S’issa l-kawża ma ġietx deċiża u titratta allegat ksur ta’ liġi relatata mal-ħarsien tal-konsumatur.

Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi –liġijiet koperti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi) baqa’ ristrett biss għal ċertu liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-konsumatur u mal-kompetitzzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskop oriġinali tal-Kap 520 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi) kien li jipprovdi rimedju kollettiv għall-ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Artikoli 101 jew 102 tat-TFUE, tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti. Il-Kap 520, però jagħti lok fl-artiklu 24(a) għall-possibilità li l-Prim Ministru jestendi l-applikazzjoni tiegħu għal-liġijiet oħra permezz ta’ regolamenti.