Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill tal-Konsumatur — segretarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min ġie maħtur segretarju tal-Kunsill tal-Konsumatur? Fuq liema ba¿i ġie maħtur? Qed jirċievi xi forma ta’ onorarja jew remunerazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-segretarju tal Kunsill huwa s-Sur Gerald Scicluna. Dan ġie maħtur biex jokkupa din l-kariga minħabba l-esperjenza tiegħu f’xogħol amministrattiv u huwa ukoll gradwat f’amministrazzjoni pubblika filwaqt li ma jirċievi l-ebda remunerazzjoni jew onorarja fir-rwol tiegħu bħala segretarju tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Tribunal tal-Konsumatur – każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma l-każijiet ġodda li ġew imressqa quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur minn Jannar li għadda sal-lum? Tista’ tgħid kemm kien hemm pendenti mill-perijodu ta’ qabel u kemm hemm b’kollox pendenti sal-lum?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm 231 każ ġodda li ġew mressqa quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur minn Jannar li għadda sal-lum filwaqt li kien hemm 70 każ pendenti mill-perijodu ta’ qabel. B’ kollox hemm 154 każ pendenti sal-lum.

MCCAA — Memorandum of Understanding ma’ Ċipru, l-Eġittu u l-Libja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena sarux xi attivitajiet ma’ Ċipru, l-Eġittu u l-Libja li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur (MCCAA) għandha memorandum of understanding magħhom? Jekk fl-affermattiv, tista’ tpoġġi kopja tal-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma saru l-ebda attivitajiet ma’ Ċipru, l-Eġittu u l-Libja fil qasam ta’ l-Istandardizazzjoni.

MCCAA — Memorandum of Understanding mal-Italja u t-Tuneżija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu d-diskussjonijiet li kienet bdiet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur (MCCAA) mal-Italja u t-Tuneżija biex jiġi ffirmat memorandum of understanding magħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-management ta’ din l-Awtoritá mhux konxju ta’ diskussjonijiet biex jiġi ffirmat MOU bejn l-Awtoritá, l-Italja u t-Tuneżija.

MCCAA – ċertifikazzjoni EMAS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il organizzazzjoni ngħataw ċertifikazzjoni EMAS skont l-Artiklu 22 tal-Att ta’ l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur (Kapitolu 510 tal-Liġijiet ta’ Malta) matul is-sena 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma ngħatat l-ebda ċertifikazzjoni EMAS matul is-sena 2014.

Eco Label — applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni saret matul is-sena 2014 għal ċertifikazzjoni ta’ Eco Label u kemm minnhom ġew ipproċessati s’issa? Tista’ tgħid kemm-il prodott jew servizz ingħata l-Eco Label award minn dawn l-applikazzjonijiet li s’issa ġew ipproċessati?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma saret l-ebda applikazzjoni għal ċertifikazzjoni ta’ Eco Label matul din is-sena 2014.

Skejjel tal-Furjana – każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rra;pportat, jekk inhu l-każ fl-iskejjel tal-Furjana fis-sena 2013? Jista’ jindika f’liema skola sar dan il-bullying u x’passi ttieħdu dwar dawn il-każijiet? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet minnhom fejn ġiet involuta l-Pulizija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' każijiet ta' bullying li ġew irrapportati fl-iskola tal-Furjana fis-sena 2013, flimkien mal-passi li ttieħdu dwarhom, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11258 Sitting 192 2014-10-28 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

BICAL – żviluppi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 975 u 8857, jista’ l-Ministu jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda dwar il-BICAL?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa ma kien hemm l-ebda żvilupp.

Kunsill Lokali Ħamrun – Proġett ta’ night shelter

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8856, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proposta mressqa mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar il-proġett ta’ night shelter fil-lokalità tal-Ħamrun tinkludix aktar minn sit wieħed għal dan l-iżvilupp? Jista’ jsemmi s-sit jew is-siti li ġew indikati mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar servizzi differenti u dettalji jingħataw skont l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.

Kunsill Lokali Ħamrun – Proġett għal Triq il-Kbira San Ġużepp

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8855, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda dwar il-proġett għal Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn l-iżviluppi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, Transport Malta, permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, ħarġet tender għal xogħlijiet ta’ upgrading f’parti minn Triq il-Kbira l-Ħamrun.

Il-Bagħal taż-Żunżan – trażżin ta’ periklu

Question

B’referenza għad-diversi rapporti li saru fil-media dan l-aħħar dwar il-bagħal taż-żunżan u d-diversi ilmenti li saru minn residenti u entitajiet, fosthom skejjel, f’żoni fl-abitat partikolarment fosthom il-Blata l-Bajda, il-Pietà, il-Ħamrun u l-inħawi tal-madwar, fejn jidher li hemm għadd ta’ qtajja minn dan l-insett, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex tittaffa’ din il-problema u jitrażżan il-periklu għan-nies li joqogħdu jew jiffrenkataw dawn l-inħawi?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistqosija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Malta National Laboratory – proċess ta’ likwidazzjoni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4844, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef lestewx l-awditjar biex tiġi stabbilità l-pożizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011? F’każ li l-awditjar tlesta, tista’ tgħid jekk il-likwidatur ikkonkludix xogħlu? Tista’ tgħid meta l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur ħallset ir-remunerazzjoni tad-diretturi tal-Malta National Laboratory għas-sena 2012–2013? Jekk le, tista’ tgħid meta se jsir dan il-ħlas?

Response (DALLI, HELENA)

L-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef, lestew l-awditjar u ġiet stabbilità l-pozizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011. Il-likwidatur għadu ma kkonkludix il-proċess tal-likwidazzjoni. L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur qatt ma ħallset lid-Diretturi tal-Malta National Laboratory. Jekk hemm xi ħlasijiet dovuti dawn jiġu mħallsa fil-proċess tal-likwidazzjoni.

Il-Furjana –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Furjana matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalita’ tal-Furjana kien hemm ħdax-il talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk li t-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej: ISEM TAT-TRIQ DATA TAL-APPROVAZZJONI Triq il-Fosos 09/08/2012 Pietri Floriani Street 10/09/2012 Pjazza San Kalċedonju 29/07/2013

Il-Belt Valletta –reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reserved parking spaces fil-lokalità tal-Belt Valletta matul is-snin 2012, 2013 u 2014? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u f’kull każ f’liema triq?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li fil-lokalita’ tal-Belt Valletta kien hemm ħamsa u erbgħin talba għal parkeġġ riżervat għar-residenti matul is-snin 2012, 2013 u 2014. L-informazzjoni dwar dawk li t-talbiet li ġew approvati huwa kif ġej: ISEM TAT-TRIQ DATA TAL-APPROVAZZJONI Triq it-Turgien 02/02/2012 Triq il-Punent 02/09/2013 Old Bakery Street 11/05/2013 Lascaris Wharf 11/05/2013 Triq ir-Repubblika, 29/04/2014 Triq il-Merkanti 29/04/2014

Skola tal-Belt Valletta – każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rrapportat, jekk inhu l-każ, fl-iskola tal-Belt Valletta fis-sena 2013? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu dwar dawn il-każijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm każijiet minnhom fejn ġiet involuta l-Pulizija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-2013 ma kienx hemm każijiet li ġew irreferuti lill-Anti-Bullying Service fi ħdan is-Safe Schools Programme fl-iskola primarja tal-Belt Valletta.

Skejjel tal-Marsa – każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rrapportat, jekk inhu l-każ, fl-iskejjel tal-Marsa fis-sena 2013? Jista’ jindika f’liema skola sar dan il-bullying u x’passi ttieħdu dwar dawn il-każijiet? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet minnhom fejn ġiet involuta l-Pulizija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' każijiet ta' bullying li ġew irrapportati fl-iskola tal-Marsa fis-sena 2013, flimkien mal-passi li ttieħdu dwarhom, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola tal-Pietà – każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rrapportat, jekk inhu l-każ, fl-iskola tal-Pietà fis-sena 2013? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu dwar dawn il-każijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm każijiet minnhom fejn ġiet involuta l-Pulizija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' każijiet ta' bullying li ġew irrapportati fl-iskola tal-Pieta' fis-sena 2013, flimkien mal-passi li ttieħdu dwarhom, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta’ Santa Venera – każijiet ta’ bullying

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rrapportat, jekk inhu l-każ, fl-iskejjel tal-Santa Venera fis-sena 2013? Jista’ jindika f’liema skola sar dan il-bullying u x’passi ttieħdu dwar dawn il-każijiet? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet minnhom fejn ġiet involuta l-Pulizija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' każijiet ta' bullying li ġew irrapportati fl-iskejjel ta' Santa Venera fis-sena 2013, flimkien mal-passi li ttieħdu dwarhom, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11245 Sitting 190 2014-10-22 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – binja abbandunata fil-Ħamrun

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar l-unika binja abbandunata li ilha fi stat ta’ abbandun fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun, għal aktar minn 28 sena bil-konsegwenza li hemm akkumulazzjoni ta’ skart, qed isir ħafna abbuż fiha kif ukoll qed tkun ta’ periklu għas-saħħa tar-residenti peress li minnha qed joħorġu ħafna ġrieden?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Awtorità qiegħda tinvestiga l-każ skont il-provvedimenti tal-Artiklu 88(1) tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2010), kif spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11243. Rigward l-allegat skart u ġrieden u l-allegati abbużi li jsiru fil-binja, nġibdiet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kkonċernati.

Il-Ħamrun – Triq il-Kappillan Mifsud – binja abbandunata — ħmieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati dwar l-unika binja abbandunata fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun li ilha fi stat ta’ abbandun għal aktar minn 28 sena bil-konsegwenza li hemm akkumulazzjoni ta’ skart li huwa ta’ detriment għar-residenti u l-persuni li jkunu għaddejjin minn din it-triq? Jista’ jgħid x’passi qegħdin jittieħdu sabiex tiġi kkontrollata l-problema ta’ ġrieden li qed joħorġu minn dan is-sit? Jista’ jgħid għaliex ma ttieħdu ebda passi s’issa, jekk jirriżultalu li l-awtoritajiet ikkonċernati għadhom ma għamlu xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment dwar din il-binja. Madanakollu uffiċċjal fi ħdan id-Direttorat għamel spezzjoni fit-triq indikata u ġiet identifikata binja mitluq fejn ġie nnutat akkumulu ta’ zibel. Madanakollu waqt l-ispezzjoni ma ġietx innutata l-ebda prezenza ta’ ġrieden. Minħabba li ma jistax jitpoġġa velenu f’imkejjen privati mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-sid it-trattament ma setax isir. Għalhekk l-uffiċċjali inkarigati mill-lokalità msemmija qed jagħmlu kull tentattiv sabiex jiġi identifikat is-sid tal-binja sabiex jiġi mnaddaf filwaqt li jsir it-trattament meħtieġ