Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-laboratorji ta’ Heritage Malta ġewx trasferiti għal Mosta fejn hemm il-Laboratorju Nazzjonali? Tista’ tikonferma jekk iż-żewġ laboratorji ġewx amalgamati jew jekk hemmx il-ħsieb li jiġu amalgamati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellanta li l-ebda laboratorji ma ġew trasferiti għal post indikat minnha. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija kif kelli l-opportunita’ ngħid diġa’, meta l-pjan tal-proġett kollu jkun finalizzat inkunu nistgħu nħabbru dak li ser isir.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini? Tista' tgħid min hu ċ-Chairperson ta’ dan il-Bord, x’onorarja għandu kull membru u kemm-il darba ltaqa’ dan l-Bord matul 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Il-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini huwa kif indikat hawn taħt. Ir-remunerazzjoni tac-Chairperson u l-membri ġiet stabbilita fl-2012. Ic-Chairperson għandha remunerazzjoni ta 1000 ewro. Il-Membri għandhom remunerazzjoni ta 500 ewro.
Surname
Name
Title
Position on Board
Mallia
Anna
Dr.
Chairperson
Teebi
Zaid
Dr.
Member
Rapa
Josephine
Dr.
Member
Cassar Delia
Joseph
Dr.
Substitute Chairperson
Mifsud
Janet
Prof.
Substitute Member
Cacciottolo
Joseph
Prof.
Substitute Member
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12625, tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-198 stabbiliment li nqabdu jiksru l-liġi għat-tieni darba jew għall-iżjed drabi? Tista' tgħid x'passi ttieħdu f'dawn il-każijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 12625. F’każ li jkun hemm stabbilimenti oħra li jibqgħu ma jieħdux passi sabiex ikollhom il-prezz tal-oġġetti għall-bejgħ espost kif rikjest mil-liġi, jittieħdu l-istess mizuri li ttieħdu fil-konfront tal-istabbilimenti l-oħra.
B’referenza għall-aħħar stqarrija ta’ roħs tal-mediċina, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-aħħar lista bil-prezzijiet kif kienu qabel u kif inhuma issa wara roħs?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar lista bil-prezzijiet kif kienu qabel u kif inhuma issa wara l-aħħar roħs.
Tista’ l-Ministru tikkonferma kemm hemm mediċina li roħsot fil-prezz hekk imsemmija mill-Ministru li ġa qegħdin parti mil-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn mill-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn mill-gvern u b’liema kundizzjonijiet dawn jibgħataw tista’ tinkiseb mill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa. Il-Mediċini kollha li traħħsu jinstabu għall-biegħ mill-privat, għaldaqstant ir-roħs kollu li sar hu ta’ benefiċċju għal-konsumatur.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba uffiċjali tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) spezzjonaw l-impjant taż-żewġ kumpaniji li jibbottiljaw l-LPG matul din is-sena? Tista’ tikkonferma li ċ-ċilindri kienu qegħdin jimtlew skont il-qies taċ-ċilindri? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti u riżultati tal-aħħar spezzjonijiet li saru?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li saru 13 il-spezzjoni fuq l-impjant taż-żewġ kumpaniji li jibbottiljaw l-LPG matul din is-sena, fuq ċilindri tat-12 il-kilo u nstab li dawn iċ-ċilindri qed jimtlew kif suppost. Saru wkoll 2 spezzjonijiet, waħda f’kull impjant, fuq l-imwieżen skont ir-regolamenti tal-avviż legali 223 tat-2011, u nstab li kienu tajba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-ispezzjonijiet li saru fuq iċ-ċilindri.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ t-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur matul din is-sena u kemm-il każ pendenti hemm quddiem dan it-Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri fuq it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u kemm-il darba kull wieħed minnhom ġie msejjaħ mill-President tat-Tribunal biex jattendu seduti? Tista’ tgħid kemm kienet l-onorarja ta’ kull membru ta’ Tribunal matul is-sena 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Strateġija Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni tal-Konsumatur — proċess
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess dwar l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Edukazzjoni tal-Konsumatur, liema proċess kien fi stadju avvanzat taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (DALLI, HELENA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 3771, kien konkluż li hemm bżonn tinħloq entità separata fl-Awtorità li tkun responsabbli mill-edukazzjoni u r-riċerka fuq kull qasam li jaffettwa lill-Konsumatur u mhux bħala direttorat f’waħda mill-entitajiet. L-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur se jkun varat għall-konsultazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet matul din is-sena fejn spetturi tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur (MCCAA) waqt spezzjonijiet li saru f’kull tip ta’ stabbiliment sabu li dawn l-istabbilimenti ma kellhomx il-prezz tal-oġġetti għall-bejgħ espost kif rikjest mil-liġi? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-istabbilimenti li ma kinux konformi? Tista’ tgħid x’azzjonijiet ittieħdu fuq kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul din is-sena kien hemm 198 stabbiliment li ma kellhomx il-prezz tal-oġġetti għall-bejgħ espost kif rikjest mil-liġi. Minn dawn 154 stabbiliment ingħataw twissija verbali, 141 twissija bil-miktub waqt li fi tliet każi ġew istitwiti proċeduri kriminali skont il-liġi. Tnejn minn dawn il-każijiet ġew deċiżi u n-negozjanti nstabu ħatja, waqt li fit-tielet każ il-kawża ġiet appuntata għax-xahar ta’ Diċembru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11814, tista’ l-Ministru tagħti l-indirizz tal-allokazzjoni u meta l-Għaqda tal-Konsumatur daħlet fil-post imsemmi?
Response (DALLI, HELENA)
L-indirizz mitlub fil-mistoqsija parlamentari huwa 149 Old Bakery Street, Valletta.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk skont l-Artiklu 6 tal-Att dwar il-Mediċini ġiex appuntat uffiċjali biex jaqdi l-funzjoni ta’ awditur intern? Jekk fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tgħid min hija l-persuna li ġiet magħżula? Tista’ tgħid meta se tkun appuntata din il-persuna jekk għadha ma ġietx appuntata s’issa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li Artiklu 6 jirreferi għal funzjonijiet tal-Awtoritá mhux tal-awditur. M’hemm ebda obbligu legali li l-Awtoritá jkollha awditur intern. Madanakollu, għandha numru t'impjegati li kollha huma professjonali fil-qasam tal-kompetenza tagħhom, li jwettqu dan ix-xogħol. Dawn ġew magħzula wara sejħa għall-espressjoni t'interess li saret fl 2012. Kull min esprima l’interess ingħata l-opportunita jagħmel dan ix xogħol skont proċeduri stabbiliti fl-Awtoritá u wara taħriġ intensiv mill-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien id-dħul (revenue) tal-Awtorità dwar il-Mediċini fis-snin 2011, 2012 u 2013 separatament?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li d-dħul skond dokumenti finanzjarji awditjati kien hekk :
2011
2012
2013
€
€
€
1,462,231
1,377,493
1,483,368
2014 s’issa qabzet il-1.6m ewro. Dan kien possibli minħabba inizjattivi ġodda li bdiet l-Awtorita bħal third county inspections kif ukoll saħħet attivitajiet bħal assessment ta’ proċeduri ċentralizzati fuq livell ewropew filwaqt li kompliet isaħħah is-sostenibbilitá ta’ attivitajiet nazzjonali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12202, tista’ l-Ministru tgħid jekk iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini, barra s-salarju u benefiċċji msemmija, għandux ukoll dħul ta’ xi pensjoni u/jew dħul ieħor mill-Università ta’ Malta? Tista’ tgħid kemm jammonta dan id-dħul?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li la dawn il-ħlasijiet mhumiex qed jingħataw mill-Awtoritá tal-Mediċini, għandha tagħmel il-mistoqsija lill-ministeri kkonċernati.
Awtorità dwar il-Mediċini – — Chairperson - xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini għandux permess biex jagħmel xogħol ta’ konsulenza ma’ kumpaniji privati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ċ-Chairperson ta’ l-Awtorita dwar il-Mediċini, neħħa x-xogħol ta’ konsulenza ma’ entitajiet privati minn meta ffirma l-kuntratt tal-ħatra ta’ Chairperson.
Awtorità dwar il-Mediċini –Chairperson — Ivvjaġġar
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vjaġġi kollha li għamel iċ-Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini barra minn pajjiżna minn meta ġie appuntat sad-data tar-risposta għal din id-domanda? Tista’ tgħid fejn mar, min akkumpanjah u kemm kienet in-nefqa għal kull mawra?
Response (DALLI, HELENA)
Qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-business plan tal-Awtorità dwar il-Mediċini għat-tliet snin li ġejjin?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-business plan formali għadha m’hiex approvata minn naħa tal-Awtoritá. Minkejja dan l-Awtoritá qed taħdem biex b’mod strateġiku tattira dħul ġdid bl-għan li tkun sostenibbli fi tlett snin li ġejjin mingħajr għajnuna finanzjarja akbar mill-gvern. Bidu tar-riżultati pożittivi diġa beda jinħass din is-sena. Dan huwa riżultat ta’ taħriġ li qed jingħata, djalogu kontinwu mal-imsieħba tagħha u inizjattivi ġodda li qed tieħu l-Awtorità.
MCCAA – uffiċjali li jagħmlu xogħol ieħor wara l-ħin
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11693, tista’ l-Ministru tikkonferma li matul din is-sena m’hemm ebda uffiċjal tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ngħata l-permess li jaħdem xogħol ieħor apparti x-xogħol u l-overtime li jagħmel fl-istess Awtorità?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul din is-sena ma ngħata ebda permess lil xi uffiċjal tal-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex jaħdem xogħol ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet li sar il-proċess tal-bdil tal-karta tal-identità fihom s’issa? Jista’ jgħid kemm kienu dawk li kienu eleġibbli f’kull lokalità sabiex jibdlu l-karta tal-identità tagħhom u kemm kienu dawn in-nies f’kull lokalità li effettivament wieġbu għas-sejħa tal-Uffiċċju għall-Immaniġġar tal-Identità u marru jibdlu l-karta tal-identità tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
L-Uffiċċju għall-Immaniġġjar għall-Identità m’għandux dettalji relatati ma’ kemm kienu dawk li kienu eliġibbli f’kull lokalita sabiex jibdlu l-Karta’ tal-Identita’ tagħhom u għalhekk il-paragun qed isir man-numru ta’ votanti rreġistrati fir-Reġistru Elettorali.